Birgu — Casino di Venezia – kawża ta’ arretrati fuq ċnus
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri fil-kawża miftuħa mill-Gvern fir-rigward ta' arretrati ta' ċnus għall-użu tal-binja magħrufa bħala l-Casino di Venezia fil-Birgu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li ġejt nfurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li l-proċeduri li hemm quddiem il-Qrati ta’ Malta, huma sub judice, u li għal dawn qed jidher l-Avukat Ġenerali f’isem il-Gvern ta’ Malta.
Birgu — Żvilupp ta’ hotel biswit il-Casino di Venezia
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk l-iżvilupp għal hotel biswit il-Casino di Venezia fil-Birgu hux miżmum, minħabba l-kawża li hemm pendenti fuq arretrati ta' ċnus? Jekk dan mhux il-każ, jistax jinforma lill-Kamra għalfejn ix-xogħol jinsab wieqaf?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ġejt nfurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li l-proċeduri li hemm quddiem il-Qrati ta’ Malta huma kontra tlett kumpanniji: Port Cottonera Hotel Development Co Limited, Galleys Development Co Limited u Vittoriosa Gaming Limited. Il-kawza nfethet biex, fost affarijiet ohra, inkluz il-ħlas ta’ arretrati taċ-ċnus etc, biex il Qorti tiddikjara
1. l-Kummissarju tal-Artijiet maħlul mill-konċessjoni enfitewtika f’dawk il-partijiet mill-Port Cottonera Emphyteutical Site li jolqtu (a) l-Casino Di Venezia, il-porzjoni ta’ art li tkejjel mal-480 metru kwadru u l-arja relattiva u (b) il-biċċa art tal-kejl ta’ 2500 metru kwadru u
The Residence of the Palace of the Captain of the Galleys’ Squadron
u dan minħabba li l-kumpanniji waqgħu lura fil-ħlas tal-kanoni taċ-ċens relattiv.
2. Tordna lill-kumpanniji intimati biex jerħu minn idejhom il-pussess ta’ dawk il-partijiet relativi mill Port Cottonera Emphyteutical Site u jroddu lura l-istess siti lill-Kummissarju tal-Artijiet, ħielsa minn kull okkupant u bil-benefikati kollha li saru fuq is-sit.
Għaldaqstant, jidher li minhabba dawn it-talbiet u ohrajn ta’ natura legali, kif ukoll ragunijiet finanżjarji, ix-xogħol mhux jitkompla.
FTS — Skola tal-bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi – ħatra ta’ Quantity Surveyor b’referenza għall-Provvista u Tqegħid ta’ Madum u Irħam
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tqabbadx Quantity Surveyor indipendenti biex jeżamina d-diskrepanzi bejn l-ammonti claimed mill-kuntrattur u dawk deskritti mill-FTS b’konnessjoni ma’ tender li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (Provvista u Tqegħid ta’ Madum u Irħam fl-iskola ġdida tal-bniet f’Tal-Ħandaq f’Ħal-Qormi, liema skola tifforma parti mill-Kulleġġ Sant’Injazju)? Jekk iva, min kien dan il-Quantity Surveyor? Jista’ jgħid ippreżentax rapport? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mill-FTS li kien tqabbad perit bħala Quantity Surveyor indipendenti iżda ma sarx rapport peress li ma saritx il-perizja mitluba. Isem dan il-perit qiegħed jingħata lill-Onorevoli interpellant separatament.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30346, 29954, 28712, 29016, 29090 u 29381 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015 u l-2016 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
Junction tal-Marsa – rilokazzjoni ta’ fabbriki minħabba t-twaqqigħ tal-junction
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati biex il-fabbriki li ser jitwaqqgħu minħabba l-junction tal-Marsa jiġu rilokati? Jista' jgħid f'liema lokalità ser jiġu rilokati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23825, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħlas tas-somom tal-assigurazzjoni li ġew imwegħda lill-ex-ħaddiema tax-xatt?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imħabbar fil-Baġit għas-sena 2017, il-Gvern alloka s-somma ta’ €8 miljun għat-twaqqif ta’ fond li minnu għandhom isiru l-ewwel ħlasijiet lil ex-ħaddiema tax-Xatt fost gruppi ta’ ħaddiema oħra. Il-Bord li twaqqaf biex jamministra dan il-fond qiegħed jitlaqqa’ u diġa’ għamel għadd ta’ konsultazzjonijiet meħtieġa. Dan sabiex eventwalment ifassal mekkaniżmu u proċeduri ġusti dwar kif għandhom jiġu ttrattati dawn il-każijiet u kif għandhom isiru l-ħlasijiet b’mod trasparenti u kontabbli hekk kif ikun ippjanat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni li qed jagħtu konsulenzi legali
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30139 datata 23 ta' Jannar 2017, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni u/jew kumpaniji/entitajiet legali li taw/qed jagħtu konsulenza legali lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, is-Segretarju Parlamentari fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll id-dipartimenti, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sena b' sena mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm tħallsu/qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Transport Malta – uffiċjal responsabbli minn xogħlijiet ta’ elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għal xogħlijiet ta’ elettriku fi ħdan Transport Malta? Xi kwalifiki għandu, min qed jidħol responsabbli għal dawn ix-xogħlijiet? Dawn ix-xogħlijiet qed isiru minn ħaddiema tal-Awtorità jew minn ħaddiema tal-kuntrattur / ħaddiema self employed? F'każ li dawn ix-xogħlijiet isiru/saru minn kuntrattur / self employed, dawn ix-xogħlijiet jingħataw/ingħataw b'direct order, quotation jew tender? Kemm intefqu flus għal dawn is-servizzi, sena b'sena, mill-1 ta' April 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Transport Malta – ħatra ta’ Assistant Maritime Enforcement Officer
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30147, jista’ l-Ministru jikkonferma li min mela l-vacancy ta' Assistant Maritime Enforcement Officer ma għandu l-ebda familjari li ħadmu/jaħdmu fl-uffiċċju taċ-Chairman ta' Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Nikkonferma li din il-pożizzjoni ma mtlietx minn persuna li għandha familjari jaħdmu fl-uffiċċju taċ-Chairman ta' Transport Malta.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u Transport Malta – żjara ġewwa Seoul għal World Road Congress — spiża
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30150, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża biex delegazzjoni mill-Ministeru u minn Transport Malta marret fuq żjara ġewwa Seoul għall-okkażjoni tal-World Road Congress kif ukoll jagħti d-dettalji kollha ta' kif saret din l-ispiża?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 30150.
Kummissjoni tal-Grievances – każijiet li rrakkomandaw li ssir job evaluation
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30154, jista’ l-Ministru jgħid liema huma d-29 każ li l-Kummissjoni rrakkomandat li għandu jsirilhom job evaluation? Meta ser jiġu konklużi dawn il-każijiet? Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fir-rigward tal-każijiet kollha li ġew konklużi, saritx ġustizzja ma’ dawk kollha li kellhom ilment quddiem din il-Kummissjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-29 każ li ġew riferuti mill-Kummissjoni, issa ġew konklużi u l-impjegati konċernati ġew notifikati uffiċjalment bil-parir mogħti mill-konsulent indipendenti bil-fehma tiegħu dwar il-każ rispettiv tagħhom.
Ma nħossx li huwa floku li nagħti lista ta’ ismijiet ta’ min kienu l-impjegati konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-Perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq tal-Ħanaq fin-Nadur? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-Perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-Perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq il-Qbajjar, f'Marsalforn? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-Perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – xogħlijiet li saru minn Destination Management Companies
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ xogħlijiet li tqabbdu biex jagħmlu Destination Management Companies (jew operaturi simili) mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu? Għal kull biċċa xogħol, jista’ jgħid meta tqabbdu, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm sewa u jekk tqabbdux wara proċess kompetittiv jew b’direct order?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jikjarifika aktar il-mistoqsija tiegħu.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – xogħlijiet li saru minn Destination Management Companies
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ xogħlijiet li tqabbdu biex jagħmlu Destination Management Companies (jew operaturi simili) mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu? Għal kull biċċa xogħol jista’ jgħid meta tqabbdu, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm sewa u jekk tqabbdux wara proċess kompettititv jew b’direct order?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. interpellant biex jikkjarifika aktar il-mistoqsija tiegħu.
Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi – xogħlijiet li saru minn Destination Management Companies
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ xogħlijiet li tqabbdu biex jagħmlu Destination Management Companies (jew operaturi simili) mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu? Għal kull biċċa xogħol, jista’ jgħid meta tqabbdu, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm sewa u jekk tqabbdux wara proċess kompetittiv jew b’direct order?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – xogħlijiet li saru minn Destination Management Companies
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ xogħlijiet li tqabbdu biex jagħmlu Destination Management Companies (jew operaturi simili) mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu? Għal kull biċċa xogħol, jista’ jgħid meta tqabbdu, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm sewa u jekk tqabbdux wara proċess kompetittiv jew b’direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill Onor. Interpellant biex jikjarifika aktar l-mistoqsija tiegħu.
Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – rappreżentanza f’konferenza f’Sofia fil-Bulgaria
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni kenitx rappreżentata f'konferenza li saret f'Sofia fil-Bulgaria? Jekk iva, min kienu r-rappreżentanti tal-Awtorità li attendew għal din il-konferenza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema konferenza qed jirreferi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħlijiet li saru minn Destination Management Companies
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ xogħlijiet li tqabbdu biex jagħmlu Destination Management Companies (jew operaturi simili) mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu? Għal kull biċċa xogħol, jista’ jgħid meta tqabbdu, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm sewa u jekk tqabbdux wara proċess kompetittiv jew b’direct order?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jikjarifika aktar l-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30512 u jgħid kemm kien in-numru ta' rġiel li għamlu rapport f’xi Għassa tal-Pulizija jew f'xi sezzjoni oħra tal-Korp tal-Pulizija dwar vjolenza domestika fil-konfront tagħhom bejn Ġunju 2013 u Diċembru 2016 u kemm minn dawn ir-rapporti mexxiet bil-qorti l-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-informazzjoni kif mitluba qatt ma nżammet f’forma ta’ data elettronika, mhux possibli li din tingħata.