Ir-rapport Sector inquiry on interest rates charged on loans to small and medium sized enterprises in Malta — rakkomandazzjonijiet
Question
Wara li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ ir-rapport intitolat Sector inquiry on interest rates charged on loans to small and medium sized enterprises in Malta f’Lulju 2015 tista’ l-Ministru telenka dawk ir-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapport li qed jiġu segwiti mill-banek? Tista’ l-Ministru tindika wkoll dawk ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fir-rapport li mhux qed jiġu segwiti?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju li jirrigwardaw lill-banek kienu:
· Li għandhom jigu provduti kwotazzjonijiet fuq self lil SMEs mingħajr ebda ħlas
· Aktar informazzjoni lil SMEs bl-introduzzjoni ta’
loan calculator
fuq il-websajt
· Aktar informazzjoni lil SMEs billi jkun hemm eżempju tipiku ta’ self u spejjeż involuti
· Aktar informazzjoni lil SMEs bl-introduzzjoni ta' frequently asked questions
· Li l-informazzjoni dwar self tigi provduta wkoll bil-Malti
· Li għandhom jipprovdu lista tal-ispejjeż kollha li l-SMEs jistgħu jeħlu
Ir-rakkomandazzjonijiet ġew implimentati għalkemm mhux kull bank implimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha.
Infurmata li qabel il-ħruġ tal-Avviż Pubbliku, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur jagħmel diversi tentattivi sabiex il-kummerċjanti kkonċernati jersqu sabiex iħallsu. Hemm każijiet fejn l-kummerċjanti ma jistgħux jiġu rintraċċjati minnufih jew ma jonorawx l-obbligi tagħhom minkejja d-diversi alternattivi li jingħataw sabiex iħallsu lill-konsumaturi kkonċernati.
Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi
Question
B’referenza għat-tabella ta’ informazzjoni mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 rigward deċiżjonijiet tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi pubbliċi mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), għal kull każ elenkat, tista’ l-Ministru tgħid jekk wara li nħareġ l-avviż pubbliku, d-deċiżjoni ġietx onorata?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li wara l-ħrug tal-avviżi pubbliċi ma ġewx onorati d-deċiżjonijiet tat-Tribunal.
Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi
Question
B’referenza għat-tabella ta’ informazzjoni mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 rigward deċiżjonijiet tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi pubbliċi mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), għal kull każ elenkat, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istqarrija relattiva li nħarġet permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Avviżi Pubbliċi elenkati fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 ġew ippubblikati skont l-artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, li ma jimponix li l-pubblikazzjoni ssir bi stqarrija maħruġa permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.
(Saru tlett (3) istqarrijiet maħruġa permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni mill-Awtorità, rispettivament fit-23 ta’ Dicċembru 2016, fis-6 ta’ Jannar 2017 u fil-11 ta’ Jannar, 2017 li kopji tagħhom qegħdin jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.)
Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi
Question
B’referenza għat-tabella ta’ informazzjoni mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 rigward deċiżjonijiet tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi pubbliċi mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), għal kull każ elenkat, tista’ l-Ministru tgħid meta dawn dehru fuq ir-rivista L-Għażla li hu maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-paġna relattiva? Għal kull każ, jekk dan l-avviż pubbliku ma deherx fuq din ir-rivista, tista’ tispjega għaliex dan ma sarx?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Avviżi Pubbliċi indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 ġew kollha ppubblikati fil-website tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Din hija pubblikazzjoni skont l-artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, liema artikolu ma jimponix li l-pubblikazzjoni ssir fuq xi mezzi speċifiċi. Kien biss fir-rivista numru 6 ta’ l-Għażla ta’ Diċembru 2014 fejn xi Avviżi Pubbliċi kienu dehru wkoll fuq dan il-mezz ta’ komunikazzjoni. Kopja scanned tal-paġna relata qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Direttur Ġenerali (Konsumatur) – ħruġ ta’ Avviżi Pubbliċi skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi
Question
B’referenza għat-tabella ta’ informazzjoni mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29054 rigward deċiżjonijiet tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur li ma ġewx onorati u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi pubbliċi mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), għal kull każ elenkat, tista’ l-Ministru tgħid jekk dawn l-avviżi pubbliċi dehrux fuq xi ġurnal bil-lingwa Maltija jew bil-lingwa Ingliża? Jekk iva, tista’ l-Ministru tgħid fuq liema ġurnali kull avviż pubbliku deher u tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-paġna relattiva? Għal kull każ, jekk dan l-avviż pubbliku ma deherx fuq xi ġurnal tista’ tispjega għaliex dan ma sarx?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pubblikazzjoni tal-Avviżi Pubbliċi fil-website tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur saret skont artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, li ma jimponix li l-pubblikazzjoni ssir permezz ta’ ġurnali.
L-informazzjoni dwar pubblikazzjoni fil-ġurnali qegħdin jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25549 dwar is-somma mwegħda mill-Gvern lil dawk li kienu msieħba fil-korpi, jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet l-evalwazzjoni ta' miżuri li kellha ssir?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema impjegati fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) bil-karigi rispettivi tagħhom f'Jannar ta' kull sena bejn l-2014 u l-2017 (sena b’sena)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ ħaddiema impjegati fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) bil-karigi rispettivi tagħhom bejn l-2014 u id-data li fiha qed tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari hija kif qiegħed jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rakkomandazzjonijiet minn rifjut għall-ħruġ tal-permess
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30318 u jgħid kemm inqalbu rakkomandazzjonijiet minn rifjut għal ħruġ tal-permess mill-Kummissjoni tal-Ippjanar għas-sena 2016, f'liema lokalitajiet f’Malta u Għawdex u jekk hux fl-skema tal-Bini jew ODZ?
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm iktar nisa daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa li kienu jaħdmu full time u part time bħala xogħol ewlieni fl-aħħar ta’ Ġunju tas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 kien kif muri fit-tabella hawn taħt. It-tabella turi wkoll iż-żieda sena fuq sena.
Nisa jaħdmu
full time
u
part time
bħala xogħol ewlieni
Żieda sena fuq sena
Ġunju 2013
74,493
Ġunju 2014
79,446
4,953
Ġunju 2015
83,314
3,868
Ġunju 2016
88,157
4,843
Persuni b’diżabilità li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm iktar persuni b'diżabilità daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol, f'dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni b'diżabilità li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar erba’ snin kien ta’ 887.
Persuni ‘l fuq minn 50 sena li daħlu fid-dinja tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm iktar persuni 'l fuq minn 50 sena daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni li kienu jaħdmu full time u part time bħala xogħol ewlieni u għandhom ’l fuq minn 50 sena fl-aħħar ta’ Ġunju tas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 kien kif muri fit-tabella hawn taħt. It-tabella turi wkoll iż-żieda sena fuq sena.
Persuni jaħdmu
full time
u
part time
bħala xogħol ewlieni
Żieda sena fuq sena
Ġunju 2013
47,246
Ġunju 2014
49,633
2,387
Ġunju 2015
51,511
1,878
Ġunju 2016
53,599
2,088
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-tfal li sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat, ibbenefikaw mis-servizz b’xejn ta’ child care li beda joffri l-Gvern fl-1 ta’ April 2014? X’kienet in-nefqa fl-istess perjodu fuq din il-miżura? Kemm hemm ċentri li qed jieħdu sehem bħalissa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ applikazzjonijiet attivi li mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Jannar ibbenefikaw mis-servizz ta’ Childcare b’xejn hu ta’ 3,366 għal spiża f’Jannar 2017 ta’ €1.2 miljun.
Fis-snin 2014, 2015, u 2016, l-istatistika fuq in-numru ta’ applikazzjonijiet kienet kif muri f’din it-tabella:
Sena
Perjodu
Nru. ta’ applikazzjonijiet matul is-sena
Spiża (€ miljuni)
2014
1 Apr - 31 Dec
3,856
5.2
2015
1 Jan - 31 Dec
2,843
10.0
2016
1 Jan - 31 Dec
3,020
12.6
Ċentri irreġistrati fl-iskema hemm 98.
Kemm huwa n-numru ta’studenti li qed jibbenefikaw mis-servizz fejn jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjoni nutrittiv li beda joffri l-gvern mill-1 ta’ April 2014 ? X’kienet in-nefqa sena b’sena fuq din il-miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-bidu tal-ftuħ tas-servizz tal-Breakfast Club, fis-sena skolastika 2014-2015 ibbenefikaw 2,433 student, fis-sena skolastika 2015-2016 ibbenefikaw 3,362 student u fis-sena skolastika 2016-2017 (minn Settembru sa Jannar 2017) ibbenefikaw 4,003 student.
In-nefqa mill-ftuħ tal-Breakfast Club minn April 2014 sal-aħħar ta’ Jannar 2017 kienet ta’ €1,464,795.95. Din tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Coordinators (wieħed kull Kulleġġ), ħlasijiet lill-ħaddiema (għalliema, LSAs, eċċ.), kif ukoll ix-xiri tal-prodotti għall-Breakfast Club, kif hawn imniżżel f’din it-tabella:
Sena Skolastika
Nefqa
2014-2015
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€41,205.00
Hlasijiet lill-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€397,783.52
2015-2016
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€41,420.76
Hlasijiet lill-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€644,101.56
2016-2017
Settembru sa Diċembru 2016
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€17,265.00
Settembru sa Diċembru 2016
Hlasijiet lill-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€121,196.36
2014 sa Diċembru 2016
Tqassim ta’ Fondi lill-iskejjel
€201,823.75
TOTAL
€1,464,795.95
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ studenti li fl-aħħar snin irrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-istipendju xorta? X’kienet l-ispiża totali fuq din il-miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti fis-snin skolastiċi 2013/2014, 2014/2015 u 2015/6 kienu kif ġej:-
Sena skolastika 2013/2014
Numru ta’ studenti: 1043
Nefqa totali: €421,774
Sena skolastika 2014/2015
Numru ta’ studenti: 1031
Nefqa totali: €702,320
Sena skolastika 2015/2016
Numru ta’ studenti: 976
Nefqa totali: €736,728
L-ammonti indikati jkopru studenti li rrepetew sena fil-kors ta’ studju tagħhom fil-livell post sekondarju u terzjarju u ngħataw stipendju wara li applikaw. Xi studenti jkunu wkoll eliġibbli għall-għotja supplimentari.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ nies li ġew ingaġġati mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali fl-2016 u sal-ġurnata li titwieġeb din d-domanda? Jista’ jgħid kull persuna ingaġġata, illum fejn taħdem?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni miltuba mill-Onorevoli Interpellant.
M'inix qed nippubblika l-ismijiet izda jekk l-Onor Interpellant jixtieq inkun nista nghaddihomlu privatament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba, hu jew is-Segretarju Parlamentari ltaqgħu mal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni fl-2016 u sal-ġurnata li tkun imwieġba din d-domanda? Jekk iltaqgħu, meta saru dawn il-laqgħat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta’ dawn il-laqgħat? Jista’ jgħid ukoll jekk saru xi laqgħat, kenux infurmati bihom il-ħames membri Maltin li jiffurmaw parti mid-delegazzjoni Maltija tal-Kumitat tar-Reġjuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhemm xejn x’inżid mar-risposta li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 28561.
Kunsill Lokali taż-Żejtun — Manucca Childcare Centre – Audited Financial Statements
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30221, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jinsisti li jsiru l-audited financial statements tal-Manucca Child Day Care Centre?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tinghata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu responsabbli llum mis-sigurtà tal-istrong rooms li qegħdin fl-Istamperija tal-Gvern u li huma proprjetà tal-Kummissjoni Elettorali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ir-responsabbiltà tal-istrong rooms li qegħdin fl-Istamperija tal-Gvern hija tal-Kummissjoni Elettorali bil-kollaborazzjoni tad-Direttur tal-istess Stamperija.