Jista' l-Ministru jindika liema huma l-proġetti li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa se jkun qed iwettaq matul is-sena 2017 ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-proġetti li ġejjin jinsabu fi stadju ta’ tħejjija avvanzat biex jiġu mplimentati matul l-2017:
· Titjib fil-Playing Equipment ta’ Ġnien il-Qigħan
· Titjib fil-Playing Equipment ta’ Ġnien Dun Anton Debono;
· Titjib fil-Playing Equipment tal-Ġnien tas-Salib;
· Culverts għall-ilma tax-xita fi Triq Toni Pace, Triq Antonio Falzon u Triq Ġuże’ Flores;
· Restawr ta’ ħajt fi Triq il-Marfa, flimkien ma’ taraġ u passaġġ li jinfed għal Triq Dun Franġisk Sciberras;
· Titjib fit-taraġ ta’ Triq il-Mitħna l-Qadima u Triq Sant’ Anna;
· Resurfacing tal-parti t’isfel ta’ Triq Ġorġ Borg Olivier;
· Titjib fis-sistema ta’ dwal fi Triq Ġorġ Borg Olivier;
· Titjib fis-sistema ta’ dwal fi Misraħ il-Parroċċa u fil-Belveder tas-Sur;
· Titjib fis-sistema tad-dwal fil-qalba tal-Manikata.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jsiru t-tiswijiet neċessarji fl-appartament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn informazzjoni li għanda l-Awtorità tad-Djar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw b’mod separat, kien xtara l-appartament fl-1996 u għaldaqstant huwa responsabbli biex jagħmel it-tiswijiet fl-appartament li huwa proprjeta tiegħu stess.
Post tal-gvern – spezzjoni fuq gallarija perikoluża – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u li ssir spezzjoni fuq gallarija ta’ post tal-gvern li hija perikoluża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma jirri¿ultax li l-individwu li qed issir referenza għalih għamel rapport ta’ ħsarat lill-Awtorità tad-Djar. Madanakollu, l-Awtorita’ tad-Djar għamlet kuntatt miegħu, u infetaħ rapport dwar il-każ u għaldaqstant għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi sabiex jiġi vverifikat l-ilment.
Problema fis-saqaf ta’ appartament – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward problema fis-saqaf tal-appartament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, min-naħa tal-Awtorita’ tad-Djar, sar kuntatt mal-inkwilin imsemmi fejn dan għamel ilment dwar tiswijiet li kienu saru fl-appartament f’Ġunju tal-2016. Għaldaqastant għandha ssir spezzjoni fil-post biex jiġi vverifikat l-ilment u jsir ix-xogħol rimedjali kif meħtieġ.
Awtorità tad-Djar – xogħlijiet f’appartament – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward problema fix-xogħlijiet li saru fl-appartament min-naħa tal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, min-naħa tal-Awtorita’ tad-Djar sar kuntatt mal-inkwilin imsemmi dwar tiswijiet li għadhom kemm saru fis-saqaf tal-appartament, fejn dan ikkonferma li kien sodisfatt bix-xogħlijiet kollha li saru.
Ministeru għall-Finanzi — Segretarjat Privat – Safar
Question
Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika l-informazzjoni mitluba minni bħala Ministru għas-Saħħa, minn April tal-2016 ‘il quddiem.
Data
Kariga
Destinazzjoni
Raġuni
Spejjeż ta' vjaġġar
22-24/06/16
Communications and PR
Lisbon
Invitation for WHO Regional Technical Consultation - Zika Virus
€1,275
7-8/11/16
Private Secretary
Brussels
Bilateral Meetings with the Different Members of the European Parliament Working on Health Matters in Preparation for the EU Presidency
€613.32
5-6/12/16
Private Secretary
Brussels
Visit to Brussels to Address As a Keynote Speaker the First Europeam Digestive Health Summit Which will be Hosted by United European Gastroenterology
€440.32
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Privat – Safar
Question
Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bejn l-2014 sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, il-membri tas-Segretarjat tiegħi li siefru fuq xogħol uffiċċjali hu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Segretarjat Privat – Safar
Question
Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż ta’ vjaġġar , d-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vjaġġar, għal membri tas-Segretarjat tiegħi, huma elenkatasti fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Segretarjat Privat – Safar
Question
Tista’ l-Ministru tindika, għal kull membru tas-Segretarjat tagħha, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu dħul il-Gvern mill-Income Tax fl-2015 u jaqsam din skont: FSS, witholding taxes, property taxes, corporate tax, provisional tax, taxxa minn kumpanija internazzjonali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-Awtorità tal-Istatistika d-dħul tal-Gvern mill-Income Tax fl-2015 kien ta’ €1,186,640,000.
Skont tagħrif ippublikat mill-Awtorità, dan l-ammont kien maqsum kif jidher hawn taħt:
€ 000
Non-financial corporations
264,423
Financial corporations
317,357
General Government
544
Households
598,898
Non-profit institutions serving households
2,657
Rest of the world
2,762
Total income tax receipts
1,186,640*
* Dan l-ammont jinkludi:
· provisional tax: €386,263,612
· capital gains: €100,030,629
· withholding tax: €61,364,626
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28313, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern hu mistenni li jibda jopera fuq bażi ta’ accruals accounting?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Il-bidla lejn metodoloġija ta’ accrual accounting hi marbuta mal-bidla fis-sistema komputerizzata tal-accounting, minn dik kurrenti (id-Departmental Accounting System) għal sistema kumputerizzata ġdida tal-accounting (il-Corporate Financial Management Solution, CFMS) li hi sistema ħafna aktar moderna u effiċjenti, ibbażata fuq accrual accounting.
Infakkar li għal snin sħaħ taħt amministrazzjonijiet preċedenti smajna ħafna diskors dwar din il-bidla izda fil-fatt ir-rizultati kienu ftit li xejn. B’kuntrast, f’dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol bi preparazzjoni għal meta tidħol din is-sistema.
Fl-2013 it-Teżor għamel ftehim maċ-Chartered Institute of Public Finance and Accountancy (CIPFA) ibbażata fir-Renju Unit biex tipprovdi gap analysis għat-tranżizzjoni għall-accrual accounting ibbazat fuq l-applikazzjoni tal-International Public Sector Accounting Standards (IPSAS). Ir-rapport wera x’hemm bzonn isir u l-bidliet meħtieġa (accounting, sistemi, proċessi u nies) biex jiġu implimentati l-IPSAS.
Fl-2015 it-Teżor, flimkien mal-Ministeru għall-Finanzi, organizza konferenza għal uffiċjali fis-servizz pubbliku u persuni oħra interessati biex jippromwovi l-implimentazzjoni tal-IPSAS fil-Gvern Malti. Fl-istess sena t-Teżor, flimkien ma’ CIPFA, organizza zewġ seminars iffinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea biex ikompli jippromwovi t-tħaddim ta’ din is-sistema.
Fl-2016 it-Teżor għamel ftehim ma’ CIPFA biex jitħejjew zewġ rapporti, ko-finanzjati mill-Eurostat, dwar Assistance in developing the finance profession u Assistance in the implementation of accrual accounting – accounting for taxation.
Fl-2016 twaqqaf kumitat, Public Sector Committee, fi ħdan il-Malta Institute of Accountants biex jipprovdi feedback lill-Gvern fuq l-IPSASs kif addottati mill-Gvern Malti.
It-tender għal din is-sistema ġdida issa wasal fl-aħħar stadju tiegħu.
Transport Malta – A3 Towers f’Raħal Ġdid — uffiċini ġodda - permessi
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24219, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi relatati mal-uffiċini li qegħdin jintużaw preżentament minn Transport Malta fl-A3 Towers f’Raħal Ġdid? X'inhi r-raġuni li l-Ministru ma jridx ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-permessi huma diġa’ pubbliċi .
B' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24224, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur ta' kull tender/direct order għall-materjal, equipment u servizzi biex saru x-xogħlijiet relatati mal-uffiċini l-ġodda ta’ Transport Malta ġewwa l-A3 Towers f’Raħal Ġdid peress li fir-risposta tiegħu ma qalx kemm hu l-valur ta’ kull direct order/tender?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Supplier
Description
Tender / Direct Order
Value in Eur
Invicta
Office furniture
Tender
83,422.60
BDI Ltd
Office chairs
Tender
19,816.87
Vivendo Projects Ltd
Office furniture u flash doors
Tender
38,401.00
Sirap
Power Supplies
Tender
8,798.00
Motive Services
Generator
Tender
19,520.00
Firetech
Argonite system
Tender
21,344.26
Stereo Vision
CCTV system
Tender
8,890.00
Faro Group
Fire alarm system
Tender
17,660.00
Firstil
Antistatic raised PVC flooring
Direct order
6,860.00
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ventilation report, fire report, noise report u safety report li permezz tagħhom ħareġ il-permess għall-uffiċini ta' Transport Malta li jinsabu fil-blokka tal-A3 Towers fil-Marsa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-uffiċini ta' Transport Malta li jinsabu fil-blokka tal-A3 Towers fil-Marsa huma konformi mal-liġijiet sanitarji ta' pajjiżna u ma huma tal-ebda periklu għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jaħdmu fihom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid b'kemm ittardjat it-tlestija tal-uffiċini ta' Transport Malta li jinsabu fl-A3 Towers fil-Marsa? Kemm weħel penali min ħa l-kuntratt biex jikri dawn l-uffiċini lil Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda penali peress li d-dewmien ma kienx ikkawżat mis-sidien.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpaniji privati li d-Dipartiment tal-ICT fi ħdan Transport Malta jagħmel użu minnhom kemm għall-provvista ta' servizzi kif ukoll prodotti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma li l-Onor. Interpellant li l-kumpaniji privati li d-Dipartiment tal-ICT fi ħdan Transport Malta jagħmel użu minnhom kemm għall-provvista ta' servizzi kif ukoll prodotti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.