Legislature:
Category:
Reset
Active:

Taħriġ ta' l-għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena 2007 x'investiment sar fit-taħriġ ta' l-għalliema? X'sar differenti mis-snin ta' qabel jekk kien il-każ? Kemm kienet l-ispiża marbuta mat-taħriġ ta' l-għalliema f'dawn l-aħħar tlett snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2007, it-taħriġ ta' l-għalliema kien jikkonsisti f'dan li ġej : -Sessjoni Professjonali wara l-ħin ta' l-iskola -Taħriġ annwali f'Lulju u Settembru (Inset Courses) -Workshop tal-Kunsill ta' l-Ewropa -Kors tal-BTEC -Kors tal-Basic Skills għall-għalliema tal-Form 1 -Malta Writing Programme -Konferenza tad-Diversita' -Seminar - Social, Emotional,Behaviour Competence & Difficulties (SEBCD) -Let me Learn. Id-Dipartiment tal-Kurrikulum kompla bil-proċess ta' taħriġ u titjib tal-għalliema u nieda għall-ewwel darba l-kors tal-Basic Skills. Saru wkoll konferenzi mill-Universita' ta' Malta, waħda fuq id-Diversita' kif ukoll Seminar li kien iġib l-isem ta' "First European Conference on Social, Emotional, Behaviour Competence & Difficulties", li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għenu biex jitwettqu. Fl-aħħar tlett snin l-ispejjeż marbuta mat-taħriġ tal-għalliema kienu hekk :- 2005-Lm105,228 2006-Lm105,873 2007-Lm121,906.

Kont tat-telefon

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu ma jitħallas il-kont tat-telefon tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni? Meta kien l-aħħar kont li ġie mħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-aħħar kont tat-telefon li d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni ħallset kien fis-17 ta' Settembru 2007 u kien ikopri l-perjodu Ġunju u Lulju 2007.

Lifts fl-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu lifts u f'liema skejjel twaħħlu minn wara l-elezzjoni ta' l-2003 sal-lum? Kemm intnefqu fuq kull lift separtament, min huwa l-kuntrattur li għamel ix-xogħol? Jista' jgħid ukoll kemm hija garanzija fuq kull wieħed u min iħallas għas-servicing tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ġustizzja u Intern — Repair and upkeep

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Rapporti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ġew ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, tista' tgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament? Tista' tgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma ġie ikkummissjonat ebda rapport mill-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħi matul il-perijodu indikat mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #26156 Sitting 566 2007-10-22 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Repair and upkeep

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpogg fuq il-mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Repair and upkeep

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-taghrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Servizz ta' l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Maħfriet presidenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm maħfriet presidenzjali minn Mejju 1987 'il quddiem, lil min saru, taħt liema ċirkustanzi saru, għaliex saru u minn min ġew awtorizzati fuq livell ta' gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella aġġornata tal-Maħfriet Presidenzjali li ngħataw sal-5 ta’ Settembru 2007. Dwar il-Maħfriet Presidenzjali li ngħataw bejn l-1997 u l-2006 (Ottubru), nirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20849 fis-Seduta Numru 448 tal-31 ta’ Ottubru 2006, kif ukoll għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25227 fis-Seduta Numru 542 tat-23 ta’ Mejju 2001, fil-Leġislaturi ta’ qabel. Dwar l-informazzjoni għas-snin ta’ qabel, ninsab infurmat illi din mhiex disponibbli f’forma kompjuterizzata, iżda trid tinġabar minn files wieħed wieħed. Dawn jammontaw għal mijiet ta’ files meta tikkonsidra l-perijodu hekk fit-tul li dwaru qed tintalab l-informazzjoni. Bħala regola, Maħfra Presidenzjali tingħata fuq parir tal-Ministru tal-Ġustizzja, ħlief fil-każ ta’ traffikar ta’ drogi fejn il-parir jingħata mill-Kabinett.

Passi dixxiplinarji kontra s-suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' suldati li ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom din is-sena u għaliex? X'rank kellhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li mill-ewwel ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru 2007 kien hemm 74 suldat li ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom. Ir-rankijiet ta’ dawn is-suldati kienu Gunner, Lance Bombardier u Warrant Officer Class II. Ir-reati kienu dawk kontra ‘Nuqqas ta’ Ubbidjenza ta’ Ordnijiet Permanenti, Nuqqas għad-Detriment kontra l-bon’ordni tad-Dixxiplina Militari, Insubordinazzjoni, Assenza mingħajr permess, Serq ta’ proprjetà pubblika, Ħsara bi traskuraġni fi proprjetà tas-servizz u Reati li jikkonċernaw dmirijiet ta’ Sentinella.

Flus minn Malta għall-UE

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għaddiet flus Malta lill-Unjoni Ewropea din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tul is-sena 2007 Malta ħallset lil Unjoni Ewropea s-somma ta’ Lm17,574,014.94. Jekk wieħed iqabbel x’ħallset Malta lil Unjoni Ewropea u x’daħlet Malta mingħand l-Unjoni Ewropea mis-sena 2004 sal-lum insibu bilanċ favur Malta ta’ Lm136,262,989.62.

Dipartiment ta' l-Out Patient

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting time biex isir appuntament għal kull professur/speċjalista fid-dipartiment ta' l-out patient illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27706, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista li turi l-waiting time biex isir appuntament mhux urġenti għal kull professur fid-dipartiment ta' l-Out Patients.

Moħqrija ta' annimali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu nies l-qorti fuq moħqrija ta' annimali din is-sena? X'kienet l-abbuż u x'weħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007, il-Pulizija ressqet għaxar persuni quddiem il-Qorti fuq akkużi ta' moħqrija fuq annimali. Minn dawn, każ wieħed ġie deċiż fejn il-persuna instabet ħatja u ġiet immultata Lm100. Il-każijiet l-oħrajn għadhom pendenti.

Ktejjeb pubbliċitarju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa l-ktejjeb pubbliċitarju "Għal Familja Aħjar" li tqassam f'kull dar dan ix-xahar? Fejn ġie stampat dan il-ktejjeb maħruġ mill-uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ppubblika ktejjeb “Familji fis-Sod” bl-iskop ewlieni li jgħarraf aktar lill-160,000 dar residenzjali li hawn f’Malta u Għawdex dwar il-proposti ewlenin li hemm fid-Dokument ta’ Qabel il-Baġit “Familji fis-Sod”. Dan il-ktejjeb li kien parti essenzjali mill-proċess ta’ konsultazzjoni bi preparazzjoni għall-Baġit 2008 tqassam fil-ġranet li għaddew u kellu dawn l-ispejjeż: Disinn Lm 1,656 Stampar Lm17,988 Posta Lm 2,980 Total Lm22,624 Ix-xogħol ta’ stampar ġie kkummissjonat mill-istamperija tal-Gvern. Dan ifisser li b’kollox kull ktejjeb sewa’ 14-il ċenteżmu u milleżmu.

Figuri tal-GDP

Question

Dwar il-figuri tal-GDP per capita li ġew mqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra dan l-aħħar, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuwa l-persentaġġ u l-ammont ta' pagi factored in f'dawn il-figuri per capita?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli illi b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27872 nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persentaġġ u l-ammont ta’ pagi factored in fil-figuri tal-GDP per capita huma indikati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

National Insurance Contributions

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27394 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jindika meta l-persuna minn San Gwann, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mistennija tirċievi refund tan-national insurance contributions li ħallset intortament meta f'mod skorrett tawha x'tifhem li minkejja li ma kenitx taħdem u kellha diġa' 57 sena jekk tħallas il-bolla għall-aħħar 4 snin setgħet tikkwalifika għall-benefiċċju soċjali? Evidenza dokumentata tal-kontribuzzjoni li ħallset jinsabu f'idejn il-Ministeru.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Boundary wall

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27392 u jara li jittella' boundary wall skond kif titlob il-liġi mad-dawra tal-plot kbira li ġieli qed tintuża bħala scrap yard u dumping ground f'Birkirkara Road, San Gwann kantuniera ma' Triq il-Gallina, Kappara?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.