Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jkun hemm issue mill-Awtorita` tad-Djar għal Shared Ownership? Meta ser joħorġu? F'liema lokalita'? Kemm hu n-numru ta' units? Kemm hu l-average price tal-units?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, fil-ġimgħat li ġejjin, l-Awtorita’ tad-Djar mistennija toħroġ 331 unit taħt l-iskema ta’ Shared Ownership.
Il-lokalitajiet fejn jinsabu dawn il-units huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub għad mhux finalizzat.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jigi restawrat u aġġornat il-maħżen li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li dan il-post hu mogħti lill-Vittoriosa Regatta Club b’encroachment mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet.
Id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet qatt ma kellha talba mingħand id-Dipartiment ta’ l-Artijiet sabiex isir xogħol ta’ restawr fuq dan il-post.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi slipway quddiem il-Klabb tar-Regatta tal-Birgu? Jekk fl-affermattiv, meta hu mistenni li jibda x-xogħol?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi slipway quddiem il-Klabb tar-Regatta tal-Birgu? Jekk fl-affermattiv, meta hu mistenni li jibda x-xogħol?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li hemm proposta ta' bini ta' slipway fix-xatt tal-Birgu, u hu maħsub li ladarba jinħareġ l-permess meħtieġ u jsiru d-diskussjonijiet u l-arranġamenti neċessarji ma' l-entitajiet kollha konċernati, l-Ministeru jkun f'pożizzjoni li jimplimenta x-xogħlijiet imsemmija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li t-talba dwar każ umanitarju ta' anzjan b'diżabilita` mill-Birgu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jħallas bin-nifs kont pendenti minħabba li m'għandux meżżi soċjali u finanzjarji biex iħallas il-kont kollu f'daqqa', tigi milqugħa?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jindikali għal liema tip ta' kont qed jirreferi.
Jista' l-Prim Ministru jara li t-talba li saret quddiem id-Dipartiment tat-Taxxi Interni minn persuna mill-Isla, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tkun milqugħha? Jista' jgħid għaliex id-Dipartiment tat-Taxxi Interni għadu ma weġibx għat-talba tagħha?
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Repair and upkeep
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġew ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament? Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Jannar sa Marzu 2007, l-ETC biss ikkumissjonaw rapporti.
Informat li s-sezzjoni tal-EURES fi ħdan l-ETC ikummissjonat żewġ rapporti u t-tnejn imħallsin mill-budget tal-EURES. Dawn kienu l-'Obstacles to Mobility' li huwa magħluq, filwaqt li l-ieħor 'Evaluation of EURES Malta Activities' li għadu qed jinħadem u jiġi konkluż f'Ġunju 2007. Dawn iż-żewġ rapporti għaddew mill-proċedura normali ta' tendering.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-ispiża fuq repair and upkeep li saret mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet kif ġej:
Entita'
Jannar (Lm)
Frar (Lm)
Marzu (Lm)
Teatru Manoel
177.64
526.02
232.85
Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita' ta' San Ġakbu
546.81
532.28
340.66
Dar il-Mediterran għall-Konferenzi
572.00
513.00
1,183.00
Awtorita' tat-Turiżmu
1,323.00
875.00
30.00
Ministeru u Dipartiment
69.07
1,098.61
566.21
Heritage Malta
3,809.53
8,991.20
2,403.51
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif jidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Repair and upkeep
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informozzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interperlant hu kif ġej:
Ministeru Għat-Turiżmu u Kultura
Ministru Maltanet
I.M.O. MITTS
Nefqa totali Lm139.11
Awtorita' Maltija għat-Turiżmu
I.T. Manager Datastream
4 Tourism Zone Officers Maltanet u Onvol
Nefqa Totali Lm174
Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti
4 Arts Executives Maltanet
Nefqa Totali Lm166.20
Orkestra Nazzjonali
1 Board Director Maltanet
Nefqa Totali Lm41.55
Teatru Manoel
General Manager Maltanet
Artistic Director Video On Line
Nefqa Totali Lm77.35
Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita' ta' San Ġakbu
Chairman Video On Line
Nefqa Totali Lm29.79
Heritage Malta
Head Visitor Services & HR Euroweb
Nefqa Totali Lm59.40
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' servizzi se jkunu offruti bi ħlas ġo l-Isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sal-lum is-servizzi ppjanati li jkunu offruti bi ħlas ġo l-isptar Mater Dei huma l-istess servizzi li preżentament qed jiġu offruti bi ħlas fl-isptar San Luqa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ġodda ta' hansen's disease jew lebbra kull sena għal dawn l-aħħar 5 snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każijiet ġodda rraportati ta' Hansen's Disease jew lebbra f'dawn l-aħħar ħames snin jidhru fit-tabella hawn taħt.
Sena
Marda
Numru ta' każijiet
2003
Lebbra
-
2004
Lebbra
-
2005
Lebbra
-
2006
Lebbra
-
2007 *
Lebbra
1
* Figuri korretti sal-28 ta' Settembru 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn każi ta' HIV, AIDS illum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każijiet ta' HIV/AIDS illum jidhru fit-tabella hawn taħt:
Sena
Marda
Numru ta' Każijiet
2007 *
HIV
75 **
2007 *
AIDS
69
* Figuri korretti sal-11 ta' Ottubru 2007
** Dawn il-każijiet jinkludu cluster ta' żewġ każijiet
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni kawża ta' mard infettiv din is-sena u x'mard kien?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kien hemm ħames imwiet kawża ta' mard infettiv sa Settembru ta' din is-sena.
Il-mard kienu:
Legionella (2 mwiet)
Tubercolosis (1 mewt)
Hepatitis C, chronic (1 mewt)
Acute Necrotizing Fascitis - Steptococcus Pyogenes (1 mewt)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' mard infettiv din is-sena u x'kien?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każijiet notifikati ta' mard infettiv qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.