Iż-Żejtun – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu ż-Żejtun li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jgħixu ż-Żejtun u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien jammonta għal 66, li minnhom kien hemm 35 raġel u 31 mara.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu ż-Żejtun, li kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni u jista’ jindika kemm kien hemm li qed jirċievu pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni minnu hija skont kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Iż-Żejtun – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu ż-Żejtun, li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet? Kemm kienet l-ispiża sal-aħħar tal-2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016 l-Awtorità tad-Djar kellha 25 persuna miż-Żejtun li bbenefikaw mis-sussidju tal-kera. L-ispiża għal dan il-perjodu kienet ta’ €20,271.44.
Wied il-Għajn – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Wied il-Għajn li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jgħixu ġewwa Wied il-Għajn u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien jammonta għal 76, li minnhom kien hemm 37 raġel u 39 mara.
Aġenzija Żgħażagħ u Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – Konkors Kitba Letterarja għaż-Żgħażagħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li pparteċipaw fil-konkors Kitba Letterarja għaż-Żgħażagħ organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fl-2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li kienu ħamsa l-parteċipanti fil-konkors Kitba Letterarja għaż-Żgħażagħ għas-sena 2016.
Esplora – Inizjattiva Christmas Factor School Competition
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li pparteċipaw fl-inizjattiva Christmas Factor School Competition organizzat minn Esplora?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'kollox ipparteċipaw 167 student. Iktar informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni f'din l-inizjattiva, maqsuma f'kategorija A - skejjel primarji u kategorija B - skejjel sekondarji, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 30280 - Esplora - Inizjattiva Christmas Factor School Competition.pdf
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-ftehim iffirmat ftit tax-xhur ilu bejn il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) u l-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Memorandum of Understanding (MoU) bejn l-MCAST u l-MCST jiffoka fuq l-oqsma tal-komunikazzjoni tax-xjenza kif ukoll fil-gwidi għall-karrieri. Il-ftehim bejn iż-żewġ entitajiet hu bbażat fuq ir-rieda tal-partijiet li jikkoperaw biex iżidu l-popolarità tax-xjenza fost il-poplu b’emfażi fuq iż-żgħażagħ. Dan biex jintlaħaq l-għan li aktar żgħażagħ jagħżlu karrieri fix-xjenza u oqsma relatati.
Minbarra hekk, il-partijiet ftehmu li jkomplu jikkoperaw biex joffru
internships
u esperjenzi ta’ xogħol lill-istudenti tal-MCAST ġewwa l-MCST u fiċ-ċentru xjentifiku tal-ESPLORA.
Inizjalment, l-internships se jiġu offruti lil numru ta’ studenti pproponuti mill-MCAST għal perjodu qasir ta’ żmien, imbagħad, issir selezzjoni ta’ studenti li ser jaħdmu matul ix-xhur tas-sajf.
Il-partijiet qablu ukoll li jaħdmu flimkien biex jesploraw u jikkollaboraw fuq inizjattivi xjentifiki li jiġu identifikati minn żmien għal żmien,
Dan il-ftehim se joħloq sinerġija bejn l-MCST u l-MCAST li tkompli tiżviluppa r-relazzjoni bejn l-entitajiet. Il-ftehim se joħloq ukoll inkoraġġiment biex jintagħżlu suġġetti tax-xjenza, kif ukoll se jgħin lill-istudenti jiżviluppaw professjonalment u personalment. Dan se jgħin ukoll fit-tranżizzjoni mill-ħajja akkademika għad-dinja tax-xogħol għaliex l-istudenti se jkunu esposti għal esperjenzi u opportunitajiet f’diversi oqsma relatati max-xjenza u l-arti, jitgħallmu jaffaċċjaw l-isfidi li toffri d-dinja tax-xogħol hands on u joħorġu mill-esperjenza mħarrġa u lesti anke bil-prattika li tgħallmu fit-teorija.
Barra minn hekk, Esplora ser tgħin biex l-istudenti jifhmu aħjar fejn jixtiequ jispeċjalizzaw fil-linji relatati max-xjenza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ pickpocketing fl-2016? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet seħħew dawn il-każijiet? Jista’ jgħid x’kienu l-affarijiet misruqa? Jista’ jgħid kemm tressqu nies il-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija u kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija? Fil-każ tan-nazzjonalità barranija, jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalita kienu? Jista jgħid x’kienu s-sentenzi mogħtija mill-Qorti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti ta’ każijiet ta’ pick-pocketing li ġew irrappurtati lill-Pulizija fis-sena 2016 kien jammonta għal 2447. Informazzjoni dettaljata dwar il-lokalita fejn seħħew dawn il-każi, kif ukoll dettalji tal-affarijiet misruqa tinstab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Ninsab infurmat illi ma tinżammx informazzjoni elettronika ta’ kemm tressqu nies il-Qorti, il-pieni mogħtija b’konnessjoni ma’ dawn il-każi u n-nazzjonalita` tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-pulizija dwar persuni nieqsa fl-2016? Kemm persuni nstabu jew irritornaw u kemm baqgħu ma nstabux? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid x’kienu l-etajiet tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 saru 837 rapport lill-pulizija dwar persuni nieqsa. Minn dawn hemm 14 il-persuna li għadhom nieqsa, filwaqt li 823 instabu jew irritornaw. 602 persuni kienu tas-sess femminili, filwaqt li 235 kienu tas-sess maskili. L-etajiet tagħhom ivarjaw hekk kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
MCA u MCCAA – laqgħat – kwistjonijiet fuq internet providers
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 29146 u 26738 rigward diskussjonijiet mal-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni (MCA) u l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), tista’ l-Ministru tgħid meta saru l-laqgħat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur rigward kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ internet providers u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat li saru?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f'xi seduta ohra.
Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur – kwistjonijiet relatati mal-Att dwar il-Kompetizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29143, tista’ l-Ministru tindika liema liġi tipprojbixxi l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur li jiddiskuti kwistjonijiet li huma relatati mal-Att dwar il-Kompetizzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fit-tweġiba 29143 il-mistoqsija kienet dwar investigazzjonijiet li kienu qed isiru mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni. It-tweġiba li ngħatat kienet qed tindika li l-Kunsill ma jidħolx fuq kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati mill-Ufficcju tal-Kompetizzjoni. Dan għal fatt li tali ndħil jista’ jippreġudika dawn l-investigazzjonijiet.
Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur – ġurisdizzjoni — żieda
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29068, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitneħħa l-kumpens li jista’ jitlob konsumatur f’każ ta’ danni morali? F’każ li dan mhux se jseħħ, tista’ tgħid jekk dan hux se jiżdied?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda ħsieb li jitneħħa l-imsemmi kumpens. F’dan l-istadju m’hemmx il-ħsieb li jiżdied l-ammont.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29140, tista’ l-Ministru tgħid x’kienu r-raġunijiet li sar l-ivjaġġar, x’kariga kienet tokkupa l-persuna li vvjaġat u tista’ tindika d-data tat-tluq u d-data tar-ritorn minn u lejn Malta?
Response (DALLI, HELENA)
Ir-raġuni tal-ivvjaġar kien il-Consumer Summit fl-ewwel u t-tnejn ta’ Ġunju 2015. Għaldaqstant Iċ-Ċhairperson tal-Kunsill għall-affarijiet tal-Konsumatur telaq lejn Brussels fi 30 ta’ Mejju filgħaxija u ġie lura Malta fi 2 ta’ Ġunju.
Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur — laqgħat mal-Awtorità li tirregola s-suq tal-Enerġija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa saru bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità li tirregola s-suq tal-enerġija minn Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma kien hemm ebda laqgħa.
Laqgħat bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29064, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa saret bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni minn Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk dawn saru, tista’ tgħid meta dawn saru?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-mistoqsija parlamentari 29064 kienet rigward laqgħat dwar ilmenti tal-konsumaturi mal-Awtorita’ ta’ Malta għall-Komunikazzjoni. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-istess laqgħat, jiġifieri laqgħat dwar ilmenti tal-konsumaturi, nirreferih għall-istess tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29064.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm b’kollox studenti li attendew għall-klassijiet ta' reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC? Kemm minn dawn l-istudenti qagħdu għall-eżamijiet? Kemm minnhom għaddew mill-eżamijiet li qagħdu għalihom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant illi b’kollox attendew 770 student għall-klassijiet ta' reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC li saru matul is-sajf tas-sena 2016.
Minn dan in-numru, għamlu l-eżami 733 student u għaddew: 63% fil-Malti, 40% fl-Ingliż, 28% fil-Matematika u 27% fil-Fiżika.
Proprjetajiet li mill-knisja jridu jgħaddu għand il-gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-ftehim li hemm bejn l-Istat u l-Knisja li jiskadi fi ftit snin oħra, x’qed jagħmel dan il-gvern biex isolvi l-problemi kbar li hemm pendenti, relatati ma’ proprjetajiet li għad iridu jgħaddu għand il-gvern?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid issa li l-liġi tal-Awtorità tal-Artijiet għaddiet mill-proċessi kollha parlamentari, fiex wasal il-proċess b’mod tanġibbli?