Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx pjanijiet għal kumpless White Rocks f'Pembroke? Jekk iva, xi pjanijiet hemm u jekk tistax issir xi ħaġa biex il-post jitnaddaf?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmani meta se jibda ix-xogħol fuq l-iskola ta' Pembroke, hekk kif ġiet mħabbar dan il-proġett? Kemm se jiswa lill-gvern ċentrali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li jonqos li formalita' minn naħa tal-MEPA biex ikun jista' jibda x-xogħol.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27945, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu f'dan l-impjant u x'ħiliet għandhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ cutting and deboning isir minn biċċiera tas-sengħa u n-numru jvarja skond id-domanda li tiġi stabilita għal kull qatla.
Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27278, 27799 u 27930 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji? Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati? Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?
Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27236, 27802 u 27929 u jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum kemm kien hemm każi ta' qtugħ ta' dawl f'Malta u f'Għawdex, bid-dati, bit-tul ta' ħin u lokalita' b'lokalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-kawża li l-gvern fetaħ kontra l-Malta Labour Party dwar il-proprjeta' ta' l-Australia Hall u l-ex Raffles f'Pembroke? X'azzjoni qiegħda tittieħed biex jiġi żgurat li ma ssirx aktar ħsara f'dawn il-binijiet li huma skedati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma fetħet l-ebda kawża kontra l-Malta Labour Party dwar il-proprjeta' ta' l-Australia Hall u l-ex Raffles f'Pembroke. Rigward l-aħħar parti tad-domanda ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proprjeta' in kwestjoni hija mogħtija b'ċens perpetwu u għaldaqstant kwalunkwe ħsara hija r-responsabilita' ta' l-utilista.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27810, jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27923 u jgħid kemm ġew depożitati flus fl-iskema tal-Gvern u x'għamel il-Gvern biex isir jaf għaliex l-iskema ma tqisetx attraenti biżżejjed biex tiġbed iżjed depożiti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont li ġie reġistrat kien ta’ Lm69 miljun.
Il-Gvern seta’ għamel l-iskema ħafna aktar attraenti kieku ma għamel l-ebda penali, pero’ dan ma kienx ikun ġust fil-konfront ta’ min dejjem ħallas it-taxxi. Il-Gvern ta’ l-opportunità biex wieħed jirregolarizza ruħu, hemm min għażel li jieħu l-opportunità u hemm min le. Għal Gvern l-istorja tieqaf hemm.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27558 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' nursing aids Għawdxin li hemm Malta bis-seniority, bid-data tal-appointment tagħhom fil-grad ta' nursing aid u bil-post tax-xogħol tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ladarba tkun lesta.
Gozo Channel — Servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu biljetti mill-Gozo Channel għas-servizz tal-baħar bejn Malta u u Għawdex xahar xahar minn April 2007 'il hawn lill-:
*Passiġġieri residenti f'Għawdex bla vettura;
*Passiġġieri residenti f'Għawdex bil-vettura;
*Passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin bla vettura;
*Passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin bil-vettura?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 27524 dwar l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ u għall-istqarrija għall-istampa Nru. 1419 maħruġa fil-25 ta' Settembru fejn tat tagħrif dwar l-istess proġett, tista' jekk jogħġobha l-Ministru tgħidli:
Kemm tħallsu flus b'kollox kull sena s'issa fuq dan il-proġett?
Lil min tħallsu?
Kemm hu l-ammont ta' fondi kommessi s'issa għan-nefqa u għadhom ma tħallsux?
Għal xiex huma kommessi dawn il-fondi u meta ġew kommessi?
Meta mistenni jitħallsu u lil min?
X'ammonti għadhom iridu jiġu kommessi?
Għal xiex għad iridu jiġu kommessi l-flus?
X'invoices hemm li ġew ipproċessati u għadhom ma tħallsux?
X'invoices hemm li għadhom ma ġewx ipproċessati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar risposta tinghata f'seduta ohra.
Tista' l-Ministru tgħidli fejn tħawwlu s-siġar tal-palm li nqalgħu mill-kumpless Ninu Cremona?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li s-siġar tal-palm li nqalgħu mill-Kumpless Ninu Cremona ġew imħawwla fl-iskola l-ġdida tal-Ħandaq, Malta. Meta jitlesta l-progett tal-Kumpless Ninu Cremona, il-Foundation for Tomorrow Schools ser tieħu ħsieb il-landscaping kollu ta' l-istess kumpless.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27011, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-162 rapporti ttieħdu passi mill-pulizija u tressqu l-Qorti l-persuni in kwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat tagħrif aġġornat dwar dan is-suġġett li jien tajt bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27667.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27864 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-frott kollu li jitkabbar fil-gzejjer tagħna f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif indikata fit-tabella hawn taħt. Din ma tinkludix l-informazzjoni li diġà tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27700.
2002
2003
2004
2005
2006
Kg
Kg
Kg
Kg
Kg
1,514,961
808,808
886,887
1,164,422
1,239,599
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27855 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, jista' jara jekk tistax ssir sistema ta' drenaġġ f’Zebbug Road, Attard (mill-bidu taghha li tmiss ma’ Triq l-Imdina, il-parti li taqsam Triq in-Nutar Zarb u l-bicca sa fejn l-iskola Thai Lakin) u dan għaliex jgħaddu minnha għarar kbar meta tkun xita qliel b’konsegwenza li r-residenti tal-lokal ma jkunux jistgħu joħorgu minn djarhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li bħalisssa qed issir studju taż-żona kollha sabiex tinstab solużżjoni dejjiema. Ix-xogħol huwa maħsub li jsir matul is-sena dieħla.
Tista' l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tibgħat il-kont ta' l-ilma u d-dawl lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, f'isimha wara li żewġha miet f'Awissu li għadda u wara li nfurmat lill-korporazzjoni fl-24 ta' Settembru, 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ġie solvut. Il-Kont ġie reġistrat kif intalab mill-konsumatur.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li d-Dipartiment ta' l-Artijiet jaġġusta l-kera tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, wara li romlot fit-2 ta' Awissu, 2007?
Response (BORG, TONIO)
L-aġġustament tal-kirjiet ta' postijiet residenzjali issir mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali. Għaldaqstant l-Onor. Membru huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ta' ħruġ ta' cheque fuq skema ta' rranġar ta' dar mill-Housing Authority peress li din trid tħallas lil min għamel ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jaghti parir lill-persuna ndikata li tmur it-Taqsima tal-Customer Care ta’ l-Awtorita tad-Djar biex tinghata l-informazzjoni u l-ghajnuna mehtiega.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni JO: L/0047/1999?
Response (BORG, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub jispeċifika għal liema applikazzjoni qiegħed jirreferi, peress li l-għalqa in kwistjoni hija mikrija in solidum lil numru ta' nies, li xi wħud minnhom għamlu talbiet diversi fuq l-istess art.