Legislature:
Category:
Reset
Active:

Home Based Therapeutic Service (HBTS)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Home Based Therapeutic Service u kif wieħed jista’ jagħmel użu minn dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-għan tal-‘Home Based Therapeutic Service’ (HBTS) huwa li jiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali billi jipprovdi għajnuna terapewtika lill-familji bi problemi varji fil-kommunita’ fejn jgħixu. Dawn il-familji jkollhom diversi problemi kumplessi relatati ma’ faqar, vizzji ta’ droga, vjolenza fil-familja, problemi ta’ saħħa mentali u li jkunu f’riskju li t-tfal jitneħħew mill-kustodja tadl-familji naturali tagħhom u jitqiegħdu taħt Ordni ta’ Ħarsien (Care Order). It-tim terapewtiku jikkonsisti fi professjonisti bħal terapisti tal-familja, psikoterapewti u counsellors. L-għajnuna tiġi offruta kemm fuq bażi individwali, kif ukoll mal-familja milquta, fosthom programmi fuq trobbija. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Home Based Therapueti Service (HBTS) qiegħed ikun offrut lill dawk il-familji li jkunu refereuti mill-Aġenzija Appoġġ, b’mod partikolari biex titjieb is-sitwazzjoni tal-familja fid-dar tagħhom, speċjalment meta jkun problemi fid-dar fejn issir ħidma mal-familja biex tfal jibqgħu fl-ambjent naturali tagħhom u mhux jittieħdu mill-familja, kif ukoll lil dawk il-familji fejn it-tfal ma baqgħux taħt il-kustodja tal-familja naturali sabiex flimkien mal-professjonijiet, il-familja taħdem aktar biex it-tfal jerġgħu lura fil-familha naturali.
Leg 12 PQ #30999 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29913 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kollu hemm 23 persuna f’position of trust u 60 person of trust. Ma’ dawn hemm inkluża persuni li gew ingaġġati rizultat tal-impenji tal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill Ewropew. Infakkar lill-Onor Interpellant li fiż-żmien l-amministrazzjoni preċedenti, li huwa kien jagħmel parti minnha, fis-Segretarjati Privati biss tal-Prim Ministru u taż-żewg Segretarji Parlamentari li kellu mieghu, li għadhom membri ta’ din il-Kamra sal-lum, kien hemm 62 persuna f’position of trust jew bhala persons of trust. U dan fi żmien meta pajjizna ma kellux l-impenji li ġġib magħha l-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill Ewropew.

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — person of trust u posuition of trust

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29914 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament, hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #31001 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — person of trust u position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30237 u 29924 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru hemm 2 persuni f’position of trust u 18 persons of trust. Ma’ dawn hemm inkluz dawk li ġew ingaġġati għall-Presidenza ta’ Malta.
Leg 12 PQ #31002 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità dwar l-Artijiet – għeluq

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha dak li kien id-Dipartiment tal-Artijiet (issa l-Awtorità dwar l-Artijiet) se jinżamm magħluq għal xahrejn sħaħ, sal-aħħar ta' Marzu 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm tidħol fis-seħħ il-liġi kollha tal-Awtorità tal-Artijiet, id-Dipartiment tal-Artijiet mhux se jagħlaq iżda qed jaħdem fuq bażi normali.
Leg 12 PQ #31003 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità dwar l-Artijiet — ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm minn dawk li kienu jaħdmu mad-Dipartiment tal-Artijiet iddeċidew li jmorru jaħdmu mal-Awtorità dwar l-Artijiet? Kemm kien hemm ħaddiema li għażlu li jibqgħu jaħdmu maċ-Ċivil minflok imorru ma' din l-awtorità ġdida? Kif se jimtlew il-vakanzi li nħolqu, jew jistgħu jinħolqu, wara li dawn il-ħaddiema jitilqu mill-post tax-xogħol li kellhom sa ftit taż-żmien ilu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan tal-istruttura tar-riżorsi umani fl-Awtorità tal-Artijiet għad trid tiġi diskussa u attwata flimkien mar-rappreżentanti tal-ħaddiema.
Leg 12 PQ #31004 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità għall-Ippjanar – applikazzjonijiet għall-estensjoni tal-Port tal-Imġarr (Għawdex)

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità għall-Ippjanar għandhiex quddiemha applikazzjonijiet għall-estensjoni tal-Port tal-Imġarr f'Għawdex? Min ressaq din l-applikazzjoni, jekk saret, u meta hu mistenni li fil-fatt tiġi kkunsidrata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Gejt nfurmat mill l-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorita għandha quddiemha applikazzjoni (Outline Application) bin-numru PA 03051/03 - Tina for Malta - Environment and feasability studies. Main breakwater, Mgarr Harbour -Construction of berth on seaward side. L-applikant hu s-Sur James Piscopo f'isem Transport Malta. Skont l-aħħar komunikazzjoni mill-perit datat 08/09/2016, l-applikant jinsab f'diskussjonijiet mal-Awtorità tal-Ambjent u r-Risorsi (ERA) sabiex jiġu konklużi l-istudji ambjentali neċessarji. Il-proċess tal-applikazzjoni għall-iżvilupp jitkompla meta jiġu konklużi l-istudji ambjentali. L-Awtorità tal-Ippjanar ghandha wkoll quddiemha applikazzjoni oħra (Full Development Application) bin-numru PA 03862/16 - Refurbishment and repairing of quayside structures, including slipways, installation of additional moorings, and dredging operations to facilitate such increased mooring. L-applikant hu s-Sur James Piscopo f'isem Tranport Malta. Din l-applikazzjoni sarilha l-proċess tal-iscreening fl-24/08/2015 fejn intalbu numru ta' sottomissjonijiet fosthom Project Description Statement, Construction Management Plan u studji ambjentali. Din l-applikazzjoni tiġi validata u pproċessata la darba jiġu sottomessi d-dokumumentazzjoni kollha mitluba fl-iscreening letter.
Leg 12 PQ #31005 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Applikazzjonijiet għal tkabbir jew bini ġdid ta’ yacht marina

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk f'Għawdex hemmx applikazzjonijiet pendenti għat-tkabbir, jew bini mill-ġdid ta' yacht marinas? Jekk hemm tali applikazzjonijiet, liema huma dawn l-applikazzjonijiet, meta saru, u meta hu mistenni li jiġu deċiżi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat mil-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorita għandha quddiemha applikazzjoni (Full Development Application) bin-numru PA 03862/16 - Refurbishment and repairing of quayside structures, including slipways, installation of additional moorings, and dredging operations to facilitate such increased mooring - Mgarr Harbour L-applikant hu s-Sur James Piscopo f'isem Tranport Malta. Din l-applikazzjoni sarilha l-proċess tal-iscreening fl-24/08/2015 fejn intalbu numru ta' sottomissjonijiet fosthom Project Description Statement, Construction Management Plan u studji ambjentali. Din l-applikazzjoni tiġi validata u pproċessata la darba jiġu sottomessi d-dokumumentazzjoni kollha mitluba fl-iscreening letter.

Tender għal ikel

Question

B’referenza għat-tender tal-ikel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ippubblikat fit-30 ta’ Settembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ewwel konsenja ġietx imqassma diġà? Jista’ jgħid kemm-il persuna bbenefikaw minn din l-ewwel konsenja? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll liema kategorija ta’ persuni kkwalifikaw għal dan l-ikel?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur li rebaħ it-tender iffirma l-kuntratt u t-tqassim se jibda fil-ġimgħat li ġejjin. Minn din l-iskema se jibbenefikaw 33,000 persuna u se tirċievi dan l-ikel kull familja li tirċievi xi forma ta’pensjoni/għajnuna soċjali mhux kontributorju u li d-dħul tagħha ma jaqbisx €8,886-00 u li għaldaqstant tirċievi l-benefiċċju tal-Enerġija u li ma tkunx diġà bbenefikat mill-iskema tat-tqassim tal-ikel iffanzjata mill-Unjoni Ewropea.
Leg 12 PQ #31022 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju Elettorali – taħriġ għall-istaff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'taħriġ għall-istaff qiegħed isir ġewwa l-Uffiċċju Elettorali? Jista' l-Prim Ministru jgħid ġietx ingaġġata kumpanija privata biex tipprovdi dan it-taħriġ u b'liema mod sar dan l-ingaġġ? X'inhu l-ħlas li l-Uffiċċju Elettorali mistenni jagħmel għal dan is-servizz mingħand din il-kumpanija privata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #29688 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar u tingħata risposta f’seduda oħra.
Leg 12 PQ #29689 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interperllant li l-ispiża fuq mobile phones mill-uffiċjali kollha fil-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura bejn April 2013 u Diċembru 2016 kienet ta’ €158,105.83. Fir-rigward ta’ spejjeż li saru fuq fuel għall-karozza tiegħi, t-total minfuq kien ta’ €1,149. Dan sar bejn April u Diċembru tas-sena 2013 peress li minn wara din id-data, cioe’ minn Jannar 2014 ‘l quddiem, bdiet tintuża electric vehicle.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija għal liema mobile phones u fuel qiegħed jirreferi.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Maintenance Manager u Executive Maintenance – bord tal-għażla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kien iffurmat il-bord tal-intervista li saru għall-vakanzi ta' Maintenance Manager u ta’ Executive Maintenance? Xi kwalifiki, esperjenza diretta fuq ix-xogħol u grad kellhom?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema sezzjoni tal-maintenance qed jirrefri.
Leg 12 PQ #30172 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa u Delimara – turbini/combined cycle

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk is-segwenti turbini/combined cycle għadhomx f'good working condition, u ċjoè: (i) l-AEG open cycle gas turbine (Frame 6) tal-Marsa; (ii) iż-żewġ John Brown open cycle gas turbines (Frame 6) ta' Delimara; (iii) il-combined cycle f'Delimara (żewġ gas turbines Frame 6 + recovery boiler + steam turbine)? Kemm-il siegħa ġie mħaddem kull apparat fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-impjanti imsemmija, li ilhom jintużaw bejn 18 u 27 sena, jiffurmaw parti mit-taħlita tas-sorsi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Kumpanija. Dawn l-impjanti, li jaħdmu billi jaħarqu d-diesel, jiġu miżmuma f’kundizzjoni tajba permezz ta’ programm ta’ manutenzjoni kontinwa hekk kif speċifikat mill-kumpaniji li għamluhom. Minħabba l-fjuwil li jużaw, l-emissjonijiet u l-livelli ta’ effiċċjenza tagħhom, dawn l-impjanti huma aktar adekwati biex jinżammu bħala riserva għal meta impjanti oħrajn ma jkunux disponibbli, jew f’xi każi ta’ emerġenza. L-użu ta’ dawn l-impjanti f’dawn l-aħħar snin huwa kif ġej: SenaMarsaxlokk (Delimara) Running hrsMarsa Running hrs JB GT1JB GT2NP1NP2ST3GT9 20103801415515740315940427 2011503634309047145311283 201218361478282730313031645 201310475341228303413166 2014229228283234033862125 20153720813091178145039 2016245549444 9

Santa Luċija – persuni li jieħdu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu Santa Luċija kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni u jista’ jindika kemm kien hemm li qed jirċievu pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni minnu hija skont kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati – persuni impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati tul is-sena li għaddiet (2016) u jekk humiex se jiġu ingaġġati persuni oħra tul din is-sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li sa Diċembru 2016 kien hemm 24 persuna impjegati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati. Ġiet ingaġġata persuna waħda f’Jannar 2017 u huwa meħtieġ li jiġu ngaġġati 19 il-persuna matul din is-sena, kif qed jiġi diskuss fl-HR Plan tal-2017 u li ħafna minnhom huma replacements.