Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett kontra l-għargħar f'Burmarrad? Hemm xi ħjiel meta se jitlesta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-proġett ta’ kontra l-għargħar f’Burmarrad qiegħed fl-ewwel fażi tiegħu u hu maħsub li jkun tlesta sa l-aħħar ta’ Novembru 2007. Il-proġett għandu żewġ fażijiet oħra li għalihom għad ma nħarġux il-permessi tal-MEPA u għalhekk mhux possibbli li tingħata data ta’ tlestija.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir b'dak in-numru kbir ta' blokki tal-konkos li tpoġġew fil-Fortizza ta' Pembroke? Kemm ġew jiswew flus dawn il-blokki?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-blokki tal-konkos li tpoġġew temporanjament fil-Fortizza ta’ Pembroke ser jintużaw għall-bini ta’ l-ilqugħ tal-kanal għal kontra l-għargħar li ser jinbena f’Burmarrad u ċioe' fil-bini ta' watercourse li jgħaqqad mit-Triq ta' Burmarrad sas-Salini. Dawn il-precast units li ġew manifatturati mill-ħaddiema tal-Works Division, ser jiffurmaw il-ġnub (l-embarkments) tal-watercourse propost li ser ikun twil madwar 1,575 metru. L-ispiża tal-manifattura ta' dawn il-blokki hija ta Lm283,871.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Unjoni Ewropea approvatx in-nefqa għat-toroq hekk kif proġettata mill-gvern mill-fondi ta' koeżjoni 2007 - 2013?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li iva, l-Unjoni Ewropea approvat in-nefqa għat-Toroq li se jiġu finanżjati taħt il-Fond ta' Koezjoni. Din in-nefqa hija elenkata fil-'Operational Programme 1' li ġie approvata minn Kummissjoni Ewropea f'Ġunju. In-nefqa approvata tammonta għall 169,0387,258.82 ewros li minnhom 143,682,520 ewros se jiġu ko-finanzjati mill-Kommunita Ewropea. Din is-somma se tiġi ddedikata biex itejjbu t-toroq illi jaqgħu taħt is-'Trans European Transport Network', magħrufa aħjar bħala t-Ten-T network. Għal-aktar informażżjoni rreferi għal-paġni 122 u 188 tal-'Operational Programme One', ppubblikat minn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tal-magazine "On Site" li ġew ippublikati matul is-sena 2007? X'inhu n-numru ta' magazines ipprintjati f'kull ħarġa u x'inhuma l-ispejjeż involuti għal printing u pustaġġ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi matul l-2007 ħarġu 3 edizzjonijiet tal-magazine On-site, kif imesemmi hawn taħt:-
Numru 22
Stampati: 14000 kopja
Spiża: Lm 1,754,55
Posta: Lm 355.21
Numru 23
Stampati: 12000 kopja
Spiża: Lm 1,573.95
Posta: Lm 278.92
Numru 24
Stampati: 14000 kopja
Spiża: Lm 1,754,55
Posta: Lm 294.49
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-magazines.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-bilanċ ta' flus li għad fadallu jiġbor il-Gvern għad-disposal ta' l-iskart?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru baqa' responsabbli mill-ġbir ta' dawn il-flus sa l-2004. Il-bilanċ ta’ flus li baqa’ jinġabar għad-disposal ta’ l-iskart sas-sena 2004 huwa ta’ Lm 127,005.47 fejn;
- Lm 80,396.28 huma dovuti mill-Koperattiva Ndafa Pubblika li kienet ġiet xolta. Din il-problema qegħdha f’idejn il-likwidatur appuntat mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Koperattivi kif ipubblikat fil-Gazetta tal-Gvern tad-29 ta’ Marzu, 2006
- Dwar il-kumplament, Lm 46,609.19 dovuti minn kumpaniji u individwi qegħdin jittieħdu proċeduri legali sabiex dawn jinġabru.
Jikkonferma l-Ministru li fl-iskola sekondarja l-ġdida ġewwa Ħal Qormi l-istudenti għadhom mingħajr computers, b’mod speċjali l-istudenti tal-Form 4, kif ukoll mingħajr għalliem tal-computer studies wara li kien hemm persuna li telqet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm kompjuters u ilhom hemm mill-bidu net tas-sena.
Informat ukoll li ttieħdu passi biex l-istudenti tal-Computer Studies ikunu jistgħu isegwu s-sillabu stabbilit fis-suġġett.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li dawk l-istudenti li għamlu kors part-time fl-MCAST tad-2D Computer Aided Draughting & Design Auto CAD 2006/07 għadu ma sarx l-eżami online li kellu jsir? Meta huwa maħsub li jsir dan minħabba li qed iżomm milli l-istudenti jkomplu bil-kors li jmiss wara dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27908 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa,Anzjani u Kura fil-Komunita' u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu kontra dawk l-importaturi tal-mediċini li rriżulta li kienu qed ibiegħu mediċini bil-għoli? Ser jittieħdu passi legali kontra dawk li abbużaw u allura kienu qed jisolħu lil min bilfors irid juża dawn il-mediċini?
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena l-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq hux se tagħlaq fix-xhur tax-xitwa? Minn meta sa meta? Kien hemm xi bookings minn barra għal dan iż-żmien?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie wżat fuel biex tissaħħan il-vaska tal-pixxina nazzjonali minn Jannar sa l-20 ta' Ottubru? Min hu l-kuntrattur li jissuplixxi l-fuel? X'tip ta' fuel hu? Meta ngħata l-kuntratt? Kemm sewa l-fuel li ssuplixxa din is-sena? Kemm tħallas?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fl-istaff tal-pixxina nazzjonali din is-sena? Jekk iva, jista' jagħti raġuni għaliex? Kemm hemm staff full-time u part-time?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istaff tal-Pixxina Nazzjonali huma parti mill-workforce tal-KMS u b’hekk hemm flessibilita' ta’ fejn ikunu assenjati għall-ħidma tagħhom.
Fil-prezent fil-Pixxina Nazzjonali hemm 8 ħaddiema tal-Gvern
detailed
mal-KMS u 9 ħaddiema impjegati direttament mal-KMS. Tul din is-sena kien hemm trasferiment ta’ zewġ ħaddiema.
Clerk / Receptionist
mill-Pixxina Nazzjonali għal Tal-Qroqq
Fitness Centre.
Miantenance Officer
mill-Pixxina Nazzjonali għall-Kumpless Sportiv Kottonera.
B’riferenza għal mistoqsija parlamentari 27911, filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li l-mistoqsija oriġinali ma kenitx marbuta ma’ proċeduri li għaddejjin fil-Qorti b’rabta mal-mewt ta’ student, minħabba li kien hemm numru ta’ rakkmandazzjonijiet ġenerali, nixtieq nistaqsi liema minnhom ġew implimentati?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċjali li huma ntitolati għal petrol imħallas mill-Gvern huma dawk l-uffiċjali li qiegħdin fuq Performance Agreement u uffiċjali oħra li għandhom speċifikament fil-kuntratt ta’ l-impjieg tagħhom li huma ntitolati għal dan il-benefiċċju.
Fir-rigward tan-nefqa fuq petrol matul ix-xhur ta’ Jannar u Marzu 2007 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament? Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tagħha, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Tista' tgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Affarijiet Rurali u ambjent — Servizz ta' l-internet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-servizz kollu ta’ l-internet lill-uffiċjali fil-Ministeru u d-Dipartimenti tiegħu huwa pprovdut mill-Malta Information Technology and Training Services Ltd (MITTS) u kopert mill-Kuntratt għas-Servizzi 2007.
Fil-każ ta’ l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, in-nefqa għas-servizz ta’ l-internet għall-ewwel tliet xhur ta’ l-2007 kienet ta’ Lm118.38 għad-Direttur Ġenerali u għaċ-
chairman.
Fiż-żewġ każi s-servizz kien ipprovdut mill-Maltanet.
Fil-każ tal-WasteServ Malta Ltd, in-nefqa kienet ta’ Lm145.62 għaċ-
Chairman, CEO, Operations Executive, Contracting Executive u Administration Executive.
Is-servizz kien ipprovdut mill-MaltaNet u mill-Keyworld.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali għas-snin 2005 u 2006 tal-Malta Resource Authority u tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini (BICC)?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapporti Annwali għas-snin 2005 u 2006 ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) u tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini (BICC).