Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġermaniża tul din is-sena akkademika fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġermaniża tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej:
Skejjel SekondarjiStudentiTotal ta' StudentiGħalliema
SubienBniet
Statali621649127035 + 3 HODs*
tal-Knisja903743164621
Indipendenti1171262433
*35 Għalliem u 3 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching
Il-Gudja – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu l-Gudja li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jgħixu l-Gudja u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 18, li minnhom kien hemm 10 irġiel u 8 nisa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu l-Gudja, kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni u jista’ jindika kemm kien hemm li qed jirċievu pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hi skont kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Spanjola tul din is-sena akkademika fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Spanjola tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej:
Skejjel SekondarjiStudentiTotal ta' StudentiGħalliema
SubienBniet
Statali712808152036 + 3 HODs*
tal-Knisja2901714615
Indipendenti141842257
*36 Għalliem u 3 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Portugiża tul din is-sena akkademika fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Portugiża tul din is-sena skolastika fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja kif ukoll Indipendenti u m’hemm l-ebda għalliema reġistrati li jistgħu jgħallmu din il-lingwa.
Santa Luċija – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Santa Luċija li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jgħixu Santa Luċija u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 10, li minnhom kien hemm 5 irġiel u 5 nisa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-servizzi offruti minn Aġenzija Żgħażagħ fil-gżira ta' Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ ħaddiem maż-żgħażagħ beda fil-Kulleġġ Sir Michelangelo Refalo (6th Form) f’Għawdex f’Ottubru 2016.
Il-Kulleġġ joffri lill-istudenti tas-Sekondarja u l-Middle School numru ta’ klabbs għaż-żgħażagħ matul il-brejk ta’ nofsinhar. Il-ħaddiem maż-żgħażagħ jagħti sehemu fil-Kunsill tal-Middle School li mal-klabbs tal-iskola jorganizza attivitajiet għall-istudenti.
Il-ħaddiem maż-żgħażagħ tal-Aġenzija isservi wkoll bħala punt ta’ informazzjoni dwar il-proġetti u inizjattivi tal-Aġenzija. L-għan tas-servizz tal-ħaddiem taż-żgħażagħ fl-iskejjel huwa li f’ambjent edukattiv joffri liż-żgħażagħ opportunitajiet ta’ tagħlim informali u non-formali li jgħinhom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.
Fil-Kulleġġ tas-Sixth Form, il-ħaddiem maż-żgħażagħ joffri s-servizz fil-Youth Hub darbtejn fil-ġimgħa. Il-Youth Hub joffri ambjent informali fejn il-ħaddiem maż-żgħażagħ jiżviluppa proġetti u inizjattivi maż-żgħażagħ li jgħinhom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kunsilli lokali taż-żgħażagħ li bbenefikaw minn skema ta' għajnuna li toffri Aġenzija Żgħażagħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2016 il-kunsilli lokali taż-żgħażagħ li bbenefikaw minn fondi kienu dawk ta’ Ħal Safi, l-Msida, Santa Venera, Marsaskala u Ħaż-Żebbuġ.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet qed issir id- Detached Youth Work?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li s-Servizz tad-Detached Youth Work qed isir fil-lokalitajiet li se nsemmi:
Il-Belt Valletta
Xlokk : Birżebbuġa u ż-Żejtun
Cottonera: il-Birgu, Bormla, l-Isla, il-Kalkara u l-Fgura.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett TAĦŻIŻ organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Taħżiż huwa wieħed mill-youth empowerment programmes tal-Aġenzija Żgħażagħ li din is-sena se jkun qed jidħol fil-ħames edizzjoni tiegħu. Bħala proġett huwa mtella’ b’kollaborazzjoni mal-Għaqda tal-Malti – Università, u f’edizzjonijiet preċedenti ġieli anke ġie organizzat bi sħab mal-Fondazzjoni AWL.
Taħżi jistieden żgħażagħ ta’ bejn it-18 u t-30 sena li jħobbu jiktbu u jixtiequ jtejbu l-ħiliet tagħhom, inkella dawk li joqgħodu lura minħabba li jibżgħu li jagħmlu żbalji bażiċi biex jieħdu sehem għal dan il-proġett li jservi l-aktar għal taħriġ fis-sengħa tal-kitba. Iż-żgħażagħ jintgħażlu wara li tkun ħarġet sejħa pubblika biex dawk interessati jissottomettu cv, ittra ta’ motivazzjoni kif ukoll xi xogħol qasir miktub riċentement. Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tkun b’xejn għalkemm fil-bidu jintalab depożitu żgħir li wara li jkun intemm il-proġett b’suċċess jingħata lura.
Il-proġett Taħżiż ikun imqassam tul seminars residenzjali u workshops oħrajn tal-inqas tmien darbiet tul il-perjodu ta’ bejn wieħed u ieħor sena. Jintemm b’pubblikazzjoni tax-xogħlijiet prodotti kif ukoll tqassim ta’ ċertifikati. Xi workshops ikunu wkoll miftuħin għal żgħażagħ li mhux neċessarjament ikunu qed isegwu Taħżiż.
Għal kull edizzjoni japplikaw tal-inqas għaxar (10) żagħżugħ u żagħżugħa li ħafna minnhom jirnexxilhom itemmu l-programm b’suċċess u jaraw ix-xogħlijiet tagħhom pubblikati. Iż-żgħażagħ li jieħdu sehem f’dan il-proġett jakkwistaw ħiliet oħrajn apparti tal-kitba inkluż kif jaqraw fil-pubbliku, kitba kollaborattiva u xogħol fi grupp, u hemm minnhom li eventwalment jingħaqdu mal-għaqda tal-Malti ħalli b’hekk jitkompla u jiġġedded dan il-proġett minn sena għall-oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-proġett tas-Sależjani Isla mill-iskema A4U tal-Aġenzija Żgħażagħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li permezz tal-fondi A4U ġie mwettaq il-proġett Youth Online fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ tas-Sależjani fl-Isla. Il-Proġett Youth Online, kien jikkonsisti billi bil-fondi mogħtija minn Aġenzija Żgħażagħ, sar tisħiħ tas-servizz u l-faċilitajiet offruti mill-għaqda, bl-għan li jingħata servizz aħjar liż-żgħażagħ. Għaldaqstant, permezz ta’ dawn il-fondi, kien possibbli li fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ tas-Sależjani fl-Isla, inbidlu l-kompjuters li ma kinux għadhom jaqdu l-ħtiġijiet tas-servizz u ġew installati oħrajn ġodda. Inxtara wkoll apparat ieħor fosthom monitors, keyboards u erba’ mini-PCs. Fis-sala prinċipali ġew installati ukoll żewġ laptops u wifi range extender sabiex ikun hemm l-internet għall-użu tal-membri żgħażagħ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jiżdiedu l-pajjiżi li fihom jopera l-programm Consul on the Move matul l-2017 u l-2018?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa l-programm 'Consul on the Move' għadu fi stadju ta' proġett pilota, u r-riżultati tiegħu għadhom qegħdin jiġu evalwati.
Għalkemm f'dan l-istadju wieħed jista' jgħid li r-riżultati huma pożittivi, deċiżjoni dwar jekk il-programm hux ser ikun estiż għal pajjiżi oħra għad trid tittieħed wara li jintemmu ż-żjarat skedati għal din is-sena.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm irġiel fis-Servizz Pubbliku li applikaw biex jaħdmu mid-dar u minn liema Ministeru? Kemm minnhom ġew aċċettati u kemm oħrajn li ġew rifjutati u fuq liema bażi ġew rifjutati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill l-Onor. Interpellant biex jispeċifka għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa fis-Servizz Pubbliku li applikaw biex jaħdmu mid-dar u minn liema Ministeru? Kemm minnhom ġew aċċettati u oħrajn li ġew rifjutati u fuq liema bażi ġew rifjutati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill l-Onor. Interpellant biex jispeċifka għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx għalliema li jgħallmu l-braille lill-persuni li jkunu neqsin kemm mid-dawl kif ukoll mis-smiegħ? Jista’ jgħid minn fejn jingħata dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Awditur Ġenerali analizza 14-il sistema tal-IT imma fil-fatt hemm 175 sistema tal-IT titħaddem fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali huwa awtonomu u għaldaqstant ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħoloqx aktar spazju biex jinżammu l-Medical Records fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2016 żdied l-ammont ta’ xkaffar fil-Medical Records tal-isptar Mater Dei filwaqt li sar refurbishment f’siti oħrajn sabiex ikun jista’ jsir rilokazzjoni b’mod kontinwu ta’ files inattivi. Matul din l-istess sena diversi inizzjattivi ngħataw bidu minn units differenti fl-isptar Mater Dei, sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ karti u files li jiġu ġġenerati.
Sptar Mater Dei – Digitization process tal-Medical Records
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex id-digitization process tal-Medical Records tal-Isptar Mater Dei? Jekk iva, jista’ jgħid jekk hux qed jintużaw High Volume Scanners? X'tip ta' assigurazzjoni jista' jagħti l-Ministru fuq il-korretezza? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm nies jaħdmu fir-Records Department?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej proġett pilota biex tiġi determinata l-korrettezza tal-images tad-Dokumenti magħżula. Fil-Medical Records tal-isptar Mater Dei jaħdmu 41 impjegat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx l-E-Learning platform fl-Isptar Mater Dei kif ġie rrakkomandat mill-Awditur Ġenerali fl-IT Audit tal-Isptar Mater Dei li ħareġ f'Mejju 2016 jew l-Isptar għadu qed jimxi fuq il-manual tal-IT Support Officer?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddejjin il-preparamenti meħtieġa sabiex tiġi mnedija l-E-Learning Platform.