Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ma kien hemm l-ebda konsulenti fuq bażi individwali jew bħala kumpaniji li tqabbdu jagħtu parir fil-perjodu indikat.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Nefqa fuq petrol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?
Response (FRENDO, MICHAEL)
In-nefqa totali kienet ta' Lm 2,213.46. L-Internet Service Providers huma l-MITTS għal Malta u ISPs differenti f'kull pajjizi li hemm Rappreżentanza Diplomatika. L-uffiċċjali huma dawk normalment intitolati għal dan is-servizz jiġifieri s-Segratarju Permanenti, id-Direttur Ġenerali, id-Diretturi, membri tas-Segretarjat Privat u oħrajn fosthom l-Ambaxxaturi.
Minn din is-somma ħlas għall Ambaxxati huwa Lm1294.59
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament? Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq petrol ta’ l-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u fl-enti li jaqgħu taħtu separatament matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena u l-uffiċjali li huma ntitolati għal petrol imħallas mill-gvern fl-istess perijodu huma kif jidhru hawn taħt:-
Nefqa fuq petrol (Lm) - 2007
Jannar Frar Marzu
Ministru
99.50 148.00 109.00
Kap tas-Segretarjat Privat
32.29 15.17 34.69
Segretarju Privat tal-Ministru
51.55 48.56 69.45
Segretarju Permanenti
51.12 51.12 63.88
Direttur Ġenerali, Taqsima tas-Servizzi
40.05 42.17 39.19
Direttur Ġenerali, Taqsima tax-Xogħlijiet
47.45 64.96 42.40
Direttur, Dipartiment tal-
Financial Management
64.75 47.71 55.38
Direttur, Dipartiment tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni
48.23 38.51 59.90
Direttur, Dipartiment tal-Bini u l-Inġinerija
31.95 40.89 28.54
Direttur, Dipartiment tal-Manifattura u s-Servizzi
55.80 40.89 63.89
Direttur, Dipartiment għat-Tfittxija taż-Żejt
59.05 55.39 52.47
Direttur, Departiment ta’ l-
EU Affairs
34.08 32.80 38.89
Direttur ,
PMSS
30.13 39.00 45.00
Direttur, Dipartiment għas-Servizzi tat-Tindif
61.34 44.29 63.90
Ko-ordinatur Eżekuttiv għall-Proġetti ta’ Rijabilitazzjoni
30.67 36.20 35.77
Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
Chairman
119.50 - -
CEO
49.00 44.00 50.00
Director (Water)
54.94 74.60 70.32
Director (Energy)
55.00 40.00 50.00
Analyst II
40.00 40.00 40.00
Analyst II
40.00 40.00 45.00
Analyst II
30.00 30.00 50.00
Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini
Chairman
76.69 51.11 64.65
Segretarju Eżekuttiv
38.76 37.91 42.16
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtarax il-materjal għall-pavimentar ta' Triq il-Merkanti, il-Belt? Jekk fl-affermattiv, mingħand min inxtara u x'inhu l-valur tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-materjal għall-pavimentar ta’ Triq il-Merkanti, u toroq oħra inxtara.
Peress l-materjal tal-porfido qed jiġi pprovdut mid-ditti; Consorzio Cavatori Produttori Porfido, Albiano, Trento, Porfidi Montebarco S.r.l., Albiano, Trento, Porfido Giuseppe Odorizzi, Albiano, Trento u l-hardstone (tal-qawwi) mingħand Ditta Paolo Belluardo, Modica, l-prezz totali tal-paviment imwassal Malta tinkludi ukoll il-prezz tat-trasport kif ukoll tal-ħlas tal-VAT u peress li t-trasport isir bi trailers kif ukoll b'containers, huwa għaqli li l-valur totali ta' l-ispiża tax-xiri tiġi komputata hekk kif jitwassal il-materjal kollu Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-disinn ta' pavimentar ta' Triq il-Merkanti, Valletta hux l-istess wieħed li ġie approvat bil-permess tal-MEPA? Dan il-permess jinkludi wkoll Triq Santa Luċija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-permess tal-MEPA (PA 4716/06) jkopri x-xogħol ta’ pavimentar fi Triq Merkanti u l-Pjazza quddiem San Ġwann filwaqt li x-xogħol ta’ Triq Santa Luċija hu kopert b’DN 00653/07.
Sar tibdil fid-disinn tal-margins tal-qawwi. Il-materjal li qed jintuża baqa’ l-istess jiġifieri Porfido u tal-qawwi
Jista' l-Ministru jgħid liema hija l-parti ta' Triq il-Merkanti li se tiġi pavimentata ( minn fejn sa fejn)? Kemm hi l-area ta' pavimentar ta' din it-triq biss?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-pavimentar ta’ Triq il-Merkanti jibda minn Triq l-Arċisqof sa Triq Nofs in-Nhar inkluż pjazza San Ġwann.
Barraminnhekk, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett li qed jiġi attwat bħalissa jkopri l-pavimentar ta' Triq Santa Luċija u Triq il-Melita kif ukoll it-tiswija ta' Triq Feliċ u Triq it-Teatru. Għaldaqstant il-proġett ta' pavimentar komplessivament se jkopri area ta' madwar 8,402 metri kwadri.
Jista' l-Ministru jgħid meta bdew jitħaddmu d-diversi areas tal-Park and Ride? Kemm ġie jiswa x-xogħol kollu sal-lum għal dan il-proġett? Kemm kienu l-vetturi li wżaw il-faċilita' tal-Park and Ride mill-bidu sal-lum kull area separatament? X'kienet l-occupancy rate bħala persentaġġ ta' kull area fuq average ta' kull xahar għal Park and Ride mill-bidu tagħha sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Park and Ride ta’ Hornworks and Crownworks ditch beda jopera fis-sitta ta’ Novembru 2006 u l-estenzjoni bdiet topera fit-tnax ta’ Settembru 2007.
In–nefqa kapitali sa llum kienet tammonta għall-Lm788,065. Aktar dettajli fuq l-ispejjez kapitali u rikorrenti ingħataw f’domanda parlamentari numru 27969.
Minħabba li s-serviżż tal-
Park and Ride
fil-Blata l-Bajda qed jiġi offrut b’xejn, ma hemm l-ebda struttura jew mekkaniżmu li tippermetti li statistika tinġabar fuq l-
occupancy rates
tal-
areas
ta’ parkeġġ. Skond osservażżjoni mill-Awtorita’ dwar it-Trasport, l-
Park and Ride
ta’
Hornworks and Crownworks ditch
ikun mimli matul il-ħinijiet ta’ xogħol, jiġifieri sal-5:30 ta’ fil-għaxija fix-xitwa u sas-2:00 ta’ wara nofs in-nhar fis-sajf. Is-Sibt fil-għodu (sas-2:00pm) l-
occupancy rate
tkun bejn wieħed u ieħor ta’ 80% tat-total tal-parkeġġ eżistenti. Il-Ħadd jkun hemm madwar 10%
occupancy
. Għada ma teżiżti l-ebda informażżjoni fuq l-użu minn vetturi fl-estenżjoni l-ġdida tal-
Park and Ride
.
Fid-domanda parlamentari numru 27969, issottomettejt statistika dwar l-użu tal-minibus għax-xahar ta’ Ġunju 2007. Jekk l-Onorevoli interpellant jirrikjedi aktar dettalji f’dan ir-rigward, l-Awtorita’ dwar it-Trasport tista’ tikkompila l-istatistika għal kull xahar sa llum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat il-pixxina nazzjonali bħala għotja mill-gvern f'din is-sena finanzjarja? Jista' jelenka kif intnefqet din is-somma s'issa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-sena finanzjarja Ottubru 2006 – Settembru 2007, il-Pixxina Nazzjonali ġiet mogħtija s-somma ta' Lm 150,000.
Skond l-management accounts li fil-prezent qed jiġu ‘audited’ din is-somma ġiet uzata għal:-
Xiri ta’ fuel biex tiġi imsaħħna il-Main Pool - Lm 60,000 ( perjodu Settembru’06 / April - Gunju ‘07
Xiri ta’ kimika - Lm 9,000 l-istess perjodu
Manutenzjoni rikkorenti - Lm 30,000
Dawl u Ilma - Lm 39,000
Telephones - Lm 2,000
Tindif - Lm 10,000 ( parti mill-kont).
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-bini taċ-ċentru sportiv fil-Marsa? Meta hu mistenni li jkun lest? Meta beda dan il-proġett u x'xogħol sar fuqu matul din is-sena finanzjarja? Kemm fil-fatt intnefaq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xoghol fuq il-proġett taċ-Ċentru Sportiv tal-Marsa beda fl-2003.
Il-KMS tul din is-sena ħareġ tender għax-xogħol ta’ kisi u tibjid fuq il-Car Park. Dan ix-xogħol ser jammonta għal Lm 23,896. Dan jitlesta fi żmien ftit xhur minn meta joħorġu l-approvazzjonijiet meħtieġa.
La jiltesta dan ix-xogħol il-Car Park tkun tista' tintuza mill-Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-ground ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid jgħaddi mill-ministeru tiegħu biex jinbeda l-proġett li suppost hemm għall-kumpless tad-djar? Għal kemm żmien ingħata dan il-ground biex isir logħob tal-MFA?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sal-lum applikaw biex jibbenefikaw mill-iskema tal-galleriji? Kif se tiġi ffinanzjata din l-iskema? Minn liema fund se titħallas din l-iskema? Kemm hu l-vot ta' din l-iskema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 28197.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu barranin fl-iSptar San Luqa din is-sena sal-lum? Minn liema pajjiż ġew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kien hemm ħmistax -il mewt ta' barranin fl-isptar San Luqa sa Awissu ta' din is-sena. Dawn ġew mill-pajjiżi li jidhru fit-tabella ta' hawn taħt:
Pajjiżi tat-twelid
Numru ta' mwiet
Renju Unit
11
L-Amerika
1
Irlanda
1
Franza
1
Polonja
1
Tista' l-Ministsru tgħid jekk il-Binja Dockyard Terrace, Isla se tiġi żviluppata bħala lukanda jew għal skop kummerċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm ebda ħsieb li l-binja magħrufa bħala Dockyard Terrace, l-Isla, tiġi żviluppata bħala lukanda jew għal skop kummerċjali.