Dipartiment tal-Edukazzjoni – taħriġ professjonali lill-għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Edukazzjoni joffrix taħriġ professjonali lill-għalliema biex jagħrfu b’mod speċjali s-sintomi ta’ studenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali? Jekk iva, x’taħriġ ingħataw is-sena l-oħra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi l-Onor. interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 32422.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30130, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-1,147 ġenitur, weħlu multa għax naqsu li jibagħtu lit-tfal tagħhom l-iskola fis-sena skolastika 2015 - 2016? Kemm kienet il-multa li huma weħlu u kemm minn dawn il-multi ġew imħallsa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ġew excluded mill-iskola mis-sena skolastika 2014-2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Għal kemm-il ġranet dawn l-istudenti tkeċċew mill-iskola tagħhom u għal liema raġuni ġew imkeċċija dawn l-istudenti? Minn liema skejjel ġew excluded dawn l-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li ġew excluded mill-iskola fl-iskejjel tal-Istat mis-sena skolastika 2014-15 sal-lum kien kif se nsemmi:
Sena skolastika 2014/15 - 241 student
Sena skolastika 2015/16 - 262 student
Sena skolastika 2016/17 (sal-lum) - 277 student
In-numru ta’ ġranet ta’ exclusion ivarja minn jum wieħed skolastiku ta’ student wieħed fi skola waħda għal 137 jum ta’ tkeċċija akkumulati mferrxa fuq numru ta’ studenti fi skola waħda, sena sena.
In-numru ta’ studenti li ġew excluded mill-iskola fl-iskejjel mhux tal-Istat mis-sena skolastika 2014-15 sal-lum kien kif se nsemmi:
Sena skolastika 2014/15 - 56 student
Sena skolastika 2015/16 - 74 student
Sena skolastika 2016/17 (sal-lum) - 64 student
In-numru ta’ ġranet ta’ exclusion ivarja minn nofs jum tal-iskola għal 25 ġurnata.
Fost ir-raġunijiet li għalihom ġew excluded, b’mod ġenerali, kien hemm minħabba ġlied, bullying, kliem dispreġġjattiv, ħażin jew oxxen, nuqqas ta’ rispett lejn l-iskola, ksur tar-regolamenti tal-iskola, ksur tar-regoli ta’ dixxiplina, tħarbit ta’ lezzjonijiet u tal-programm edukattiv tagħhom u ta’ sħabhom l-istudenti, użu mhux proprju ta’ apparat ta’ sigurtà u mġiba ħażina u/jew agressiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kors ta’ parental skills ġew organizzati mill-Aġenzija Sedqa f’dawn l-aħħar tliet snin? F’liema lokalitajiet saru dawn il-programmi? Fiex jikkonsisti l-kors tal-parental skills?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-aħħar tliet snin (2014-2016), l-aġenzija Sedqa organizzat korsijiet fil-parental skills kif ġej:
Fis-sena 2014, saru 14-il kors, filwaqt li fis-snin 2015 u 2016 saru 15-il kors kull sena.
Il-korsijiet saru f’dawn il-lokalitajiet :
Sliema, Balzan,Żejtun, Mosta, Qawra, Birkirkara, Ħal-Luqa (Komunita’ Santa Marija), Fgura (Skola Primarja), Vittoriosa (Kulleġġ De La Salle), Gżira (Skola Santa Monica), Santa Venera, Ħamrun, Pieta’ (Kulleġġ Santu Wistin), Rabat, Żurrieq, Mġarr, Gudja (Skola Santa Giovanna Antida), Cospicua (Skola St Francis), Floriana (Skola Primarja), Iklin u Birżebbuġa
It-temi li kienu koperti waqt dan il-korsijiet kienu jinkludu:
1.
Tmexxija tal-Familja
– Niddiskutu tlett modi differenti ta’ tmexxija fil-familja.
2. Kommunikazzjoni Effettiva - Niddiskutu kif nistgħu intejbu l-komunikazzjoni bejn il-ġenituri u t- tfal.
3. Żvillupp Psikoloġiku tat-Tfal – Niddiskutu l-istadji ta’ l-iżvilupp psikoloġiku u emozzjonali tat- tfal mit-twelid sa 11-il sena.
4. Responsabilta` - Niddiskutu s-suġġett ta’ responsabilita’ u ninkoraġixxu lit- tfal ikunu responsabbli.
5. Alkoħol u Drogi Oħra – Ngħatu informazzjoni fuq l-alkoħol u d drogi lill- ġenituri u biex b’hekk il- ġenituri ikunu ippreparati għal eventwalita’ ta’ abbuż.
6. Sess u Sesswalita`- Niddiskutu l-iżvilupp sesswali tat- tfal.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21964, jista’ l-Prim Ministru jindika l-aktar għaxar servizzi mitluba miċ-ċittadini fuq servizz.gov? Tista’ persuna tinqeda permezz ta’ email jew permezz tat-telefon? Jekk iva, x’inhu l-indirizz tal-email li persuna tista’ tibgħat għal xi informazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32446, 32106 u 32269 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-monument 'il-fjamma li qatt ma tmut', u lil min kien ikkummissjonat ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – safar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-msitoqsija parlamentari 32053 u jgħid x’kienu n-nefqiet f’safar (travel) fl-2014, fl-2015 u fl-2016? X’safar għamel il-Ministru f’dawn is-snin? Minn min kien akkumpanjat? Minn fejn inxtraw il-biljetti tas-safar? X’kienu n-nefqiet f’ikel matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet f’xorb matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet fl-użu ta’ vetturi wżati waqt żjarat f’dawn il-pajjiżi?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — safar
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32054 u jgħid x’kienu n-nefqiet f’safar (travel) fl-2014, fl-2015 u fl-2016? X’safar għamel il-Ministru kif ukoll is-Segretarju Parlamentari f’dawn is-snin? Minn min kienu akkumpanjati? Minn fejn inxtraw il-biljetti tas-safar? X’kienu n-nefqiet f’ikel matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet f’xorb matul dawn is-safar? X’kienu n-nefqiet fl-użu ta’ vetturi wżati waqt iż-żjarat f’dawn il-pajjiżi?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32055 u jgħid x’kienu n-nefqiet f’safar (travel) fl-2014, fl-2015 u fl-2016? X’safar għamel il-Ministru f’dawn is-snin? Minn min kien akkumpanjat? Minn fejn inxtraw il-biljetti tas-safar? X’kienu n-nefqiet f’ikel matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet f’xorb matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet fl-użu ta’ vetturi wżati waqt żjarat f’dawn il-pajjiżi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29605 u 31696 u jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ żieda ta’ €2,400,000 għal Vot 5808 EU-Africa Summit u jgħid:
a) x’pagamenti ser ikun qed isiru b’dawn iż-€2,400,000;
b) lil min ser ikunu qed isiru jew saru b’
direct orders
; u
c) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru bil-proċess ta’
tendering
għall-attività tal-
EU-Africa Summit
?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29604 u 31697 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ €3,200,000 għal Vot 5365 CHOGM 2015 u jgħid:
a) x’pagamenti ser ikunu qed isiru sabiex jitħallas dan l-ammont ta’ flus mitluba;
b) lil min ser ikunu qed isiru;
c) x’pagamenti ser ikunu qed isiru jew saru b’direct order; u
d) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru fil-proċess ta’
tendering
għall-attività ta’ CHOGM 2015?
Vot 31 Professional Services għas-sena 2016 — pagamenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29603 u 31695 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar fiex kienu jikkonsistu l-pagamenti, lil minn saru u għal liema raġuni saru dawn il-pagamenti relatati mal-Vot 31 Professional Services għas-sena 2016 taħt Vot 5 kif jidher fl-Estimi Supplimentari?
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — ingaġġ ta' persuni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32147 u jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li ġew ingaġġati (mhux persons of trust jew persuni f’positions of trust) bejn Marzu 2013 u s-27 ta’ Marzu 2017 maqsuma bit-tip ta’ kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u bir-rwol li ddaħħlu fih, huwa skont kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 32738 - MEDE - ingaġġ ta' persuni.pdf
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32146 u jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-bust tal-mibki pulizija Mark Farrugia f’Ħal Tarxien se jerġa’ jitqiegħed f’postu wara li l-bust kien ġie misruq u reġa’ nstab?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li bħalissa għaddej xi xogħol ta’ tindif fuq il-bust tal-bronż kif ukoll xogħol relatat mal-pinnijiet li bihom il-bust jitqiegħed fuq il-kolonna tiegħu. Hekk kif dan ix-xogħol jitlesta l-bust ikun jista’ jitqiegħed lura f’postu. Intant, infurmat ukoll mill-istess Kunsill, li l-każ dwar is-serq tal-bust ghadu sub judice.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni jonqoshom li jiġu mħallsa wara li l-Grievance Unit li twaqqaf fl-Air Malta, lesta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumpanija Air Malta onorat il-ħlasijiet kollha li ġew rakkomandati mill-“Grievance Unit”, ad eċċezzjoni ta’ numru żgħir ta’ individwi li qed jikkontestaw id-deċiżjoni tal-“Grievance Board”.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jattendu l-Iskola Primarja taż-Żejtun fis-sena akkademika preżenti, li jeħtieġu l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) kif approvati mid-dipartiment? Kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu provduti b’LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sal-5 ta’ April 2017, fl-iskejjel primarji taż-Żejtun kien hemm:
Skola Primarja ‘A’ - sitta u erbghin (46) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm wieħed u tletin (31) LSA.
Skola Primarja ‘B’ - ħamsa u tletin (35) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant. Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm dsatax (19)-il LSA.
Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ Learning Support Assistant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jattendu l-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn fis-sena akkademika preżenti, li jeħtieġu l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) kif approvati mid-dipartiment? Kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu provduti b’LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn hemm tlieta u sittin (63) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jagħtu s-sapport meħtieġ lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm ħamsa u erbgħin (45) LSA. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ LSA.
Jista’ l-Ministru jindika jekk kemm-il darba tul din is-sena huwiex se jsir xogħol fuq Triq il-Pellikani f’Ħal Tarxien, billi din it-triq qed tiġi użata sew kważi daqs arterja prinċipali?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li mhux fil-ħsieb tiegħu li jsir xogħol fuq Triq il-Pellikani din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul din is-sena huwiex se jsir ix-xogħol neċessarju fuq Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Għaxaq billi din it-triq għandha bżonn li jsiru xogħlijiet fuqha?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq li jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta’ din it-triq minn żmien għal żmien bir-riżorsi li għandu.