Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li hi chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar se tkun ic-Chief Executive Officer (CEO). Tista' tpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ilha tokkupa l-pożizzjoni ta’ Chairperson Eżekuttiv ta’ l-Awtorita’ tad-Djar mill-1 ta’ Ġunju 2006. M’hemmx ħsieb li jkun hemm bdil f’dan ir-rigward.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt li jirregola din il-pożizzjoni.
Jista' l-Ministru jara li l-arloġġ ta' l-ilma ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jinbidel għax mid-dehra għandu xi ħsara? Tista' tiġi nformata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara jekk hemmx xi żball ta' surcharge tad-dawl u l-ilma ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jiġi nformat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li terġa' toħroġ sejħa għal nies li kienu jaħdmu fis-servizz tal-pulizija biex jiġu mpjegati fuq bażi każwali fid-detention u l-open centres? Jekk iva, meta se jkun hemm din is-sejħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb li terġa toħroġ sejħa għan-nies li kienu jaħdmu fis-servizz tal-pulizija biex jiġu mpjegati fuq bażi każwali fid-detention centres. Din is-sejħa għandha toħroġ fil-futur.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-MEPA milli tieħu passi minkejja li hemm każ, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jinsab f'direct action dwar allegazzjonijiet serji ta' attivitajiet illeċti fi Triq il-Ġiżimin, Swieqi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-Sezzjoni ta' l-Infurzar tal l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fl-10 ta' Ottubru 2006 ħarġet Avviż Biex Tieqaf u ta' Twettiq ECF 776/06 għal żvilupp li mhux skond il-pjanti approvati fil-permess PA6514/99 billi ġie maħluq basement level ieħor taħt iż-żewġ basements eżistenti u sar bdil fl-użu tal-basement level (-1) minn domestic store/gamesroom għal residenza mingħajr permess.
Dan il-każ ġie riferut lis-Sezzjoni ta' l-Azzjoni Diretta biex jittieħdu l-passi neċessarji fl-aktar żmien opportun.
Billi d-drenaġġ fi Triq F. S. Caruana f'Birkirkara huwa antik u difettuż, jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex din il-problema tingħeleb għaliex id-drenaġġ qiegħed ifur fil-kantini tan-nies meta jinstadd u dan jiġri xi kull xahrejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru fir-Rabat, Malta matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:-
2002
2003
2004
2005
2006
2007*
22
24
18
28
20
10
*Jannar - Settembru
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru f'Ħaż-Żebbuġ, Malta matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:-
2002
2003
2004
2005
2006
2007*
13
14
14
23
12
4
*Jannar - Settembru
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru fl-Mġarr, Malta matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:-
2002
2003
2004
2005
2006
2007*
3
6
1
4
3
5
*Jannar - Settembru
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu f'Ħaż-Żebbuġ, Malta matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:-
2002
2003
2004
2005
2006
2007*
16
12
14
6
9
8
*Jannar - Settembru
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru f'Had-Dingli matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:-
2002
2003
2004
2005
2006
2007*
6
3
1
0
5
3
*Jannar - Settembru
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru fl-Imtarfa matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:-
2002
2003
2004
2005
2006
2007*
2
4
0
4
0
1
*Jannar - Settembru
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex tiġi rranġata t-triq arterjali f'Xatt il-Gżira li tkun mgħarrqa bl-ilma meta tagħmel ix-xita kif jixhdu r-ritratti annessi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill Onorevoli Nterpellant li l-ADT ser tagħmel speżżjoni fuq il-post sabiex tara jekk jeżistux xi culverts li jistgħu ikunu miżdudin. Madankollu skond il-ftehim tal-1999 bejn il-MEPA u d-dipartiment tal-Kunsilli Lokali, il-manutenżjoni ta’ din it-triq ma taqax taħt l-Awtorita’ imma taħt il-Kunsill rispettiv.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-Bord dwar il-Petizzjonijiet jikkonsidra l-petizzjoni fuq kontravvenzjoni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-petizzjoni li rrefera għaliha l-Onor Interpellant li ġġib id-data tat-23 ta' Settembru 2007, daħlet għand ir-Reġistru tal-Bord tal-Petizzjonijiet u ġiet mgħoddija għand il-Membru tal-Bord. Naturalment mhux possibbli tingħata data speċifika meta din il-petizzjoni ser tkun ikkunsidrata.
Minkejja dan, ta' min isemmi li l-proċeduri kollha quddiem it-Tribunal Lokali huma sospiżi sakemm tiġi deċiża l-petizzjoni. Ta' min iżid li l-Bord tal-Petizzjonijiet għandu disponibbli għall-pubbliku freephone (numru 8007 2373) li fuqu jistgħu isiru l-mistoqsijiet kollha dwar petizzjonijiet, inkluż f'hiex waslet petizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament? Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sa l-ahhar ta' Marzu ta' din is-sena hu kif gej:
Ministeru
Ammont Min ghamel ir-rapport Ir-Rapport
Lm 295 Test & Measurement Instruments Servizzi Professjonali ghall-preparazzjoni ta' stima ta'
Factored Electrical Load ghall-progett tax-Schreiber
Lm 1,770 Chris Zahra Associates preparation of BOQ for Ta' Qali Crafts Village
ADT
Lm 507.4 Informa Research project assessing the numbers of buses entering and exiting
Valletta Bus Terminus
Lm 4,336.5 Informa Research project' Pagus Programme - Component 3B
Lm 1,804.98 Dr. Resch Re Public Transport Reorganization.