Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni jibda jingħata servizz tad-decompression chamber fl-isptar Ġenerali f'Għawdex li kienet inawgurata f'Novembru tas-sena l-oħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nr. 27976.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27316 u 27611 u jgħid kemm kien hemm maħfriet presidenzjali minn Mejju 1987 'il quddiem, lil min saru, taħt liema ċirkustanzi saru, għaliex saru u minn min ġew awtorizzati fuq livell ta' gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27316.
Jista' l-Ministru jara li t-tifel ta' 7 snin li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu bżonn ta' facilitator u dan anke skond dokumenti li għandu? Jista' jara li jitmexxa l-każ u jiġu kkuntattjati l-ġenituri u nfurmati bl-aħħar żviluppi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-każ ta' dan l-istudent qed jiġi proċessat.
Jista' l-Ministru jagħti data meta se jibda x-xogħol fuq l-istorm water culvert fi Triq Madre M. Debrincat, Triq il-Kurunell Cocks u Triq G Henin, f'Pembroke għax dan jista' jsolvi l-problema ta' l-għargħar li hemm fl-inħawi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi il-proġett ta’ l-istorm water culvert f’Pembroke huwa wieħed minn numru ta’ proġetti għal kontra l-għargħar li qed ikun evalwat sabiex jiġi inkluż fil-program ta’ xogħol relatat ma' prevenzjoni ta' l-għargħar.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-voucher tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li jgħix bir-relief? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jitneħħa arblu li jinsab fit-triq bejn Trejqet iż-Żahar u Post il-Gladjoli, Sta. Luċija fejn qed nibgħat separatament petizzjoni li saret mir-residenti ta' dan il-lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-arblu msemmi ma' jaqax taħt ir-responsabbilita tal-Enemalta.
Jista' l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol fuq il-Pont Manwel Dimech, l-ADT għamlet għadd kbir ta' sinjali tat-traffiku suppost temporanji biex juru minn fejn għandek tgħaddi biex tevita li tuża l-pont:
Min ingħata l-kuntratt biex iwaħħal dawn is-sinjali?
Kemm swew is-sinjali?
Din l-ispiża tinkludi li l-istess kuntrattur jaqla' s-sinjali meta l-Pont Manwel Dimech jitlesta?
Jekk le, kemm hu stmat li se jiswa x-xogħol biex jinqalgħu s-sinjali u jerġgħu jitranġaw il-bankini fejn huma preżentament imwaħħlin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li:
1. Il-kuntratt inghata lill-Koptasin – Koperattiva Tabelli u Sinjali tat-Traffiku
2. L-ispiza tas-sinjali hija skond it-tabella hawn taht:
Sal-lum is-sinjali swew Lm15,593.79 li jinkludi wkoll xoghol ta’ zebhga ta’ triq u tabelli fir-rotot alternattivi.
Quotation No.
Item
Amount Approved (incl. VAT)
Provisional Amount for maintenance works during the project (incl. VAT)
Amount used to date (incl. VAT)
63/06
Supply, commission and installation of directional traffic signs, and other works related to traffic management in conjunction with works on Manwel Dimech Bridge, St. Julians (Northbound)
Lm6,777.43
Lm3,452.95
Lm6,276.18
64/06
Supply, commission and installation of directional traffic signs, and other works related to traffic management in conjunction with works on Manwel Dimech Bridge, St. Julians (Southbound)
Lm6,777.43
Lm3,452.95
Lm5,647.31
65/06
Supply, commission and installation of Informatory and regulatory traffic signs, and other works related to traffic management in conjunction with works on Manwel Dimech Bridge, St. Julians
Lm3,618.63
Lm2,646.92
Lm3,670.30
TOTAL
Lm17,173.49
Lm9,552.82
Lm15,593.79
3. Din l-ispiza tinkludi wkoll li jitnehhew is-sinjali temporanji kollha u jitrangaw il-bankini u l-kurduna fejn kienu mwahhlin is-sinjal la darba jitlesta l-progett tal-pont Manwel Dimech.
Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 27568 u 27829 u 27978 u jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27977 u jara li jittieħdu passi biex jintlaqgħu l-proposti raġjonevoli li saru fis-27 ta' Lulju, 2007 mid-Department of Clinical Pharmacology and Therapeutics biex ikun hemm użu komuni tas-sular l-ġdid fl-Universita' ta' Malta kemm mid-Department of Chemistry u d-Department of Clinical Pharmacology and Therapeutics?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-Rettur ta' direzzjoni lid-Dekan tal-Fakulta' tal-Mediċina u Kirurġija, sabiex il-membri tad-Dipartiment tal-Clinical Pharmacology and Therapeutics ikollhom aċċess għall-laboratorji kollha li jistgħu jgħinu fl-oqsma tagħhom ta' riċerka u tagħlim'.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27976, tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jiġu ngaġġati t-tobba meħtieġa u jekk il-problemi kollha operazzjonali tac-chamberġewx solvuti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-process tar-reklutagg tat-tobba ghadu ghaddej u mistenni jigi konkluz fil-gimghat li gejjin.
L-apparat kollu relatat mad-Decompression Chamber huwa operazzjonali u stallat skond l-ispecifikazzjonijiet moghtija fit-Tender u gie ccertifikat minn Agnezija tac-certifikazzjoni indipendenti barranija.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24645 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm organizzazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta u jgħid liema huma dawn l-organizzazzjonijiet kummerċjali?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' visas li ħarġu matul dawn l-aħħar snin sena b'sena għal ċittadini mis-Senegal f'Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mit-tagħrif disponibbli l-informazzjoni mitluba hi kif jidher hawn taħt:-
Sena
2004
2005
2006
2007*
Numru ta' visa
7
7
9
2
*sat-30.09.07
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' Senegaliża li fil-preżent huma residenti f'Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat mill-Uffiċċju Elettorali illi fil-preżent hawn tlett persuni ta' nazzjonalita' Senegaliża li għandhom karta ta' l-identita' bħala residenti f'Malta, skond l-Att dwar il-Karta ta' l-Identita' (Kap. 258).
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' Senegaliża li fil-preżent jinsabu refuġjati f'Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru tan-nies li qalu li huma mis-Senegal u li applikaw għall-status ta' refuġjat mill-1 ta' Jannar 2002 sat-18 ta' Ottubru 2007 hu ta' sitta. Ħadd minn dawn ma ġie rikonoxxut bħala refuġjat jew ingħata protezzjoni umanitarja.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' Senegaliża li fil-preżent jinsabu fiċ-ċentru ta' detenzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li jinsabu f'ċentri ta' detenzjoni u li ddikjaraw li kienu ta' nazzjonalita' Senegaliża mal-wasla tagħhom f'Malta hu ta' 21
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' Senegaliża li fil-preżent jinsabu fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fid-19 ta' Ottubru 2007 ma hemm l-ebda priġunier ta' nazzjonalita' Senegaliża ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.
Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita tat-tadam għall-industrija ta' l-ipproċessar matul din is-sena? Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa? Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?
Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li kellu jsir żmien ilu sabiex jitneħħa arblu tad-dawl li huwa perikoluż u li huwa meħtieġ li jitneħħa sabiex isir xogħol ta' kostruzzjoni fil-post li qed jingħata separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mir-records tal-Enemalta ma' saret l-ebda talba sabiex l-arblu msemmi jitneħħa ħalli jsir xogħol ta' kostruzzjoni fis-sit imsemmija. Il-propjetarju tal-post għandu japplika lil Enemalta Customer Care fuq formola aposta.