Jista' l-Ministru jgħid:
*X'jonqos isir biex jitlesta l-istazzjon għat-trasferiment ta' l-iskart f'Għawdex?
*Meta mistenni jitlesta?
*Kemm se jiswa? Kemm mill-ispiża se tiġi minn fondi Ewropej?
*Sa meta kellu jkun lest skond il-ftehim mal-Kummissjoni Ewropea?
*Għaliex għas-sena 2005 kienu ġew ivvotati Lm1,671,000 u minnhom intnefqu Lm280,000 biss?
*Għaliex għas-sena 2006 kienu ġew ivvotati Lm2,250,000 u minnhom intnefqu Lm160,000 biss?
*Kemm tħallsu flus b'kollox kull sena s'issa fuq dan il-proġett?
*Lil min tħallsu?
*Kemm hu l-ammont ta' fondi kommessi s'issa għan-nefqa u għadhom ma tħallsux?
*Għal xiex huma kommessi dawn il-fondi u meta ġew kommessi?
*Meta mistenni jitħallsu u lil min?
*X'ammonti għadhom iridu jiġu kommessi?
*Għal xiex għad iridu jiġu kommessi l-flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett għat-trasferiment ta’ l-iskart f’Għawdex maqsum f'żewġ komponenti. L-ewwel parti tikkonsisti f’ċentru fejn il-pubbliku jista’ jiddisponi minn skart goff b’mod organizzat ħalli l-istess materjal jiġi riċiklat, dak li jissejjaħ Civic Amenity Site. It-tieni parti tikkonsisti f'faċilità fejn l-iskart domestiku jiġi ppreparat għat-trasferiment lejn Malta. Ta’ min jgħid li l-WasteServ Malta Ltd diġà ġabet il-permessi meħtieġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex ikun żviluppat iċ-ċentru għal skart goff. Minkejja dan, il-Kunsill Lokali tax-Xewkija, b’maġġoranza Laburista, qed jagħmel minn kollox ħalli jxekkel dan l-iżvilupp allavolja ċentri simili diġà bdew jiffunzjonaw tajjeb ħafna f’Malta għas-sodisfazzjon tar-residenti fl-inħawi. Dwar il-facilità tat-trasferiment ta’ skart domestiku, il-WasteServ Malta Ltd għadha għaddejja bl-aħħar assessments sabiex l-outline development permit li għandha f’idejha għal dan l-iżvilupp jinbidel għal full development permit biex bih din tkun tista’ tibda tiżviluppa din il-facilità.
Jekk il-Kunsill Lokali jikkoopera u ma jkomplix itellef l-interess pubbliku, huwa maħsub li l-faċilità għall-iskart goff titlesta sa l-aħħar ta’ din is-sena. Il-faċilità ta’ trasferiment ta' l-iskart domestiku titlesta fi żmien sena u nofs mill-ħruġ tal-permessi.
Il-faċilità għall-iskart goff ser tiswa Lm 89,747 (VAT eskluża) li 73% minnhom ġejjin minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea. L-istima għall-faċilità ta’ trasferiment għall-iskart domestiku hija ta’ Lm 4.3 miljuni u l-ħsieb huwa li din tiġi ffinanzjata mill-fondi ta’ l-UE mill-baġit 2007-2013. Il-kofinanzjament għal dan il-komponent għadu mhux magħruf għax għad trid issir l-applikazzjoni.
Ta’ min jgħid ukoll li ma kien hemm ebda ftehim ma' l-UE dwar sa meta għandha titlesta l-faċilità għat-trasferiment ta' l-iskart domestiku.
Mhux ċar għal-liema figuri qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant għas-snin 2005 u 2006. Nitolbu jispeċifika biex inkun nista' nwieġeb.
Il-flus li tħallsu s’issa fuq dan il-proġett jammontaw għal Lm 18,638. Din l-ispiża saret fl-2006 biex isiru l-istudji konnessi ma’ l-applikazzjoni għall-permess ta’ l-iżvilupp. Dawn il-flus tħallsu f’servizz ta’ konsulenza lid-ditti kif gej:
· SLR Consulting ta’ Ingilterra
· Bezzina and Cole
· Sustech Consulting
Il-fondi kommessi s’issa għan-nefqa li iżda għadhom ma tħallsux huma dawk marbuta maċ-ċentru għall-iskart goff. Dawn il-fondi mistennija jitħallsu meta l-proġett jitlesta. Dawn jitħallsu lill-iżvilupattur kkonċernat. L-ammont li għad irid jiġi kommess huwa l-valur tal-proġett biex isir il-proġett.
Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita ta' l-għeneb għall-industrija matul din is-sena? Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa? Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita tal-laħam frisk matul din is-sena? Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa? Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ma jingħatawx sussidji fuq laħam frisk ħlief kif indikat diġà fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari ripetittivi li għamel l-Onorevoli Interpellant.
Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita tal-mushrooms matul din is-sena? Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa? Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-sussidju mħallas fuq produzzjoni dikjarata ta' mushrooms kien hekk:
2004 tħallsu Lm 3,859.04
2005 tħallsu Lm 1,085.18
2006 tħallsu Lm 750.11
L-allokazzjoni ta' dawn il-fondi ma ssirx fuq termini speċifiċi kif qiegħed jassumi l-Onorevoli Interpellant.
Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita għall-produzzjoni fl-industrija ta' l-ipproċessar matul din is-sena? Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa? Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispjega għal liema "industrija ta' pproċessar" qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (FRENDO, MICHAEL)
F'dan il--perjodu il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin neħħa d-Drittijiet li kienu jitħallsu fuq awtentikazzjoni ta' ċertifikati u, jew dokumenti ta' adozzjoni ta' tfal minn pajjiżi barranin kif awtorizzati mill-Awtorita' Ċentrali appuntati bl-Ordni Dwar Tifsira ta' Adozzjoni Barranija. Dawn id-Drittijiet kienu jammontaw għal Lm 5 kull apostile.
Din il-miżura daħlet fis-seħħ b'effett mis-17 t'Awissu 2007 permezz ta' Avviż Legali 233 ta' l-2007.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tibdil fit-taxxi, tariffi u miżati mill-entitajiet li tagħhom huma responsabli minnhom il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura huma hekk kif ġej:
Tnaqies ta Lm 0.50 mill biljetti tad-dħul tal-Karnival tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd.
Tneħħiet il-kontribuzzjoni ta' Lm25.00 dovuta lill-Awtorita Maltija għat-Turiżmu mill-familji li jospitaw studenti jew turisti. B'din il-mizura bbenefikaw 1405 familja.
Tnaqsu b' 25 fil-mija l-liċenzji maħruġa mill-Awtorita Maltija għat-Turiżmu għal l-operaturi turistiċi f'Għawdex kollha. B'din il-miżura bbenefikaw 1196 il-operatur.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Taxxi, tariffi u miżati
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Riżorsi u Infrastruttura — Taxxi, tariffi u miżati
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru 2007 fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u l-enti li jaqgħu taħtu ma ddaħħlu jew ġew riveduti l-ebda taxxi, tariffi jew miżati.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Taxxi, tariffi u miżati
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Kif tindika t-tabella annessa, t-tariffi kienu ġeneralment imniżżla l-isfel.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Taxxi, tariffi u miżati
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-ispiża għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, dekasteru u l-enti li jaqgħu taħtu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 kienu kif jidher hawn taħt:-
Jannar
Frar
Marzu
Ministeru
-
203
692
Dipartimenti
10,642*
13,159*
13,180*
MRA
272
251
25
Total
10,914
13,613
13,897
* Dan il-vot jinkludi fiħ xiri ta' materjal għall-użu regolari fuq xogħlijiet f'diversi żoni fil-pajjiż bħal siment, żrar, ramel, paving blocks, eċċ
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġew ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament? Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-informazjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif ġej:
Minn min sar Kemm Sewa L-għan tar-rapport
D. Xuereb Design Consulting Ltd 350.00 Konsulenza fuq Restawr tas-Sala La Cassiere
Techman Ltd 195.00 Konsulenza u testing ta' Fire Curtain
Mr Anthony Attard 600.00 Konsulenza dwar twaqqif ta' Malta Creative Enterprise
Envir. Management Design Planning 1770.00 Rapport dwar il-kundizjoni tas-saqaf fit-tieni sular
Malta Tourism Authority 1000.00 Ġgantija Temples Survey
Idea Management Consulting Services 4366.00 Studju dwar ir-riżors uman tat-Teatru Manoel
Dawn ir-rapporti kollha ġew konklużi.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Repair and upkeep
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ispiża għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, Dekasteru u Entitajiet matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet:
Ministeru
Lm
Dekasteru
Lm
Entitajiet
Lm
Total
Lm
Jannar
26
37,289
10,139
47,454
Frar
1,366
42,190
5,733
49,289
Marzu
107
38,436
42,079
80,622
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħassru operazzjonijiet din is-sena? Għaliex u x'tip kienu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bejn Jannar u Awissu 2007 ġew imħassra jew posposti 1521 -il operazzjoni filwaqt li saru b'kollox 19,919 -il operazzjoni fl-istess perjodu.
Ir-raġunijiet kienu varji iżda l-aktar tliet raġunijiet komuni huma pazjenti li ma jiġux għall-operazzjoni u ma jinfurmawx lill-isptar; pazjenti li l-kundizzjoni ġenerali tagħhom tiħżien u ma jkunux jistgħu jingħataw anestesija; jidħlu każijiet ta' natura urġenti u allura każijiet elettivi jkollhom jitħassru.
Qed jittieħdu passi biex permezz ta' overbooking strateġiku ta' operazzjonijiet ma jinħlewx opportunitajiet li pazjenti jiġu operati.