Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #30929 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Is-Sannat — Triq ta' Ċenċ - xogħlijiet - perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-Perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq ta' Ċenċ fis-Sannat? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-Perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #30933 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Ġnien/Spazju Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ġnien/spazju pubbliku li hemm fis-sies ta' bejn il-Knisja ta' San Pawl Nawfragu u l-breakwater ta’ Buġibba, San Pawl il-Baħar ġiex devolut lill-kunsill lokali? Jekk iva, meta saret din id-devoluzzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #30934 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti taċ-ċivil – sejħiet għal promozzjonijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30758, peress li l-informazzjoni li ntalbet kienet għall-‘aħħar sejħiet’, kienu meta kienu, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni u ċjoè, jagħti tagħrif dwar liema kienu l-aħħar sejħiet għall-promozzjonijiet f'kull dipartiment taċ-ċivil, dipartiment dipartiment? Liema minn dawn is-sejħiet fil-fatt kellhom il-proċess tagħhom konkluż, u kemm għadhom għaddejjin? Jekk xorta se jkun hemm insistenza dwar perjodu ta' żmien, jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #30935 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern – każi ta’ dixxiplina

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30757 u jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-każi ta' dixxiplina li kien hemm fid-diversi dipartimenti tal-Gvern, skont id-dipartiment li jaħdmu fih, kull sena, dipartiment dipartiment, bejn l-2013 u llum? Kemm kien hemm każi fejn il-persuni konċernati spiċċaw imkeċċija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Karozzi wżati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30780 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u ċioè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi li qed jintużaw għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea humiex kollha bin-number plate li tibda bil-Y? Dan ix-xogħol ingħata wara call of tender? Jekk iva, min rebaħ it-tender? F’każ li hemm iżjed minn garaxx wieħed li rebaħ it-tender, jista’ jgħid l-ismijiet tal-garaxxijiet kollha?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-karozzi li qed jintużaw mill-Ministri Ewropej waqt il-laqgħat informali ġew mogħtija bħala sponsorshipminn kumpanija lokali. Iżda minħabba ċirkustanzi fejn kien hemm back to back meetings, kien hemm il-bżonn addizjonali li jiġu utilizzati numru ta’ chauffered driven cars. Dan is-servizz ġie pprovdut minn John’s Garage Limited, il-kumpanija li rebħet it-tender relatat ma dan is-servizz għall-Presidenza. Din is-sejħa għall-offerti ħarġet mid-Dipartiment tal-Kuntratti skont il-Public Procurement Regulations.
Leg 12 PQ #30937 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Destination Management Companies

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-kumpaniji u/jew individwi li huma liċenzjati biex joperaw ta’ Destination Management Companies f’Malta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, hemm total ta' erbgħa u sittin kumpanija li joperaw bħala Destination Managment Company. Fost dawn, hemm wieħed u għoxrin kumpanija li huma wkoll ‘Quality Assured’ mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Id-dettalji ta’ dawn il-kumpaniji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Appliakzzjoni għal ċittadinanza — każ ta' persuna

Question

B'referenza għall-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 30220, jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm diskrezzjoni fuq l-applikazzjoni msemmija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-artiklu 10(1) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija jgħid: “Frustier jew persuna apolidi, li jkun persuna tal-età u ta’ kapaċità sħiħa, meta jagħmel applikazzjoni għal hekk lill-Ministru bil-mod preskritt, jista’ jingħata ċertifikat ta’ naturalizzazzjoni bħala ċittadin ta’ Malta jekk jissodisfa lill-Ministru […]”. Il-kelma “jista’” tindika diskrezzjoni, altrimenti l-leġi¿latur kien juża l-kelma “għandu”.
Leg 12 PQ #30939 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – xogħlijiet li saru minn Destination Management Companies

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ xogħlijiet li tqabbdu biex jagħmlu Destination Management Companies (jew operaturi simili) mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu? Għal kull biċċa xogħol, jista’ jgħid meta tqabbdu, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm sewa u jekk tqabbdux wara proċess kompetittiv jew b’direct order?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-informazzjoni li għandi, id-Destination Management Companies illi ġew imqabbda f’eventwalitajiet illi jvarjaw bejn konferenzi, inċentivi u attivitajiet oħra, mill-Ministeru u mill-entitajiet illi jifformaw parti mid-dekasteru tiegħi jinkludu: Proġett Meta tqabbdu Fiex kien jikkonsisti x-xogħol Kemm sewa (inlk. VAT) Proċess kompetittiv jew direct order Ministeru għat-Turiżmu EEED-2015 12/09/2016 Organiżżazzjoni ta’ Konferenza Internazzjonali; Social networking evening; u tour ġewwa Għawdex €7,768.91 Proċess kompetittiv Malta Tourism Authority Swiss Federation of Travel Agents/ Conference (incl. Gala dinner for 210 pax.) 13/11/2014 DMC illi tispeċjalizza fil-M.I.C.E. fis-Suq Svizzeru, biex jimmaniġġaw il-loġistika għall-avveniment. F’dan il-każ, id-DMC ħadet ħsieb tħallas lis-suppliers hi. €57,025.00 Proċess kompetittiv (Expression of Interest issued on 05/03/2014 including request for quote) JC Decaux Familiarisation Visit 04/11/2014 DMC illi tispeċjalizza fil-M.I.C.E. fis-Suq Olandiż, biex jimmaniġġaw il-loġistika għall-avveniment. €6,067.60 Proċess kompetittiv (Expression of Interest issued on 25/02/2014 including request for quote). BEA Familiarisation Visit 12/02/2015 DMC illi tispeċjalizza fil-M.I.C.E. fis-Suq Taljan, biex jimmaniġġaw il-loġistika għall-avveniment. €4,592.50 Proċess kompetittiv (Expression of Interest issued on 03/12/2015 including request for quote). Malta International Choir Festival 24/10/2015 DMC biex jipprovdi s-servizzi ta’ courier sabiex jassisti f’li jiġu milqugħa 20 kor mal-wasla fl-MIA €2,660.36 Proċess kompetittiv (Expression of Interest issued on 16/10/2015).

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – xogħlijiet li saru minn Destination Management Companies

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ xogħlijiet li tqabbdu biex jagħmlu Destination Management Companies (jew operaturi simili) mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu? Għal kull biċċa xogħol, jista’ jgħid meta tqabbdu, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm sewa u jekk tqabbdux wara proċess kompetittiv jew b’direct order?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li wara sejħa għall-offerti maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti, l-Ministeru qed juża servizz ta’ Destination Management Company (DMC) biex tikkordina il-laqgħat li qed isiru f’Malta matul ix-xhur tal-Presidenza Maltija. Ninforma l-Onorevoli Interpellant li dan il-proċess sar skont il-Public Procurement Regulationsu li dan il-kuntratt ġie ffirmat nhar l-1 ta’ Lulju 2016 għall-valur ta’ €729,153.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – xogħlijiet li saru minn Destination Management Companies

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ xogħlijiet li tqabbdu biex jagħmlu Destination Management Companies (jew operaturi simili) mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu? Għal kull biċċa xogħol, jista’ jgħid meta tqabbdu, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm sewa u jekk tqabbdux wara proċess kompetittiv jew b’direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #30942 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – xogħlijiet li saru minn Destination Management Companies

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ xogħlijiet li tqabbdu biex jagħmlu Destination Management Companies (jew operaturi simili) mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu? Għal kull biċċa xogħol. jista’ jgħid meta tqabbdu, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm sewa u jekk tqabbdux wara proċess kompetittiv jew b’direct order?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ma tax xogħol lil Destination Management Companies.
Leg 12 PQ #30947 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persons of Trust u Position of Trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi d-differenza bejn person of trust u position of trust, peress li f’mistoqsijiet preċedenti jisemmew kemm persons of trust kif ukoll position of trust f’diversi Ministeri? Hemm massimu kemm Ministru jista’ jkollu persons of trust u position of trust?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Person of trust ikun persuna li mhux impjegat mal-Gvern direttament, li jkun fuq kuntratt indefinit u l-kuntratt tiegħu jista’ jintemm ma’ xi bidla relevanti. Position of trust huma impjegati tal-Gvern direttament jew tas-settur pubbliku li jingħataw pozizzjoni ta’ fiducja li tkun differenti mill-grad sostantiv tagħhom. Il-kuntratt ikun definit u jintemm ma’ kull bidla relevanti. Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-manwali relatati li t-tnejn li huma tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Att III tal-2014 – persuni li ġew eżenti minn responsabilità kriminali fil-konfront ta’ minuri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30675 u ċjoè: B’referenza għall-Att III tal-2014, l-Att li jkompli jemenda l-Kodiċi Kriminali, jista’ l-Ministru jgħid kemm ir-rapport kien hemm kontra persuni minuri ta’ taħt l-14-il sena u li ma setgħux jittellgħu l-Qorti għaliex ġew eżenti minn responsabilità kriminali skont l-istess Att, fis-sena 2015 u fis-sena 2016 separatament minn xulxin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx b’dan il-mod minħabba li l-korp qatt ma kellu sistema elettronika biex jinżammu r-records.

Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30674 u jgħid kemm-il rapport kien hemm dwar vjolenza domestika fis-sena 2016 u kemm minnhom ġew investigati? Jista’ jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq vjolenza domestika fis-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #30950 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern – vakanza għal Chief Printer

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30682, jista' l-Ministru jgħid għaliex inħarġet vakanza ġdida għal Chief Printer fl-Istamperija tal-Gvern meta diġà jeżisti dan il-post? Jista ' jikkonferma jekk fl-Istamperija tal-Gvern huwiex se jkun hemm żewġ Chief Printers?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vakanza l-ġdida ghal Chief Printer ħarġet bhala parti mill-istrutturar tal-Istamperija tal-Gvern. Iż-żewġ Chief Printers se jkollhom rwoli differenti u distinti minn xulxin.

Kumitat tal-Vot 16 — diskussjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30650 u jgħid x’sar mill-Kumitat tal-Vot 16? Saru diskussjonijiet mal-membri tal-Kumitat dwar il-way forward ta’ dan il-kumitat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumitat li kien twaqqaf kien biex jiddaħħal il-Vot 16 fl-Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali, kif kien imwiegħed fil-Manifest Elettorali taħt il-Kapitlu 19. Naturalment, ġaladarba din il-wegħda ġiet fis-seħħ, dan il-kumitat m’għadux jiffunzjona.

Safar fuq xogħol relatat mal-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30647 u jgħid kemm-il darba mill-2013 sal-lum siefer fuq xogħol relatat mal-kunsilli lokali? Min siefer miegħu? X’kien l-iskop ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu sifirx fuq xogħol relatat mal-Kunsilli Lokali mill-2013 sal-lum? Min siefer miegħu u x’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ safar uffiċċjali relatat mal-Kunsilli Lokali kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – għajnuna finanzjarja mill-Gvern Ċentrali għall-attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm kienet l-għajnuna finanzjarja li ngħatat mill-Gvern Ċentrali lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għall-attivitajiet ‘Iljieli Mellieħin’ u ‘Milied Mellieħi’ organizzati mill-istess kunsill bejn Diċembru 2008 u Diċembru 2016 sena b’sena b’mod separat?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – toroq/sqaqin f’żoni rurali — wiċċ bil-konkos

Question

Jista' l-Ministru jindika liema kienu dawk it-toroq/sqaqin f'żoni rurali fil-konfini tal-Mellieħa (il-Manikata) li ngħataw wiċċ bil-konkos mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn Ġunju 2013 u Jannar 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba, kif provduta mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa — Funikular bejn il-Mellieħa u l-Bajja tal-Għadira – studji dwar il-proġett

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13083 mogħtija fil-11 ta' Diċembru 2014 , jista' l-Ministru jgħid jekk sarux l-istudji li jitrattaw diversi aspetti dwar il-proġett tal-funikular fil-Mellieħa , liema idea tal-proġett kienet tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa? Jekk saru dawn l-istudji, jista' jpoġġi dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.