Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Tista' tagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nefaq il-Korp tal-Pulizija fuq xogħol koness mas-sitwazzjoni ta' immigrazzjoni illegali din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma diġa' kelli l-okkażjoni nispjega fi Tweġibiet preċedenti, minħabba n-natura tax-xogħol minnu nnifsu u l-esiġenzi li jistgħu jinqalgħu minn ġurnata għall-oħra, huwa impossibli li wieħed jikkwantifika bl-eżatt kemm qed tkun l-ispiża tal-Korp tal-Pulizija fuq l-immigranti irregolari.
Madankollu ninsab infurmat illi, apparti s-salarji tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, l-ispiża matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007 kienet tammonta għal Lm97,304.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn immigranti illegali ġo open centres llum u kemm swew lid-dipartiment din is-sena u kif?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-numru ta’ immigranti, inkluż tfal, preżentement f’Open Centres, inkluż akkomodazzjoni provduta minn Għaqdiet Volontarji, hu ta’ 2,000.
Ninsab infurmata wkoll li l-ispiża relatata sa l-aħħar ta’ Awissu 2007 kienet ta’ Lm1,003,485. Din kienet tkopri spejjeż għat-tmexxija taċ-ċentri u l-
allowance
żgħira provduta lill-immigranti biex tkopri l-bżonnijiet essenzjali tagħhom.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27339 u 27204 ċioe: B'referenza għar-razzett f'Misraħ il-Barrieri l-Imsida, li qed iwassal għal ħafna ġrieden fl-akwati, jista' l-Ministru flimkien ma' l-awtoritajiet l-oħra kompetenti jirrikkmanda li titwaqqa' parti minn dan ir-razzett li tokkupa u tiżgombra aktar minn nofs it-triq, li wara kollox hi proprjeta' tal-gvern?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onorevoli Nterpellant li minn inspezzjoni tas-sit ndikat minn uffiċjali tad-Dipartiment tat-Toroq fi ħdan ADT jirriżulta illi:-
1. Kuntrarjament kif indikat fil-mistoqsija parlamentari it-Triq Misrah il-Barrieri ma hijiex waħda tal-Gvern Centrali, għax tikwalifika bħala Triq Residenzjali.
2 It-twessiegħ tat-triq irid isir mis-sid tar-razzett meta r-razzett ser jiġi zviluppat, jew mill-Gvern jekk it-twessiegħ ikun urġenti. F’dan il-kaz m’hemmx l-urġenza li tiġġustifika li l-Gvern jidħol fi spejjez kbar sabiex titwessa t-triq.
3 Il-manutenzjoni ta’ toroq residenzjali taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kunsill Lokali konċernat.
Il-Kunsill Lokali għandu jagħmel pressjoni fuq is-sid privat tar-razzett sabiex dan jieħu ħsiebu u ma jħalliex fi stat ta’abbandun kif hu prezenti. Kieku r-razzett jkun mnaddaf, kif is-sid huwa obbligat li jagħmel, m’għandux għalfejn jibqa bejta tal-grieden, kif allegat, għad-detriment tar-residenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u/jew għadhom iħaddmu nies full time u part-time il-lukandi 3 star fiż-żona ta' Bugibba/Qawra li għalqu u/jew huma uffiċjalment mgħarrfin li se jgħalqu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura ma jżommx statistika ta’ kemm iħaddmu nies kull lukanda. L-aħħar statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika turi li dawk li ħadmu full-time u part-time fil-lukandi u ristoranti żdiedu minn 16,271 (April 2006) għal 16,473 (April 2007).
Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-lukandi 3 starf'Bugibba/Qawra? Kemm u liema huma l-lukandi 3 starli għalqu fl-istess żona f'dawn l-aħħar sentejn? Kemm intilfu sodod b'kollox? Kemm uffiċjalment mistennija jgħalqu fil-ġejjien qarib?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi fiz-zona ta' Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar hemm 19-il lukanda u aparthotel li huma kklassifikati 3 Star mill-Awtorita' tat-Turiżmu. Dawn huma:
Lukanda
Indirizz
Lukanda
Indirizz
Seaview Hotel
Triq Qawra
Santa Marija Hotel
Triq ir- Ramel
Ambassador Hotel
Shipwreck Promenade
Traveller’s Lodge Hotel
Triq il-Pijunieri
San Pawl Hotel
Triq Black Tail
Venus Aparthotel
Triq il-Majjieri
Primera Hotel
Triq il-Pijunieri
Clover Aparthotel
Ta Buleben
Palm Court Hotel
Triq it-Tamar
Mavina Court Aparthotel
Triq il-Fliegu
Bugibba Hotel
Triq it-Turisti
Sunseeker Aparthotel
Triq il-Kulpara
San Anton Hotel
Triq Erba Mwiezeb
Porto AzzurroAparthotel
Triq ridott
Belsol Hotel
Triq is-Sajjieda
White Dolphin
Qawra Coast Rd;
Sunflower Hotel
Triq Garcia De Toledo
Esmeralda Aparthotel
Triq ic-Caghaq
Relax Inn Hotel
Triq il-Halel
Kien hemm tliet (3) lukandi
3 Star
li ghalqu u wahda gdida li fethet f’din iz-zona dan l-ahhar sentejn kif jidher hawn taht:
Lukandi li
Għalqu
Lukandi
li fetħu
Isem
Sodod
Isem
Sodod
Carolina
181
Esmeralda
40
Cape Inch
54
Springfields
80
Total (3)
315
Total (1)
40
L-Awtorita' tat-Turiżmu mhix infurmata uffiċjalment li hemm xi lukandi
3 Star
f’din iz-zona li ser jagħlqu, jew li ser jiftħu, fil-ġejjieni qarib.
Fl-aħħarnett ta' min ifakkar illi n-numru ta’ sodod ivarja minn sena għal sena hekk kif lukandi ġodda jiftħu, oħrajn jagħlqu u oħrajn ikabbru. Skond stastistika ppubblikata fis-26 ta’ Settembru 2007 mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, n-numru ta’ sodod f’Malta u Għawdex f’Lulju ta’ din is-sena kien ta’ 42,398, jiġifieri żieda ta’ 2,196 fuq l-istess xahar tas-sena l-oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru Tax Compliance Unit investigations fis-snin 2005, 2006 u 2007 (sal-lum) lil:
a) kumpanniji kbar
b) kumpanniji mezzani
c) self-employed?
Xi kriterji jiġu applikati biex jiġi deċiż min għandu jiġi nvestigat? Kemm jeżistu benchmarks bħalissa u għal liema setturi ekonomiċi japplikaw? Kemm irriżultaw każi ċari ta' evażjoni tat-taxxa u x'passi ttieħdu sal-lum kategorija, kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ investigazzjonijiet konklużi mit-Tax Compliance Unit fl-2005, 2006 u 2007 (sa Settembru) rispettivament kienu dawn:
a) kumpaniji kbar: 6, 10, 8;
b) kumpaniji mezzani: 49, 40, 18;
c) self-employed: 18, 25, 6.
M’hijiex prassi, l-anqas f’pajjiżi oħra barra minn Malta, l-awtoritajiet tat-taxxa jiżvelaw fid-dettal il-kriterji wżati biex jintagħżlu l-każijiet għall-investigazzjoni. Dawn il-kriterji jistgħu jkunu varji, bħal per eżempju raġunijiet legali jew kwistjoni ta’ interpretazzjoni tal-liġi, jew għax l-istil tal-ħajja tat-taxpayer ma jkunx jikkorrispondi mad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa li jkun qed jagħmel, jew għax ma jkunux qed jiġu sodisfatti ċerti ratios li wieħed raġonevolment jistenna, jew xi informazzjoni oħra li d-dipartimenti tat-taxxa jistgħu jkollhom.
L-eżerċizzju tal-benchmarking kien sar xi żmien ilu fuq 13-il kategorija differenti. Il-benchmarks ma jintużawx biex jinqabdu każijiet ta’ evażjoni tat-taxxa imma jservu bħala background information għall-uffiċjali huma u jikkonkludu t-tax agreements jiġifieri l-ftehim bil-quddiem għal tliet snin u li sa issa saru ma’ numru ta’ mechanics, tobba u hairdressers.
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li meta sidien ta' chauffer driven cars jitolbu liċenzja għal 17 seaters fejn ikunu jistgħu jgħabbu għaxar passiġieri u jużaw il-kumplament ta' l-ispazju għall-garr tal-valiġġji tat-turisti li jsuqu mill-ajruport sad-destinazzjoni tagħhom f'Għawdex qed ikollhom it-talba tagħhom irrifjutata? U agħar minn hekk l-ADT qed jgħidulhom li dan il-mezz tat-trasport tagħhom jkun twil wisq u/jew li jkun aktar jaqbel li jużaw vans transit bojod bi trailer magħhom billi dawn normalment ikunu 15 seaters iżda jtellgħu għaxar passiġieri u ma jkollhomx luggage space adegwat? Ma jaħsibx li din hija burokrazija żejda li qegħda ixekkel ix-xogħol fil-qasam turistiku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li dak li qed jingħad f’din il-mistoqsija hu għal kollox bla bażi u dan għal dawn ir-raġunijiet:
1. la qatt inħarġu u lanqas hi l-politika eżistenti ta’ l-ADT li jinħarġu permessi għal
chauffer driven cars
li jkunu 17
seater;
2. fir-rigward ta’ vannijiet bojod jinħarġu liċenzi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jintużaw vetturi li jkunu ġew manifatturati biex jgħabbu sa 14-il passiġġier, bil-kundizzjoni li f’dawn il-vetturi jistgħu jitgħabbew biss sa għaxar passiġġieri;
3. m’hemm xejn li jżomm vannijiet bojod jew
chauffer driven cars
oħra milli joperaw direttament bejn l-ajruport internazzjonali u Għawdex jew viċi versa.
Tajjeb li jingħad ukoll li, fir-rigward tal-vannijiet il-bojod li, bħala vetturi, ikunu ġew manifatturati biex jgħabbu sa 15-il passiġġier, kien hemm il-kundizzjoni li jitneħħew is-sedili żejda biex fl-ispazju jkunu jistgħu jinġarru l-bagalji u li bejn l-aħħar sedil u dan l-ispazju titwaħħal xibka. Peress li xi operaturi ikkontestaw il-fatt li din ix-xibka u l-bagalji li setgħu jitgħabbew joħolqu periklu għas-sigurtà tal-passiġġieri, il-Bord ta’ l-ADT dan l-aħħar iddeċieda li, għalkemm ilvannijiet il-bojod għandhom jibqgħu jġorru sa għaxar passiġġieri, la jkollhom bżonn iwaħħlu x-xibka u lanqas ma għandhom jużaw l-ispazju zejjed għall-ġar tal-bagalji u dan a bazi tad-Direttiva 2001/85/KEE.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorita' tad-Djar għandhiex skema li biha ż-żidiet fl-imgħax ikunu capped għal min jiġi biex jixtri l-ewwel residenza ordinarja tiegħu sa mhux iktar minn rata ta' l-imgħax bankarja? Jekk le, hemm il-ħsieb li din issir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tweġiba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija hi fin-negativ. Madankollu, il-kunsiderazzjoni ta’ introduzzjoni ta’ skemi ġodda, jew it-titjib ta’ dawk eżistenti, mill-Awtorita’ tad-Djar hu proċess kontinwu kif juru l-iżviluppi li seħħew f’dan il-qasam minn dan il-Gvern. Kif xerrejja ta’ l-ewwel residenza jistgħu jiġu mgħejjuna aktar, anki fejn jirrigwarda s-sussidju fuq is-self, hu parti minn dan il-proċess.
Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattiva għandha l-Awtorita' tad-Djar għal dawk li jissellfu u jitilfu l-impjieg minħabba redundancy? X'taħdidiet kellu l-Gvern ma' banek kummerċjali? Intlaħaq xi ftehim biex dawk li tilfu x-xogħol, il-pagament tagħhom ikun sospiż għal xi żmien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fiċ-ċirkostanzi indikati mill-Onor. Interpellant il-banek jagħtu moratorju ta’ mhux anqas minn sitt xhur fuq il-ħlas tal-pagamenti.
Ninsab infurmata wkoll li, jekk il-perijodu ta’ moratorju stabbilit jiskadi u l-persuna konċernata tkun għadha bla xogħol, il-banek jerġgħu jiltaqgħu magħha u jkunu disposti li jestendu dan il-perijodu skond iċ-ċirkostanzi.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għamel talba biex jixtri l-fond tal-gvern ġie mċaħħad milli jagħmel dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur it-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fi Triq il-Hawt, Haz-Zabbar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din it-triq tagħmel parti mit-toroq li jridu jinbnew mill-ġdid mill-Gvern Centrali sal-2008. Dawn it-toroq se jinbnew skond il-prijoritajiet li jinħargu mill-programmi ta l-ADT.
Tista' l-Ministru tgħid jekk is-sidien li xtraw il-post tal-gvern fl-indirizz li qiegħed jintbagħat separatament, għadhomx kollha l-istess sidien li għamlu l-kuntratt-konvenju fl-1993?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn postijiet milquta bil-liġi possession and use, lokal b'lokal?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' kirjiet li l-Gvern qiegħed iħallas għall-proprjeta' li qegħda għand il-Gvern b'titlu ta' possession and use u public tenure huwa ta' 2,615 imqassmin lokal b'lokal kif ġej:-
Balzan
2
Birgu
371
Birkirkara
23
Bormla
742
Għaxaq
3
Gudja
1
Isla
256
Luqa/Kirkop
40
Marsa
96
Mosta
3
Msida
2
Naxxar
2
Paola/Fgura
30
Pieta’/Marsa
3
Safi
2
Sta Venera
2
Sliema
36
Siggiewi
5
Valletta/Floriana
968
Zabbar
21
Zebbug
3
Zejtun
2
Zurrieq
2
Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid fl-ewwel disa’ xhur tas-sena kemm inqabdet droga u ta’ liema tip kienet? Kemm-il persuna tressqet il-qorti fl-istess żmien? Kemm minnhom kellhom anqas minn 21 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007, kien hemm 334 persuna li ġew imressqa l-Qorti mill-Pulizija fuq akkużi relatati ma' droga, li minnhom 72 kellhom anqas minn 21 sena. Infurmat ukoll illi l-ammont ta' droga maqbuda mill-Pulizija matul l-istess perijodu huwa kif ġej:-
Cocaine
3kg 140.7grms
Heroin
2kg 525.123grms
Cannabis resin
2kg 249.12grms
Cannabis grass
41.45grms
Cannabis seed
183 seeds
Cannabis plant
75 plants
Ecstacy
30,175 tablets
BZP
62 tablets