Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Segretarjat Privat – Safar

Question

Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Segretarjat Privat – Safar

Question

Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Leg 12 PQ #29679 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Segretarjat Privat – Safar

Question

Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Segretarjat Privat – Safar

Question

Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

IIP Account – kontribuzzjonijiet lil għaqdiet filantropiċi/NGOs

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28279, jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kull għaqda filantropika/NGO li bbenefikat kif ukoll b’kemm ibbenefikat s’issa minn dawn l-għotjiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Aġenzija ma żżomx l-ammont ta’ kemm ibbenefikaw kull NGO iżda żżomm biss ammont globali. Il-lista ta’ l-għaqdiet filantropiċi/NGOs jew organizzazzjonijiet simili li ngħataw donazzjoni direttament mill-individwi u li l-aġenzija ġiet infurmata dwarhom kienu dawn skont it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Programm EFSI – finanzjament tal-breakwater ta’ Marsamxett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-applikazzjoni għall-finanzjament tal-breakwater ta’ Marsamxett taħt il-programm EFSI?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol marbut mal-proġett tal-breakwater ta' Marsamxett tkompla matul ix-xhur li għaddew. Saru wkoll diskussjonijiet mal-EIB fuq dan il-proġett.

Il-proġett tal-hub marittimu fil-Marsa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28358 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li permezz tiegħu qiegħed jgħaddi s-sit tal-Marsa Shipbuilding lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk hux ser tiġi stabbilita xi forma ta’ free zone fil-proġett tal-hub marittimu fil-Marsa? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex ser tkun tikkonsisti u kif ser tkun regolata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt illi permezz tiegħu s-sit tal-Malta Shipbuilding għadda għand il-kumpanija indikata huwa wieħed pubbliku, aċċessibbli għal kulħadd. Il-kuntratt jipprovdi espressament liema huma l-attivitajiet permissibbli u free zone mhix indikata bħala permitted use.

Investiment Kapitali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28318, peress illi huwa għandu r-responsabbiltà tal-ekonomija u l-investiment, jista’ l-Ministru jgħid kif jitkejjel l-investiment li jsir f’pajjiżna (apparti dak li jsir bl-għajnuna tal-Malta Enterprise)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Investiment Kapitali jagħmel parti minn serje ta’statistika li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jiġbor permezz ta’ stħarrig lill-intrapriżi li jsir regolarment. L-NSO jagħti aktar dettal fil-pubblikazzjoni: Gross National Income Inventory MALTA [https://nso.gov.mt/en/nso/Sources_and_Methods/Unit_A1/National_Accounts/Documents/GNI_Inventory.pdf] f’ paġni 377-416. Fejn tikkonċerna informazzjoni fuq Investimenti barrani f’ Malta u Investiment Malti barra minn Malta, din tinġabar permezz ta’ stħarriġ mill-NSO flimkien mal-Bank Ċentrali. L-informazzjoni mitluba hi kemm dwar tranżazzjonijiet li jsiru matul il-perijodu mistħarreġ kif ukoll il-bilanċ fl-aħħar tal-perijodu. L-Investiment jikkonsisti fil-kapital investit (equity); il-qliegħ ri-investit (reinvested earnings); u kapital ieħor, li jinkludi self u krediti oħra bejn il-kumpaniji f’relazzjoni diretta. Mal-kapital investit jiġi nkluż ukoll ix-xiri ta’ propjeta’ hawn Malta minn barranin.
Leg 12 PQ #30095 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — azzjonisti f'kumpaniji reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22340, 23936 u 28317 u jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Malta (mal-MFSA) li għandhom azzjonisti ta’ nazzjonalità li mhijiex Maltija u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #30097 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Baġit 2017 — Inċentivi fiskali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28310, jista’ l-Ministru jgħid meta bi ħsiebu jippubblika l-abbozz imsemmi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li biex il-miżura fiskali għall-Prospects tidħol fis-seħħ, l-abbozz relevanti jrid jgħaddi mill-istadju ta’ kumitat u mit-tielet qari u jigi ppublikat l-Avviż Legali relevanti. Dan kollu mistenni li jsir sal-aħħar ta’ Marzu 2017.

Transport Malta – Enforcement Department — manager

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki biex persuna tilħaq fil-pożizzjoni ta' Manager bi grad A fl-Enforcement Department fi ħdan Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika applikazzjoni ta’ Manager A fid-Direttorat ta’ l-Enforcement li nħarġet mill-Awtorita, kienet dik ta’ Manager Enforcement & Security Operations. Il-kwalifiki u r-rekwiżiti essenzjali mitlubin għal din is-sejħa kienu: · Esperjenza ppruvata ta’ mill-anqas sentejn fl-oqsma ta’ infurzar fuq l-art kif ukoll fis-sigurta’; · Tkun ilek fil-pussess ta’ liċenzja valida ta’ Uffiċjal tas-Sigurta’ għal mill-anqas ħames snin; · Ikollok ħiliet eċċellenti ta’ komunikazzjoni sew verbali u sew bil-kitba; · Ikollok ħiliet eċċellenti fl-immaniġġjar tan-nies; · Ikun organizzat ħafna, razzjonali u kapaċi li jieħu deċizjonijiet; · Ikun kapaċi jwettaq ħidmiet fil-limitu ta’ ħinjiet speċifikati u taħt pressjoni; · Ikollok ħiliet tajbin ħafna biex issolvi problemi.

Transport Malta – premises ġodda – kuntratt tal-kiri

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kiri tal-premises il-ġodda li qegħda topera minnhom Transport Malta taħt l-A3 Towers fil-Marsa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt jinkludi informazzjoni ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma jistax jiġi ppublikat.

Marsa — A3 Towers – uffiċini – ilmenti mill-ħaddiema

Question

Jaf il-Ministru li impjegati li bdew jużaw l-uffiċini li jinsabu fl-A3 Towers tal-Marsa qed jagħmlu diversi lmenti li l-uffiċini fejn jaħdmu huma neqsin mid-dawl u l-arja naturali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilmenti li kien hemm ġew kollha indirizzati u fil-preżent miniex infurmat li kien hemm xi ilmenti ġodda.

Transport Malta – A3 Towers — uffiċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċini li għandha Transport Malta fl-A3 Towers li jinsabu taħt l-art mingħajr dawl u arja naturali, jikkonsidrahomx bħala komdi u adekwati biex jaħdmu n-nies ġo fihom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-uffiċini huma ġodda u l-ħaddiema, fil-maġġoranza tagħhom, urew li huma iktar kuntenti wara li ċċaqalqu minn binja mhux adekwata kif ukoll perikoluża minħabba li kienu esposti għal soqfa magħmulin mill-asbestos u kkundannati.

Transport Malta – uffiċini fl-A3 Towers f’Raħal il-Ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rilokati ħaddiema ta’ Transport Malta fl-uffiċini l-ġodda li għandha ġewwa l-A3 Towers f’Raħal Ġdid sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Ta' liema Dipartimenti jappartjenu dawn il-ħaddiema? F'liema livell jinsab kull dipartiment? Kemm qiegħed f’fond kull livell li qed jospita kull dipartiment, jekk hux taħt il-livell tat-triq u/jew mal-livell tat-triq u/jew ‘l fuq mil-livell tat-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-uffiċini l-ġodda ġew rilokati l-ħaddiema tal-Land Transport Directorate, Traffic Management, Enforcement u ICT. Nofs il-ħaddiema tal-LTD, l-istaff tat-TMRSD, l-Enforcement u ICT qegħdin joperaw minn Level 0 u l-kumplament tal- istaff tal-LTD qed jaħdmu minn Level 1.

Transport Malta – uffiċini fl-A3 Towers fil-Marsa

Question

B' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24217, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux kull uffiċċju ta' Transport Malta li jinsab fl-A3 Towers fil-Marsa għandu twieqi li jagħtu għat-triq? Jekk fin-negattiv, jaħseb li dawn l-uffiċini huma adekwati biex fihom jaħdmu n-nies għal 8 sigħat sħaħ kuljum?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini ġew mibnija skont il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet konċernati. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini minn fejn kienu jaħdmu l-ħaddiema qabel kienu kkundannati u b’detriment għas-saħħa u sigurta’ ta’ l-istess impjegati.

Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess u l-ispiża totali ta’ dan il-ħlas?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena li għaddiet kien hemm total ta’ 2,181 persuna li bbenifikaw mill-In Work Benefit li minnhom kien hemm 1,151 raġel u 1,030 mara. In-nefqa totali matul is-sena 2016 kienet ta’ €2,346,388.03.

Il-Fgura – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu l-Fgura li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li jgħixu l-Fgura u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 95, li minnhom kien hemm 52 raġel u 43 mara.

Ħal Tarxien – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Tarxien li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li jgħixu Ħal Tarxien u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 60, li minnhom kien hemm 24 raġel u 36 mara.

Raħal Ġdid – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Raħal Ġdid li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jgħixu Raħal Ġdid u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 47, li minnhom kien hemm 22 raġel u 25 mara.