Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li titniedi skema biex jinfeda "ċens perpetwu rivedibbli" għal min iħallas l-istess ċens lill-uffiċċju konġunt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proposta mressqa mill-Onorevoli Interpellant diġa' qiegħda tiġi studjata.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28003 u cioe': Għalkemm napprezza li Triq Reġjonali hija a fast road jista' jara li ssir xi forma ta' zebra crossing mill-parti li tagħti mill-Kappara, min-naħa tat-tarf ta' Triq G. Despott, aktar u aktar minkejja li l-bypass ta' Birkirkara hija wkoll fast roadu hemm diversi zebra crossings u lights?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevli Nterpellant li bħalissa hemm applikażżjoni biex issir ‘overhead passage’ minn naħa għal oħra ta’ Triq Reġjonali li għadha tgħaqqad Sliema Road għall-pedestrians għand il-Mepa. Ir-riferenża għall-Bypass ta’ Birkirkara ma treġix minħabba il-lokażżjoni fejn trid issir it-Tragit Pedonali. L-‘overhead passage’ huwa wieħed temporanju sakemm Triq Reġjonali tkun kostruwita skond kif previst fit-‘Ten-T Network Upgrade’ li huwa maħsub għall-‘roundabout’ tal-Kappara. Eventwalment l-aċċess pendonali f’dan il-‘junction’ tkun permezz ta ‘subway’ apposta għal dan l-iskop.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27828, 27385 u 28160 u jgħid x'kienet in-nefqa totali taż-żjara tiegħu u tad-delegazzjoni fl-Awstralja, inkluż l-passaġġi ta' l-ajru, etc?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif diġà tgħid spjegazzjoni fir-risposta għall-mistoqsija il-kontijiet taż-żjara għadhom qed jinġabru u għaldaqstant, l-Uffiċċju tiegħi għadu m’huwiex f’pożizzjoni li jagħti risposta għalissa.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27827, 27386 u 28161 u jgħid min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni li akkumpanjatu l-Awstralja u min kienu l-ġurnalisti u rappreżentanti tal-media li telgħu miegħu? Huwa minnu li fosthom kien hemm ta' Where's Everybody? X'arranġamenti finanzjarji saru dwar l-akkumpanjament u l-vjaġġi u akkomodazzjoni u ikel tal-ġurnalisti li kellu miegħu?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 28109 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tara li jitneħħa arblu li jinsab fit-triq bejn Trejqet iż-Żahar u Post il-Gladjoli, Sta. Luċija fejn qed nibgħat separatament petizzjoni li saret mir-residenti ta' dan il-lokal?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onor Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 28108 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tara li jinħareġ il-voucher ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jgħix bir-relief? Jista' jiġi nformat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara tistax issir bit-tarmac in-naħa t'isfel ta' Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta issa li kważi t-traffiku kollu tal-Belt qed jgħaddi minnha? Din tinstab fi stat ħażin ħafna.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din it-triq taqa’ taħt responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali tal-Belt għax din it-triq m’hiex arterja fin distributorja.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27609 u jgħid kemm hija l-ispiża totali li tinvolvi l-gvern l-ispiżeriji ta' l-outpatients? Kemm hija l-ispiża totali tal-mediċini li jitqassmu mill-outpatients? Kemm hija mistennija li tkun l-ispiża totali meta tidħol is-sistema ta' l-ispiżerija ta' l-għażla tiegħek?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-valur tal-mediċini li ħarġu mis-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern (GPS) matul is-sena 2006 lill-ispiżeriji (outpatients) tal-Health Centres f'Malta u l-isptar San Luqa jammonta għal Lm9,489,283.
Skond il-Memorandum of Understanding, il-Gvern iħallas Lm8 fis-sena għal kull reġistrat ma' spiżerija privata matul l-ewwel sena.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27513, 27341, 27197 u 27797 u jgħid minn mindu sar ir-restructuring tat-Tarzna, kemm ħaddiema nġiebu minn barra biex jaħdmu bil-kuntratt? Ta' liema nazzjonalita huma? Kemm tħallsu fis-siegħa tul il-kuntratt? Kemm huwa l-ammont totali li tħallsu lil dawn il-barranin? Kemm huwa kkalkulat li t-Tarzna ffrankat bis-saħħa ta' dawn l-impjegati barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Ninsab infurmat li dawn il-ħaddiema, inġiebu minn l-Ingilterra, il-Bulgaria, il-Filippini, il-Polonja kif ukoll mir-Rumanija.
Ir-rata ndividwali mħallsa kull siegħa lil dawn il-ħaddiema hija xi ħaga li tiġi miftehma bejn min qed iħaddem lil dawn il-ħaddiema (f’ dan il-każ, il-prinċipal barrani tagħhom), u l-ħaddiema nfushom.
Il-ħaddiema jitħallsu direttament mill-Aġenzija barranija li jkunu ngaġġati minna. Għalhekk il-Malta Shipyards ma tkunx taf kemm attwalment kien l-ammont ta’ flus li tħallsu dawn il-ħaddiema.
It-tarznari jimpjegaw ħaddiema barranin biss fuq bażi ta’ meta dawn ikun hemm bżonnhom; f’ dawk is-snajja speċifiki li jkun hemm bżonn, sabiex jitlesta ammont ta’ xogħol temporanju, li ma jkunx jista’ jsir mill-ħaddiema tat-tarznari, minħabba nuqqas ta’ ħaddiema f’ dik is-sengħa partikulari. Din is-sitwazzjoni tinħoloq minħabba li jkun hemm żieda ta’ kuntratti u turnover li t-tarzna jirnexxiela tikseb.
Jista' l-Ministru jara li l-arloġġ tad-dawl ta' anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jinbidel għax mid-dehra għandu xi ħsara? Jista' jiġi nformat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' EO's, Assistant Heads u Heads neqsin fl-iskejjel primarji u sekondarji llum il-ġurnata? Meta hemm ħsieb li jimtlew il-postijiet vakanti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista' l-korporazzjoni Enemalta tieħu passi dwar electricity wiring systemli jisparkja fi Triq Ħal Għargħur, San Ġwann qrib ir-residenza tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Ninsab informat li dan l-ilment allegatament ġie rappurtat diversi drabi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 28100, jista' l-Ministru jgħid f'Wied Blandun, Raħal Ġdid/Fgura x'tip ta' żvilupp (kull tip ta' żvilupp li jaqa' taħt il-MEPA) qiegħed isir? Jekk hemmx permessi għal xi tip ta' bini? Jekk iva, x'tip huwa? X'inhu l-pjan tal-gvern għal Wied Blandun, Raħal Ġdid/Fgura?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li Wied Blandun kien ġie skedat fl-2001 bħala Grade 4 Area of ecological importance EI u Grade 1 Site of scientific importance. Għalhekk żvilupp ta' xi tip ta' bini urban mhux aċċettat. Bħalissa, mhemmx permessi ta' bini f'Wied Blandun. Il-pjan għan-nofsinhar ta' Malta jindika li dan il-wied għandu jkun parti mid-District Park matul il-Cottonera Lines skond il-policy SMIA 13 fl-istess pjan. Din il-policy tidentifika din iż-żona primarjament għall-attività rekreattiva bħal picnic areas u playgrounds għat-tfal, cycling u jogging tracks. L-iżvilupp li preżentement qed isir fl-inħawi ta' Wied Blandun jikkonsisti minn parti mill-proġett konness mas-sistema tad-drenaġġ u li hu kopert bil-permess PA 1550/02.
Kif ġie indikat fid-diskors tal-baġit dik iż-żona ġiet magħżula bħala wieħed mill-erba' postijiet fejn matul is-sena d-dieħla se jinbeda programm ta' tħawwil ta' siġar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tagħha, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Tista' tgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Nefqa fuq petrol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista tan-nefqa fuq serviżżi ta' konsulenti matul Jannar, Frar u Marzu, 2007
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li skond l-Annual Services Contract li l-Ministeru għandu mal-MITTS, fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena kien hemm ħames uffiċjali li kienu intitolati għal serviżż ta' internet fir-residenżi tagħhom, provdut mill-MITTS, bħala ISP. Skond il-kuntratt mal-MITTS, l-ispiża fissa kull xahar għal kull uffiċjal (bla ebda distinżjoni għall-grad jew min hu l-uffiċjal) hija ta' Lml9.67. Għalhekk l-ispiża totali kull xahar għal-ħames uffiċjali f'daqqa hija ta' Lm98.35.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Enti
Uffiċjali
Nefqa Totali Jannar, Frar u Marzu 2007 (Lm)
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u Dipartiment tat-Turiżmu
Ministru
Segretarju Permanenti
Segretarju Privat
Direttur Servizzi Korporattivi
Direttur Affarjiet tal-UE
992.00
Awtori
ta’ tat-Turiżmu
Chairman
Chief Executive
Director Regulatory
Director Planning
Director Marketing
Director Finance
Director Visit Malta
1190.00
Heritage Malta
Chairman
Chief Executive
238.21
Kunsill Malti għall-Kultura
u l-Arti
Direttur Eżekuttiv
Uffiċjal responsabbli – Sezzjoni Luqa
220.00
Dar il-Mediterran għall-Konferenzi
General Manager
Marketing and Sales Manager
Sales and PR Executives
241.95
Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita’ ta’ San Ġakbu
General Manager
Operations Manager
356.20
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali
Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali
10.00