Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li jbatu mid-dimentia

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet qed jingħataw mill-istituzzjonijiet tas-saħħa tal-gvern għal dawk li jbatu mid-dimentia? Dawn il-pazjenti qegħdin jingħataw il-mediċina Exclon b'xejn? Jekk le, x'qed jingħataw bħala għajnuna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Pazjenti bid-dementia jingħataw il-kura u l-attenzjoni personali li jinħtieġu skond in-natura u l-gravita' tal-marda tagħhom. Il-mediċina msemmija mill-Onor. Interpellant mhijiex fuq il-formularju u għalhekk ma tistax tingħata b'xejn.

Ħal Farruġ — Bini ta' fabbriki

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-oġġezzjonijiet li kienu ressqu r-residenti minn Ħal Farruġ dwar il-fatt li qed jingħataw permessi għall-bini ta’ fabbriki prattikament mad-djar tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ħal Qormi — Culvert

Question

Jista' l-Ministru jara li l-culvert li jinsab fi Triq il-Milied kantuniera ma' Triq l-Imsaġar f'Ħal Qormi li jifforma parti mill-bypass ta' l-Imrieħel (taħt il-bridge) jiġi mnaddaf għaliex jinsab miżdud bil-ħmieġ u l-ilma tax-xita qed jidħol għand ir-residenti li jgħixu fil-madwar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li għalkemm Triq il-Milied li qiedgħa kantuniera ma’ Triq l-Imsaġar f’Ħal Qormi li tifforma parti mill-bypass ta’ l-Imrieħel (taħt il-bridge) ma tagħmilx parti mit-triq arterjali, ittieħdet azzjoni sabiex il-culverts ta’ l-inħawi jiġu mnaddaf.

Korsijiet ta' snajja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma dawk l-opportunitajiet għal żgħażagħ li spiċċaw l-iskola sekondarja u li m’għandhomx ħeġġa għal studji akkademiċi, iżda jixtiequ jsegwu korsijiet fi snajja, iżda li m’għandhomx kwalifiki biex jidhlu fl-MCAST, jigifieri dawk iż-żgħażagħ li qabel kienu jsegwu korsijiet minn eta’ iżgħar fl-iskejjel tas-snajja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li żgħażagħ bħal dawn jiġu aċċettati fl-MCAST fil-Foundation Course ta' l-Istitut għall-Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni fin-Naxxar, jew inkella fl-ITS fi snajja relatati mat-Turiżmu.

Msida — Rue D'Argens

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28000, il-parti msemmija ta' Rue D'Argens hija biswit showroom, dik il-parti ta' fuq fejn titla' b'rampa u tiġi fi triq ma tinfidx li hija wżata mir-residenti biss. Din it-triq fl-Imsida hija post ideali għall-parkeġġ għar-residenti biss. Għaldaqstant tista' l-ADT tikkunsidra li dan il-post isir parkeġġ għar-residenti biss?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku tifhem li t-triq li għaliha tagħmel referenza din il-mistoqsija parlamentari jisimgħa ‘Upper Rue D’Argens Street’. It-Taqsima ma tapprovax li jkun hemm toroq fejn isir parkeġġ mir-residenti biss iżda t-taqsima tikkunsidra talbiet għal ‘ Controlled Residential Parking Schemes’ . Minn riċerka li saret fir- records tat-taqsima rriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali Msida għal ‘ Controlled Residential Parking’ f’din it-triq.

Żvilupp Urban u Toroq — Repair and upkeep

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 kienet kif ġej hawn taħt: Ministeru: Jannar LM 83.30 Frar LM 48.44 Marzu LM 581.43 Total LM 715.17 ADT Jannar LM 6,234.55 Frar LM 6,016.54 Marzu LM 5,149.00 Total LM17,400.09

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Servizz ta' l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-uffiċjali li għandhom servizz tal-internet fir-residenza tagħhom mħallas mill-Gvern huma dawn: Ministry Officer No. I.S.P. Head of Secretariat 1 MITTS Ltd. Private Secretary 1 MITTS Ltd. Communications Co-Ordinator 1 MITTS Ltd. Department Officer Elderly Director 1 Telephone Line Mater Dei Hospital Director 4 Waldonet Ltd. Executive 1 Waldonet Ltd. St Lukes Hospital Director 1 MITTS Ltd. Goverment Pharmaceutical Services Director 1 MITTS Ltd. Finance Manager 1 MITTS Ltd. Public Health Director 1 MITTS Ltd. Manager 1 MITTS Ltd. Medical Officer 2 MITTS Ltd. Health Inspector 2 MITTS Ltd. Health Promotion Director 1 MITTS Ltd. Health Information Medical Officer 1 MITTS Ltd. E.U. 1 MITTS Ltd. Clerk 1 MITTS Ltd. Health Division Director General 1 MITTS Ltd. Director 4 MITTS Ltd. Junior Legal Officer 1 MITTS Ltd. Medical Officer 1 MITTS Ltd. E.U. Co-Ordinator 1 MITTS Ltd. Entitie s Zammit Clapp Hospital General Manager 1 MITTS Ltd. Medicines Authority Chief Executive Officer 1 MITTS Ltd.

Affarijiet Barranin — Repair and upkeep

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jien infurmat li l-ispiża fuq Repair and Upkeep għall-Ministeru u d-dekasteru li jaqgħu taħti hija kif ġej: Ministeru: Jannar - Lm 495.35, Frar - Lm 234.16 u Marzu - Lm 212.45 FME: Jannar - Nil, Frar - Lm 47.00 u Marzu - Lm 440.00 Ambaxxati: Jannar - Lm 6,557.12, Frar - Lm 4,559.40 u Marzu - Lm 4,842.91

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament? Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma ġewx ikkumissjonati rapporti fil-Ministeru, Dekasteru u Entitajiet matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007.

MITI — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MITI — Servizz ta' l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Maħfriet Presidenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27316 u jgħid kemm kien hemm maħfriet presidenzjali minn Mejju 1987 'il quddiem, lil min saru, taħt liema ċirkustanzi saru, għaliex saru u minn min ġew awtorizzati fuq livell ta' gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27316.

Investiment flok reġistrazzjoni ta' flus

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27810 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew depożitati flus fl-iskema tal-Gvern u x'għamel il-Gvern biex isir jaf għaliex l-iskema ma tqisetx attraenti biżżejjed biex tiġbed iżjed depożiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28061.

Għażla ta' impjegata

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27825 u għar-risposta relattiva, jista' l-Prim Ministru jgħid kif intagħażlet dik l-impjegata partikolari mit-tmien EAs magħżula kif intqal f'mistoqsija parlamentari 27498?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Euro Assistants magħżula ngħataw dawk id-doveri u r-responsabbilitajiet skond il-ħtiġijiet taċ-Ċentru u l-kompetenzi ndividwali tagħhom.

Income ta' persuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar id-dħul (income) ta' persuni għas-snin 2005 u 2006 f'dawn il-kategoriji: Persuni single; persuni miżżewġa pero' li jiddikjaraw joint declaration u miżżewġa li jiddikjaraw separate declaration u dan f'income brackets segwenti cioe Minn 0 sa Lm 4,500 Lm 4,500 sa Lm 6,000 Lm 8,000 sa Lm 10,000 Lm 10,000 sa Lm 12,000 Lm 12,000 'il fuq. Kemm kien id-dħul totali ta' taxxa (income tax) mill-kategoriji ta' persuni fuq indikati għall-istess perijodu 2005 u 2006? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm dħul income tax revenue minn dawn il-kategoriji ta' taxpayers għas-snin 2006 u 2007 għal A) banek u B) partnerships u limited liability companies?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28111.

Ricasoli — Fabbriki

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27801, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-fabbriki li ġew rilokati minn Ricasoli, inkluż taż-żewġ kumpanniji li ma ġewx rilokati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-fabbriki li ġew rilokati minn Ricasoli huma dawn: 1. F.X. Enterprises Co Ltd 2. Windmill Aluminium Co. Ltd. 3. Melita Power Diesel Ltd. 4. Ellul (Holdings) Ltd. 5. Highland Enterprises Ltd. 6. Macpherson Med. Ltd. 7. Skat Limited 8. Sargent & Best Limited 9. General Gas Limited 10. CGL Oil Blenders Limited 11. The House of Detergents Ltd 12. Allchem Limited 13. SM (Cables) Limited 14. Blye Engineering Co Ltd 15. AJD Tuna Limited 16. Medistone Limited Filwaqt li dawn il-fabbriki ma nħassitx il-ħtiega li jiġu rilokati: 1. Paper Malta Limited 2. Packprint Limited

Akwadotti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' l-Akwadotti tlestix? Jekk fl-affermattiv, x'kienet l-ispiża totali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi x-xogħlijiet fuq l-Akwadotti tlestew u l-ispiża totali kienet tammonta għal Lm 332,033.

Bormla — Bieb ta' Santa Liena

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'fadal isir fil-proġett ta' rijabilitazzjoni tal-Bieb ta' Santa Liena, Bormla? Meta hu maħsub li se jitlestew x-xogħlijiet kollha?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi x-xogħlijiet li għad fadal xi jsiru fuq il-proġett ta’ rijabilitazzjoni tal-Bieb ta’ Santa Liena, Bormla jinkludu t-tqegħid ta’ l-art ta’ l-injam u xi bollards quddiem ir-rampi. Dawn ix-xogħlijiet għandhom jiġu konklużi sa l-aħħar ta’ din is-sena.

Proġett tal-Mixtla

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-MEPA għal proġett tal-Mixtla f'Bormla?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma narax il-bżonn li npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-permessi mitluba għaliex il-permess bin-numru PA 07041/05 jista' jiġi faċilment aċċessat mis-sit elettroniku tal-MEPA.