Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #30430 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-IT — organigram

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organigram tad-Dipartiment tal-IT fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid kemm hemm vacancies f'dan id-dipartiment?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-organigram tad-Dipartiment tal-IT fl-Isptar Mater Dei.

Il-każ tal-Federation of Estate Agents

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) wara s-sentenza meħuda fil-każ tal-Federation of Estate Agents kontra Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et mill-Qorti Kostituzzjonali fil-21 t’ April 2015 kienx għamel evalwazzjoni tal-impatt ta’ din is-sentenza fuq il-liġi tal-Kompetizzjoni u x’rimedji ssuġġerixxa? Jekk iva, tista’ tgħid meta dan sar u tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din l-analiżi? Jekk dan ma sarx tista’ tispjega għaliex?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-twegiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Il-każ tal-Federation of Estate Agents — evalwazzjoni tas-sentenza mid-Direttur Ġenerali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) wara s-sentenza meħuda fil-każ Federation of Estate Agents kontra Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et mill-Qorti Kostituzzjonali fit-3 ta’ Mejju 2016, li kkonfermat dik tal-21 t’April 2015, kienx għamel evalwazzjoni tal-impatt ta’ din is-sentenza fuq il-liġi tal-Kompetizzjoni u rimedji li għandhom jittieħdu? Jekk iva, tista’ tgħid meta dan sar u tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din l-analiżi? Jekk dan ma sarx tista’ tispjega l-għala dan ma sarx?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-twegiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur — Il-każ Federation of Estate Agents – diskussjoni tas-sentenza

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk iddiskutitx l-impatt taż-żewġ sentenzi mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali fir-rigward tal-każ Federation of Estate Agents kontra Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et maħruġa fil-21 t’April 2015 u t-3 ta’ Mejju 2016? Jekk iva, tista’ tgħid meta kien dan u tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta’ din id-diskussjoni? Jekk din id-diskussjoni ma saritx tista’ l-Ministru tispjega l-għala din ma saritx?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onor. Interpellant li saru diversi diskussjonijiet li wasslu għall-proposti leġislattivi fuq il-parir tal-Avukat Ġenerali. Ma nżammux minuti tal-laqgħat u l-proposti imsemmija huma riżultat ta’ dawn id-diskussjonijiet.

Il-Każ Federation of Estate Agents — miżuri

Question

Wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali maħruġa fit-3 ta’ Mejju 2016 rigward il-każ Federation of Estate Agents kontra Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et tista’ l-Ministru telenka dawk il-miżuri li d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) jista’ jieħu biex jindirizza kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni fis-suq mingħajr ma’ juża dawk l-artikoli li ġew dikjarati li jmorru kontra l-Kostituzzjoni? Tista’ l-Ministru tgħid a bażi ta’ liema artikoli tal-liġi tal-Kompetizzjoni dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li peress li hemm il-każ pendenti quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), fl-ismijiet Falzon Group Holdings Limited Et vs Direttur Generali (Kompetizzjoni) Et , id-Direttur Generali (Kompetizzjoni) ma jistax jagħti l-informazzjoni mitluba.

Uffiċċju tal-Konsumatur — Il-Każ Federation of Estate Agents – laqgħat ma’rappreżentanti tal-għaqdiet tal-konsumaturi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), jew xi uffiċjali oħra fi ħdan l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kellhomx laqgħat ma’ rappreżentanti tal-għaqdiet tal-konsumaturi u dawk tan-negozju dwar is-sentenza mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali fit-3 ta’ Mejju 2016 fil-każ tal-Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni)? Jekk dawn il-laqgħat saru tista’ l-Ministru tgħid meta saru u ma’ liema organizzazzjonijiet? Jekk ma sarux tista’ l-Ministru tgħid għal liema raġuni dawn ma sarux?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li ma sarux laqgħat mar-rappreżentanti msemmija

Liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea

Question

Peress li d-Direttiva 2014/104/UE tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea kellha tidħol fis-seħħ sentejn wara u ċjoè fis-27 ta’ Diċembru 2016, tista’ l-Ministru tgħid meta ser jiddaħħlu fis-seħħ ir-regolamenti neċessarji sabiex Malta taderixxi ma’ din id-direttiva?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li ir-regolamenti neċessarji ser jiddaħħlu sa l-aħħar ta’ April.

San Pawl il-Baħar – Kunsill Lokali – rapport ta’ xogħol fuq Triq il-Pijunieri u Triq il-Qalb ta’ Ġesu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, talabx xi rapport dwar xogħol fit-toroq li sar fi Triq il-Pijunieri u Triq il-Qalb ta' Ġesu (fost l-oħrajn), liema xogħol kien sar f'Marzu/April 2015? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport, jekk sar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mitlub kif provdut mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Leg 12 PQ #30542 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Żona tax-Xama- drenaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk fl-aħħar jiem, preċiżament bejn il-Ġimgħa 27 ta' Jannar u l-Ħadd 29 ta' Jannar, fiż-żona magħrufa bħala tax-Xama f'San Pawl il-Baħar intefax drenaġġ fil-baħar mill-pumping station li tinsab fl-istess żona?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li seħħ żbroff ta’ drenaġġ fiż-żmien u l-akwati msemmija minħabba sadd fil-pompi li ġie kkaġunat minn rimi ta’ materjal mhux awtoriżżat fis-sistema tad-drenaġġ. L-inkonvenjent ġie rrimedjat fi żmien qasir.

FSWS — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ħaddiema u f’liema karigi ngħataw l-impjieg ġdid fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) bejn Ġunju 2014 u Diċembru 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, impjegat total ta’ 151 persuna bejn Ġunju 2014 u Diċembru 2016, kif ġej : Accountant -1 Accounts Clerk – 1 Accounts Executive – 1 Adm Scale 6 – 1 Adm Support Worker – 2 ASW - 2 Care Worker – 2 Customer Care/Clerk – 8 Executive I – 2 Executive II – 1 Executive III – 5 Executive III – Psychology Assistant – 1 Executive IV – 3 Driver II - 1 IT Executive I – 1 Nurse – 3 Officer – 1 Personal Assistant – 1 Precincts Handler – 2 Precincts Officer – 2 Prevention Executive III – 2 Prevention Facilitator – 1 Psychologist – 3 Psychology Assistant – 2 Psychotherapisst – 1 Research Executive – 2 Senior Executive II – 1 Senior Social Worker – 3 Social Support Worker – 19 Social Worker – 29 Social Worker Executive III – 1 Social Worker II – 14 Social Worker II Coordinator – 1 Student Support Worker – 1 Support Worker – 26 Youth Worker – 3 Youth Worker Executive III - 1

FSWS – ħaddiema li għandhom karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-impjegati u f’liema karigi (diretturi inklużi) rispettivi fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) għandhom karozza għad-dispożizzjoni tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Kap Eżekuttiv, id-Diretturi u l-Group Senior Managers għandhom karozza għad-disposizzjoni tagħhom.

FSWS – ħaddiema li għandhom servizz ta’ xufier

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-impjegati u f’liema karigi (diretturi inklużi ) fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-servizz ta' xufier?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant, għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 30544.

FSWS – vetturi reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura hemm reġistrata mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) għandha 14-il vettura li huma propjeta tagħha u 9 vetturi li huma mikrija.

FSWS – Nefqa fuq użu ta’ karozzi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-nefqa fuq użu ta' karozzi fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), sena b’sena, bejn l-2014 u l-2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, in-nefqa fuq użu ta' karozzi fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), għas-sena 2014 u 2015 hija kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Sena FSWS SEDQA APPOĠĠ SAPPORT TOTAL 2014 €23,682 €30,634 €102,803 €69,182 €226,301 2015 €26,722 €34,345 €132,648 €78,020 €271,735 2016 Il-figuri tas-sena 2016 għadhom qed jiġu awditjati u għaldaqstant il-Fondazzjoni ma tistax tirraporta tali informazzjoni korretament. Hekk kif dan il-proċess jitlesta tali nformazzjoni tkun tista’ tiġi fornuta. Dawn iċ-ċifri jinkludu: · il-kiri u l-manutenzjoni tal-flotta tal-karrozzi mikrija jew li huma proprjetà’ tal-istess Fondazzjoni u; · l-infiq li jkopri l-ispejjeż relatati mal-użu privat tal-karozzi tal-impjegati tal-istess Fondazzjoni fil-qadi ta’ dmirijiethom fil-kommunita’, skont ir-rati stabiliti mill-Ministeru tal-Finanzi.

Reserved parking – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward talba ta’ reserved parking?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord għall-Parkeġġ Riservat għall-Persuni B’Disabilita’ ltaqa’ l-Ġimgha 27 ta’ Jannar 2017 u l-applikant ser jirċievi d-deċiżjoni tal-Bord bil-posta fil-jiem li ġejjin.

Żieda fil-pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq żieda fil-pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, fejn ġie spjegat lilha d-diffikultajiet li kellha.

Problema fuq pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta’ pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u ngħatat tweġiba għad-diffikultajiet tagħha.

Każ ta’ pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta’ pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jgħaddi d-dettalji korretti, hekk kif ma jirriżultax li l-persuna li qed issir referenza għaliha hija l-istess persuna.
Leg 12 PQ #30559 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Każ rigward appuntament – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward appuntament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.

Spezzjoni fuq post – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex issir spezzjoni fuq flat peress li qiegħed jinżel l-ilma fil-post ta’ taħt?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar il-każ imsemmi minnu, wara li kien sar rapport ta’ dħul ta’ ilma fl-appartament ta’ taħt, kienet saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar fejn kien ġie vverifikat mal-inkwilina stess li ma kienx hemm ħsarat.