Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew sal-lum ix-xogħlijiet li saru fuq:
il-bridge Manoel Dimech
il-bypass ta' San Pawl il-Baħar
it-triq ta' Hal Far?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Pagamenti li ġew iċċertifikati fuq il-proġetti msemmija mill-Onorevoli interpellant huma s-segwenti:
1. il-
bridge
Manoel Dimech – Lm879,243.01 (sa Interim Numru 4)
2. il-
bypass
ta' San Pawl il-Baħar– 2,427,412.31 (sa Interim Numru 6)
3. it-triq ta' Hal Far – Lm2,759,530.46 (Kont Finali)
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar trasport pubbliku ġietx fis-seħħ? Jekk fl-affermattiv, tista' kopja tagħha titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ogħti ta’ Kuntratti fis-Settur tat-Trasport Pubbliku għadu ma daħalx fis-seħħ. Huwa mistenni li dan ir-Regolament jiġi ippubblikat aktar tard din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġnien pubbliku li kellu jsir fuq is-saqaf ta' l-appartamenti tal-proġett tal-Cottonera, fil-Birgu, għaddiex għand il-Gvern?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-proviżjonijiet tal-kuntratt ma jippermettux li dan it-trasferiment isir qabel ma jitlesta l-proġett kollu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tiġi rranġata l-parti ta' Triq il-Markiż, Madliena li tagħti għal Triq ta' Stronka fejn tagħlaq f'forma ta' lenbut?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi, Triq il-Markiż Scicluna ġiet mibnija skond il-'formation' eżistenti fuq il-post.
Il-parti tat-tarf ta' Triq il-Markiż Scicluna kantuniera ma' Triq Stronka ma kinietx ġiet espropjata kif suppost mill-izvuluppaturi ta' din it-triq u l-ADT qatt ma ntalbet biex tagħmel l-espropjazzjoni f'isimhom.
Ma dana kollu l-ADT xorta qed tikkontribwixxi biex din it-triq tinbena, għalkemm mhux għal wisa li suppost, billi qed jiżżarma ħajt wisa li kien hemm man-naħa ta' l-għelieqi u dan qed jinbidel għal ħajt idjaq.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27470 u cioe: B'referenza għall-fond f'Bellavista Street, San Ġwann, li dwaru kien inħareġ permess u li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, minkejja l-oġġezzjonijiet ta' għadd ta' resident u billi allegatament dan qed jikser diversi klawżoli tal-permess tal-MEPA, primarjament dwar location ta' l-airconditioning units u anke dwar cooking fumesu rwejjaħ li jagħtu direttament għall-abitat li kważi jmiss miegħu, jista' l-Ministru jawtorizza li jittieħdu passi minħabba dan l-allegat ksur tal-permess tal-MEPA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-permess li għalih jirreferi l-Onorevoli Interpellant huwa permess approvat mill-Bord ta' l-Appell. Ninsab infurmat li wara investigazzjoni mis-sezzjoni ta' l-Infurzar ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irriżulta li twaħħal air-condition unit mal-faċċata tas-sit u għaldaqstant inħareġ Avviż ta' Twettiq ECF624/07.
Sadanittant, fuq il-kumplament ta' l-allegazzjonijiet qed issir investigazzjoni jekk hemmx ksur tal-permessi maħruġa.
B'referenza għat-tweġiba li ngħatajt mill-Ministru Mugliett dwar art fi Triq C. De Brockdorff, Msida jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemm xi ħsieb li tiġi esproprijata l-art in kwestjoni, u jekk iva meta mistenni jsir dan?
Response (BORG, TONIO)
Id-Dipartiment ta' l-Artijiet jesproprija art meta jkollu talba biex jagħmel dan minn xi Dipartiment jew Entita' tal-Gvern. Ninsab infurmat illi fil-preżent id-Dipartiment tal-Artijiet ma għandu l-ebda talba pendenti biex jesproprija art fi Triq C De Brockdorff, Msida.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenti full timefil-Foundation Courses tal-ICT fl-MCAST qed ikollhom jattendu xi lezzjonijiet sa tard mill-4.30 sa 7.00 pm minħabba li għalliem part-time allegatament ma jkunx jista' jattendi qabel għax jgħallem x'imkien ieħor?
Response (GALEA, LOUIS)
L-ewwelnett għandu jiġi notat li l-MCAST mhux skola izda istituzzjoni ta' l-edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ li tkun miftuħa sa filgħaxija skond il-bzonnijiet ta' studenti zgħazagħ u adulti.
Informat li r-raġuni li studenti full-time fil-Foundation Courses ta' l-ICT fl-MCAST qed ikollhom jattendu xi lezzjonijiet filgħaxija, hi minħabba li n-numru ta' applikanti kien kbir ħafna u l-MCAST ried li jakkomodahom kollha.
Għalkemm napprezza li Triq Reġjonali hija a fast road jista' l-Ministru jara li ssir xi forma ta' zebra crossing mill-parti li tagħti mill-Kappara, min-naħa tat-tarf ta' Triq G. Despott, aktar u aktar minkejja li l-bypass ta' Birkirkara hija wkoll fast roadu hemm diversi zebra crossings u lights?
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ta' manutenzjoni sar fl-iskola tal-mużika Johann Straus matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? F'hiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm ġie jqum skond kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni kellha prijoritajiet aktar urġenti mill-iskola msemmija f'dawn il-ħames snin. B'dana kollu hu maħsub li f'din is-sena skolastika jsir ix-xogħol meħtieġ ta' manutenzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni ma' l-UE għal fondi fl-akkademja tal-mużika? Kemm huwa l-budget għal din l-akkademja u min huwa nkarigat minnha? Jista' jgħid x'inhu l-pjan għal din l-istess akkademja?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura applika għal fondi strutturali (taħt il-Programm 2007 – 2013) biex bihom ikun jista’ jwettaq il-proġett ta’ ristrutturar ta’ Bighi li jinkludi l-Akkademja tal-Mużika. Dan il-proġett huwa stmat li jiswa mal-ħmistax il-miljun Ewro. Dan jinkludi r-ristrutturar ta’ Bighi u x-xiri ta’ materjal biex tkun tista’ tibda topera l-Akkademja mill-post. Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura huwa nkarigat mit-twettiq tal-proġett.
Il-pjan għandu jwassal biex tinħoloq struttura ta’ eċċellenza fit-tagħlim tal-Mużika f’pajjiżna. Sa dan it-tant, aktar kmieni din is-sena l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura diġà nieda dan il-proġett permezz ta’ numru ta’
master classes
li ġew mogħtija minn Maestro Riccardo Muti li ser ikun qed jokkupa l-pożizzjoni ta’ President Onorarju ta’ l-Akkademja. Dawn il-
master classes
huma mistennija li jitkomplew is-sena d-dieħla u għal dan il-għan qed jiġi allokat il-badġit ta’ 233,000 Ewro.
Jista' l-Ministru jgħid kull meta jiġu ppubblikati l-accounts tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-aħħar sentejn?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Is-sena finanzjarja tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti tibda mill-1 ta’ Ottubru sa l-aħħar ta’ Settembru. Il-Management Accounts tal-Kunsill jiġu ppreparati kull tliet xhur kif ġej:
Ottubru sa Diċembru
Jannar sa Marzu
April sa Ġunju
Lulju sa Settembru.
Barra minn hekk, il-Kunsill jippubblika kull sena l-
Annual Report and Financial Statements
li tagħhom qed inpoġġi kopji ta’ dawn l-aħħar sentejn fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk li ilhom Kindergarten Assistants se jiġu mitluba li jħallsu huma sabiex jagħmlu d-diploma meta kategoriji oħra fil-passat il-kors tagħhom kien sar mingħajr ħlas?
Response (GALEA, LOUIS)
Mhix il-policy normali tal-Gvern li jiffinanzja l-istudju u t-taħriġ ta' studenti maturi.
Jista' l-Ministru jgħid apparti mill-għalliema fis-settur sekondarju, min se jingħata laptop wara li ġie ffirmat il-ftehim ma' l-MUT? Meta se jibdew jitqassmu dawn il-laptops u fuq kemm żmien? Kemm huwa maħsub li se jintefqu flus għal dan?
Response (GALEA, LOUIS)
L-għalliema fis-settur primarju diġa' jingħataw lap top. Il-modalita' hi stabbilita fil-Ftehim.
Jikkonferma l-Ministru li studenti ta' l-ITS m'humiex intitolati għall-ismart card minkejja li jieħdu stipendju? X'inhi r-raġuni għal dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti li jattendu korsijet ta’ l-ESTS (Hospitality Trades) fl-ITS huma ntitolati għall-iSmart Card filwaqt li l-istudenti li jattendu korsijiet oħra full-time fl-ITS jirċievu stipendju pero' mhux intitolati għal smart card.
Jista' l-Ministru jgħid:
*X'jonqos isir biex jitlesta l-istazzjon għat-trasferiment ta' l-iskart f'Għawdex?
*Meta mistenni jitlesta?
*Kemm se jiswa? Kemm mill-ispiża se tiġi minn fondi Ewropej?
*Sa meta kellu jkun lest skond il-ftehim mal-Kummissjoni Ewropea?
*Għaliex għas-sena 2005 kienu ġew ivvotati Lm1,671,000 u minnhom intnefqu Lm280,000 biss?
*Għaliex għas-sena 2006 kienu ġew ivvotati Lm2,250,000 u minnhom intnefqu Lm160,000 biss?
*Kemm tħallsu flus b'kollox kull sena s'issa fuq dan il-proġett?
*Lil min tħallsu?
*Kemm hu l-ammont ta' fondi kommessi s'issa għan-nefqa u għadhom ma tħallsux?
*Għal xiex huma kommessi dawn il-fondi u meta ġew kommessi?
*Meta mistenni jitħallsu u lil min?
*X'ammonti għadhom iridu jiġu kommessi?
*Għal xiex għad iridu jiġu kommessi l-flus?
Jista' l-Ministru jgħid:
*X'persentaġġ tal-bini ta' strutturi fuq is-sit għat-twaqqif ta' l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex tlesta s'issa u meta hu mistenni li jitlesta kollu?
*Kemm mill-apparat/makkinarju ġie stallat u meta hu mistenni jkun stallat kollu?
*Meta mistenni jiġi kkummissjonat l-impjant?
*Meta mistenni jitlestew it-tankijiet kollha?
*Meta mistenni jibda jaħdem il-proġett kollu?
*Kemm tħallsu flus b'kollox kull sena s'issa fuq dan il-proġett?
*Lil min tħallsu?
*Kemm hu l-ammont ta' fondi kommessi s'issa għan-nefqa u għadhom ma tħallsux?
*Għal xiex inhuma kommessi dawn il-fondi u meta ġew kommessi?
*Meta mistennija jitħallsu u lil min?
*X'ammonti għadhom iridu jiġu kommessi?
*Għal xiex għad iridu jiġu kommessi?
*X'invoices hemm li ġew ipproċessati u għadhom ma tħallsux?
*X'invoices hemm li għadhom ma ġewx ipproċessati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 27526 dwar servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex fejn hi rriferietni għall-pre-budget document 2008 peress li f'dan id-dokument m'hemm imsemmija l-ebda deċiżjoni tal-gvern dwar xi miżura konkreta għall-introduzzjoni mill-ġdid ta' dan is-servizz, tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern ħax xi deċiżjoni dwar dan is-servizz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ghaddejjin tahdidiet interni dwar is-servizz tal-ajru bejn Malta u Ghawdex fid-dawl wkoll ta' dak imsemmi fid-dokument ta' qabel il-budget.