Legislature:
Category:
Reset
Active:

CVA — Eżenzjoni mill-ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' vetturi eżentati mill-ħlas ta' CVA fil-Belt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista tan-numru ta' vetturi eżentati mill-ħlas ta' CVA fil-Belt.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Taxxi, tariffi u miżuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini dettalji biżżejjed biex inkun nista’ nifhem eżatt għal liema dettalji qiegħed jirreferi.

Żvilupp Urban u Toroq — Taxxi, tariffi u miżuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnha, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha bejn Jannar u Settembru 2007? Tista' tindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata illi bejn Jannar u Settembru 2007, ma ddaħħlu jew ġew riveduti ebda taxxi, tariffi jew miżati mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali jew mid-Dipartimenti jew Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru
Leg 10 PQ #28185 Sitting 570 2007-10-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnha, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha bejn Jannar u Settembru 2007? Tista' tindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda taxxi, tariffi jew mizati li ddaħħlu jew ġew riveduti mill-Ministeru għal Għawdex jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007.

Riżorsi u Infrastruttura — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq servizzi ta’ konsulenti (kemm minn individwi u anke minn kumpaniji) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u l-enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kienet ta’ Lm 12,871.36. Id-dettalji ta’ min kienu l-konsulenti, kemm tħallsu kull wieħed separat, x’tip ta’ servizz u min approva t-tali spiża f’kull każ separat huma kif qed jidhru fit-tabbella t’hawn taħt:- Kunsulent/kumpanija Ħlasijiet: Jannar (LM) Frar (LM) Marzu (LM) Servizz Approva ADI Associates Environment Consultants 1,359.36 Environment Impact Assesment icw Burmarrad Permanent Secretary Europa Services 1,416.00 Terms of Reference for EIA - B'Kara/Msida Storm Water System Permanent Secretary Terracore Services 1,040.00 Soil Ground Investigation at Magħtab By Tender Dr. Andre Buttigieg 1,028.00 1,160.00 1,150.00 Legal Support Services - Was engaged to provide legal support services on a fulltime basis after MRA failed to recruit through a public call CEO and MRA Board Europa Services 1,652.00 Terms of Reference for CBA - B'Kara/Msida Storm Water System Permanent Secretary Deloitte & Touche 767.00 Advice re. financial reporting for operators in a liberalized energy provision scenario - Advice given by MRA's statutory auditors given lack of in-house expertise at MRA CEO and MRA Board R S Attard & Co. 24.00 Pricing Issues - lack of in-house expertise CEO & MRA Board Europa Services 2,500.00 Feasibility Study - B'Kara/Msida Storm Water System Permanent Secretary Ing. Brian Azzopardi 120.00 Energy Efficiency Studies -Photovoltaic Study Board approved the registration scheme that is still open on MRA website Engineering Services 250.00 Energy Efficiency Studies - Microwind Study Engineering Services 250.00 Energy Efficiency Studies - Energy Efficiency Aspects in Living Spaces Gatt Frendo Tufigno 155.00 MRA Legal Advisors - Various Legal Advice

Riżorsi u infrastruttura — Servizz ta' l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tan-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena separatament uffiċjal b’uffiċjal u xahar b’xahar kif ukoll l-ISP f’kull każ.

Riżorsi u Infrastruttura — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament? Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Marzu 2007, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kkummissjona tmien (8) rapporti kif jidhru hawn taħt: Minn Min Sar Skop Nefqa (Lm) Terracore Services Soil ground investigation at Maghtab 1040.00 Europa Services Terms of Reference for EIA – B’Kara/Msida Storm Water System 1416.00 Ing. B. Azzopardi Photovoltaic Systems 120.00 Europa Services Terms of Reference for Cost Benefit Analysis – B’Kara/Msida Storm Water System 1652.00 Engineering Services Microwind 250.00 Europa Services Feasibility Study – B’Kara/Msida Storm Water System 2500.00 Engineering Services Energy Efficiency aspects in living spaces 250.00 Adi Associates Scheme to support Enterprise in the Environmental field 499.14 Dawn ir-rapporti kollha ġew konklużi.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Repair and upkeep

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru u d-dipartimenti tiegħu kienet: Jannar Lm2,641 Frar Lm4,012 Marzu Lm5,232 Mill-Awtorità' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienet hekk: Jannar Lm1,586 Frar Lm2,102 Marzu Lm2,773 Mill-WasteServ Malta Ltd kienet hekk: Jannar Lm5,026 Frar Lm1,762 Marzu Lm1,536

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Forzi Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus l-Armata fuq xogħol jew żamma ta' immigranti illegali din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li n-nefqa li l-Armata għamlet fuq xogħol jew żamma ta’ immigranti rregolari sat-30 ta’ Settembru ta’ din is-sena tammonta għal Lm1,592,151 VAT inkluż.

Boundary wall

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27392 u jara li jittella' boundary wall skond kif titlob il-liġi mad-dawra tal-plot kbira li ġieli qed tintuża bħala scrap yard u dumping ground f'Birkirkara Road, San Gwann kantuniera ma' Triq il-Gallina, Kappara?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtoritá ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet Avviż ta' Twettiq ECF333/07 kontra sid l-art. L-Avviż għalaq fis-17 ta' Settembru 2007 u l-kunsill huwa infurmat li ħareġ l-Avviż. Jirriżulta ukoll li, wara li ħareġ l-Avviż, is-sid jew is-sidien ta' din l-art bdew itellgħu l-ħajt fuq Triq Birkirkara iżda għal xi raġuni x-xogħol waqaf. Kien inbeda ukoll ix-xogħol ta' tindif iżda dan waqaf ukoll. Is-sezzjoni ta' l-Infurzar ta' l-Awtoritá ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irreferiet dan il-każ lid-Direct Action Team li għamel spezzjoni fuq il-post u ta ordni lis-sid biex ikompli jnaddaf u jtella' l-biċċa l-oħra tal-ħajt fuq Triq il-Gallina. Is-sidien kienu nfurmati li kemm-il darba ma jsirx dak kollu ordnat, il-Kunsill Lokali jista' jitlob li jagħmel ix-xogħlijiet hu wara li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tawtorizza l-valwazzjoni tax-xogħol kif ikkontemplat.

Għawdex — Premises ta' l-uffiċċju elettorali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn ser jiġu rilokati l-premises ta' l-uffiċċju elettorali/karti ta' l-identita' f'Għawdex meta l-kirja vigenti tal-premises preżenti tiskadi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Huwa propost li l-Uffiċċju Elettorali u tal-Karti ta’ l-Identità f’Għawdex jiġi trasferit f’bini tal-Gvern fi Pjazza San Franġisk, Ir-Rabat.

Pjazza ta' Kastilja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett ta' tisbiħ tal-pjazza ta' Kastilja?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-proġett ta’ tisbiħ fi Pjazza Kastilja hu parti mill-proġett ta' pavimentar taż-żona pedonali fil-Belt li tkopri diversi areas fosthom Pjazza San Ġorġ, it-Triq ta' quddiem il-Palazz u l-pjazza ta' Kastilja. Il-proġett hu maqsum f'diversi fażijiet. L-ewwel fażi li qed isir bħalissa tkopri Triq il-Merkanti u t-toroq ta' bejn Triq il-Merkanti u Triq ir-Repubblika. Sussegwentament il-proġett se jkompli fil-futur sabiex iż-żona pedonali tkun kollha pavimentata.

Building regulations

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jiġu fis-seħħ l-building regulations l-ġodda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi minħabba li r-regolamenti tal-bini l-ġodda jolqtu diversi aspetti tal-bini u li jekk jidħlu fis-seħħ kollha f’daqqa jista’ jkollhom riperkussjonijiet mhux mixtieqa fuq l-industrija tal-bini, huwa ppjanat li dawn ir-regolamenti jiddaħħlu b’mod gradwali u mhux kollha f’daqqa.

Kumitati għar-rijabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa mill-kumitati għar-rijabilitazzjoni għas-snin 2005, 2006 u 2007 kull sena u kull kumitat separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nefqa mill-Kumitati għar-Rijabilitazzjoni għas-snin 2005, 2006 u 2007 kienet kif muri hawn taħt: 2005 2006 2007 Lm Lm Lm Valletta Rehabilitation Committee 161,539 91,682 45,690 Cottonera Rehabilitation Committee 39,345 35,447 11,793 Mdina Rehabilitation Committee 19,436 17,388 2,891 Infakkar li l-policy tat-twettiq ta' proġetti fl-areas tal-Belt Valletta u l-Floriana, il-Kottonera u l-Imdina inbiddlet fis-sens li dawn qed jiġu imfassla u attwata mill-Ministeru. Fost dawn il-proġetti hemm il-pavimentar ta' l-Imdina, pavimentar ta' diversi toroq fil-Belt Valletta, il-ġnien Kottonera, il-ġnien ta' Hastings u tal-Mall u diversi xogħlijiet ta' restawr eċċ.

Energy from Waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Malta Resources Authority dwar energy from waste? Jista' jpoġġi kopja ta' din il-policy fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.