Legislature:
Category:
Reset
Active:

Assistenza għall-diżabilità

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30317, jista' l-Ministru jikkonferma li għajr għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, kull Assistenza għal Diżabilità ser tkun soġġeta għat-test tal-mezzi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kull Assistenza għal Diżabilità, jiġifieri l-Assistenza għal Diżabilità Severa, l-Assistenza għal Persuni b’Viżta Batuta u l-Assistenza għal Diżabilità huma skont it-test tal-mezzi skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318). Madankollu, dħul minn impjieg ma jgħoddx fit-test tal-mezzi. Mill-banda l-oħra ma hemmx test tal-mezzi fuq l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa.
Leg 12 PQ #30576 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Esproprji mħallsa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu s’issa esproprji bl-inizjattiva tal- Budget 2015, li jitħallsu dawk l-esproprji li għandhom jieħdu sa €50,000?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #30577 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħlasijiet ta’ esproprji ta’ ‘l fuq minn €50,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-ħlasijiet tal-esproprji li huma ‘l fuq minn €50,000 u li ma jaqgħux taħt l-inizjattiva tal-Budget 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #30578 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema HOS – djar li ngħataw bħala plots

Question

Peress li hawn djar li ngħataw bħala plots taħt l-iskema tal-Home Ownership Scheme (HOS) u li għad ma għandhomx titolu, x’għamel sa issa l-gvern u x’beħsiebu jagħmel fis-snin li ġejjin f’dan ir-rigward?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #30579 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Talbiet għat-trasferiment ta’ raba’

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid l-inizjattiva li ssemmiet fil- Budget 2016 , rigward it-talbiet għat-trasferiment ta’ raba’ li baqgħu pendenti, meta u kif se tiġi proposta emenda fil-liġi, biex tiġi ffaċilitata t-trasferiment tal-art agrikola tal-gvern, bejn bdiewa, speċjalment bejn membri tal-istess familja?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Nefqa fl-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa fl-istipendji bejn l-2010 u l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali f’għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti fis-snin 2010 sal-2016 kienet kif gej: Sena Nefqa Totali 2010 € 21, 507,912.53 2011 € 21, 933,162.19 2012 € 22, 496,649.60 2013 € 22, 863,084.26 2014 € 24, 612,209.61* 2015 € 24, 744,626.94 2016 € 25, 815,788.00 *Fis-sena kalendarja 2014 kien hemm ukoll ammont ieħor ta’ flus li għadda għand l-istudenti bħala rimbors tal-bilanċ li kellhom fl-ismart card peress li din is-sistema kienet ingħalqet u l-bilanċi għaddew għand l-istudenti direttament fil-kontijiet bankarji tagħhom. Dan l-ammont flimkien ma’ ħlasijiet ta’ spejjeż lil Kumpanija Apco kien ta’ €2,559,175.80.

Kotba li nxtraw għall-iskejjel u għal-libreriji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' kotba li nxtraw għall-iskejjel u għal-libreriji mill-2012 'l hawn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numri ta' kotba li nxtraw għall-iskejjel mill-2012 'l hawn, skont is-sena skolastika, huma kif se nsemmi: Sena Skolastika Primarja Sekondarja 2011/12 78,070 36,082 2012/13 52,890 19,504 2013/14 79,213 15,266 2014/15 73,695 19,479 2015/16 67,888 9,028 2016/17 75,049 1,433 TOTAL 426,805 100,792 Infurmat ukoll li mill-2014 sal-lum l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu xtrat 59,747 ktieb għall-iskejjel u l-libreriji tagħhom.

Safar fuq xogħol relatat mal-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba mill-2013 sal-lum siefer fuq xogħol relatat mal-kunsilli lokali? Min siefer miegħu? X’kien l-iskop ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu sifirx fuq xogħol relatat mal-Kunsilli Lokali mill-2013 sal-lum? Min siefer miegħu u x’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tinghata f’seduta oħra.

Dipartiment tal-Gvern Lokali – laqgħat organizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat organizzati mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali jew b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali fl-2016 u sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda? Kemm swew flus dawn il-laqgħat? Min tkellem u kemm tħallas min tkellem f’dawn il-laqgħat?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika għal liema tip ta’ laqgħat qed jirreferi.

A Partnership for Creative Governance — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħareġ mill-proġett “A Partnership for Creative Governance?” Kemm intefqu flus fuq dan il-proġett? Kien hemm xi kunsilli lokali li ħadu l-premju ELOGE? Jekk iva, min kienu? Jekk le, għalfejn ma ħadux dan il-premju? Min ħa din id-deċiżjoni? Tħallsu xi esperti u jekk iva kemm? Saru xi ħlasijiet oħra relatati ma’ dan il-proġett?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-proġett A Partnership for Creative Governance kien jikkonsisti fl-attivitajiet segwenti: a. Training Needs Analysis (TNA) tas-settur; b. Preparazzjoni u tnehidija ta’ National Training Strategy (NTS); c. L-iżvilupp ta’ performance indicators sabiex permezz tagħhom ikun hemm bażi maqbula li tigwida lill-istess Kunsilli fuq il-funzjonijiet u r-responsabilitajiet tagħhom; d. Programm ta’ Akkademja ta’ Leadership għas-Sindki u Segretarji Eżekuttivi li wrew interess; e. L-iżvilupp ta’ strateġija nazzjonali fl-oqsma tal-innovazzjoni u governanza tajba f’livell lokali u preparazzjoni għal- European Label of Governance Excellence. Infurmat li l-proġett kellu nvestiment ta’ €194,205.84. Ma kienx hemm Kunsilli Lokali li ħadu l-premju ELOGE. Dan minħabba l-fatt li ma laħħqux il-kriterji prestabbiliti biex jingħataw tali premju, kriterji hekk kif stipulati mis-Centre of Excellence for Local Government Reform, fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa. In-National Stakeholders Committee ħa din id-deċiżjoni, li ġie akkreditat mill-European Stakeholders Committee fi ħdan l-istess Kunsill tal-Ewropa sabiex jeżamina u jassessja s-sottomissjonijiet imressqa mill-Kunsilli Lokali parteċipanti u, abbażi tal-kriterji pre-stabbiliti, jiddeċiedi jekk u/jew liema Kunsilli jkunu laħħqu l-istandards mitluba. Dan in-National Stakeholders Committee kien kompost minn rappreżentanti tal-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali, mid-Dipartiment Gvern Lokali, mill-Assoċċjazzjoni tal-Kunsill Lokali, mill-Assoċċjazzjoni Nazzjonali tas-Segretarji Eżekuttivi, mill-Universita’ ta’ Malta u mill-Kummissarjat għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. Tali Kumitat qabbad espert lokali biex jara l-applikazzjonijiet kollha li ġew sottomessi u jirrakkomanda jekk u liema applikazzjonijiet setgħu jiġu kkunsidrati li laħħqu l-kriterji prestabbiliti biex jingħataw l-prejmu tal-ELoGE. Infurmat ukoll li tħallsu xi esperti li kienu magħżula mis-Centre of Expertise for Local Government Reform fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa. Dawn tħallsu s-somma ta’ €71,791 Saru wkoll xi ħlasijiet oħra relatati ma’ dan il-proġett. Apparti l-ammont ta’ €194,205.84 li nteffqu mill-fondi Norveġiżi u minn fondi Maltin, tħallset ukoll is-somma ta’ €1,500.00 (VAT eskluż) mill-fondi tad-Dipartment Gvern Lokali lill-espert li tqabbad biex jara l-applikazzjoni kollha li ġew sottomessi u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu

Kumitat tal-Vot 16 — diskussjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-Kumitat tal-Vot 16? Saru diskussjonijiet mal-membri tal-Kumitat dwar il-way forward ta’ dan il-kumitat?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tingabar u ser tinghata f’seduta oħra.

Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew appuntati u min huma l-membri Maltin fil-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-delegazzjoni Maltija fil-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa għas-snin 2016-2020 hija komposta kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn kienu proposti mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u endorsed mill-partiti politiċi.

Segretarji Eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ persuni li daħlu fil-pool tas-Segretarji Eżekuttivi? Jista’ jgħid jekk għandhux ħsieb li jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-Segretarji Eżekuttivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Minħabba raġunijiet relatati ma’ protezzjoni tad-data l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li mhux f’pożizzjoni li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista mitluba ta’ persuni fil-pool tas-Segretarji Eżekuttivi. Intant ninfurmah li l-kundizzjonijiet tal-impjegati pubbliċi, bħalma huma s-Segretarji Eżekuttivi, jiżdiedu bħalma jkun għall-uffiċjali pubbliċi. Filwaqt li l-Ministeru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari u d-Dipartiment għall-Gvern Lokali, iżomm laqgħa mal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tas-Segretarji Eżekuttivi, bħalissa qed issir reviżjoni tar-Regolamenti dwar ir-Riżorsi Umani li se tkun miftuħa għall-konsultazzjoni.

Mosta – Triq l-Indipendenza – speed camera

Question

Jista’ l-Ministru jara li Transport Malta tieħu passi sabiex f’Triq l-Indipendenza l-Mosta, għall-fini ta’ sigurtà għar-residenti, tkun installata speed camera sabiex it-traffiku jimxi b’aktar sens ta’ sigurtà?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba għal Speed Camera trid tiġi sottomessa lill-LESA skont il-proċeduri normali.

Mosta – Triq il-Kostituzzjoni – reserved parking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni Transport Malta għamlet reserved parking f’żona riservata għall-bus stop fil-Pjazza tal-Mosta eżatt fil-bidu ta’ Triq il-Kostituzzjoni ma’ Triq il-Kbira fin-naħa fejn jieqfu l-karozzi tal-linja li jkunu sejrin lejn San Pawl il-Baħar, Mellieħa eċċ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reserved parking li qed jiġi riferit għalih sar għal persuna b’diżabilta' bi problemi kbar ta' mobilita’. Din il-persuna għandha ukoll il-blue badge. Din ir- reserved bay ġiet imneħħija minħabba li kien hemm oġġezzjoni għax hemm Bus Stop, u sakemm jinstab post aktar adegwat il- persuna ingħatat reserved bay fil- parking area ħdejn il-knisja Tal-Mosta sakemm tiġi ri-evalwata minħabba li l-kobor eżistenti tal- bus stop kien biex jakkomoda il-bendy buses li issa m’ għadhomx joperaw.

Bini ta’ skejjel ġodda u xogħlijiet fi skejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi skejjel ġodda inbnew u xi skejjel oħra sarilhom xogħol ta’ bini fihom u għal kull binja jista’ jgħid x’inhi n-nefqa għal kull proġett rispettiv fis-snin 2014, 2015 u 2016 separatement?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista tirreferi għal xogħlijiet konsiderevoli peress li saru xogħlijiet minuri f’ħafna aktar skejjel.

Mosta – Ċentru Ċiviku — tibjid

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-Għassa tal-Pulizija fil-Mosta jkollha l-faċċata tagħha fuq barra tal-binja taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta imbajda, sabiex ikollha dehra isbaħ?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Mosta – Triq Salvu Aquilina – tindif ta’ open space

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-open space f’tarf Triq Salvu Aquilina ħdejn proprjetà nru 1 Triq Salvu Aquilina, Mosta tkun imnaddfa mill-ħaddiema tal-Cleansing Directorate sabiex l-ilma tax-xita ma jibqax jagħmel ħsara lill-ġirien ta’ dan l-open space u lanqas jibqa’ jinġabar f’din it-triq u joħloq problemi akbar lir-residenti oħra fl-istess triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed issir riċerka jekk l-art imsemmija hux waħda tal-Gvern jew inkella art privata.
Leg 12 PQ #30673 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għall-Finanzi

Miżura tal-Budget — Proċedura ta' sisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jiġġusifika r-raġuni li fl-aħħar budget 2017, bħala Minsitru tal-Finanzi daħħal il-proċedura ta' sisa li hija dazju fuq oġġetti bħalma huma s-cement, is-soft drinks, toiletries eċċ? Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti għamel mal-Unjoni Ewropea sabiex ikun jista' juża l-miżura ta' sisa fuq oġġetti li ma humiex tabakk, alcoħol u żejt?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dan il-qasam il-Gvern preżenti kompla jibni fuq dak ta’ qablu. L-Onor. Interpellant għażel li jsemmi s-siment fost l-eżempji tiegħu u bi żball attribwixxa s-sisa fuq dan il-prodott lill-Gvern preżenti. Nixtieq ngħarrfu li s-sisa fuq dan prodott iddaħħlet mill-Gvern Nazzjonalista. Fir-rigward tal-Unjoni Ewropea, l-Gvern mexa fuq il-passi tal-Gvern ta’ qablu u, b’mod korrett ghall-aħħar, għamel dak li huwa fil-kompetenza tal-Gvern Malti.

Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport kien hemm dwar vjolenza domestika fis-sena 2016 u kemm minnhom ġew investigati? Jista’ jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq vjolenza domestika fis-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.