Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #28540 Sitting 575 2007-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti qed isiru biex ikun faċli għat-turisti li jridu jiġu fostna minn pajjiżi bħas-Serbja, Ukrajna, ir-Russja u t-Turkija li l-proċeduri għalihom se jiġu kkumplikati malli pajjiżna jidħol fil-Ftehim Schengen?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed isiru l-arranġamenti meħtieġa mal-Ministeru ta' l-Affarjiet Barranin sabiex ikun iffaċilitat il-ħruġ tal-visas għat-turisti minn pajjiżi indikati.
Leg 10 PQ #28541 Sitting 575 2007-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Nefqa kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-flus fuq in-nefqa kapitali li kellhom jintnefqu fis-sena 2007 u ma ntnefqux, fuq liema proġetti u f'liema qasam kellhom jintnefqu? X'se jiġri mill-flus li kellhom jintnefqu u ma ntnefqux?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Santa Venera — Triq Adelaide Cini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li ssir it-Triq Adelaide Cini, Santa Venera? Ħarġu l-permessi neċessarji mill-MEPA biex issir din it-triq? X'jonqos biex issir din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Permess biex jixtri cab

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28214 u jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kien applika taħt l-indirizz li qed jidher separatament għall-permess biex jixtri cab li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex jużah għall-hire services 13-il sena ilu baqa' qatt ma ngħata tweġiba ċara mill-ADT minkejja li sa ftit xhur ilu kkonfermawlu li l-każ kien għadu qed jiġi pproċessat u li l-file kien għadu eżistenti? Minkejja li jmur lura għal żmien il-Public Transport Authority, l-applikant stqarr miegħi li l-Pulizija kienu kitbu lill-PTA nhar is-7 ta' Settembru 1994 permezz ta' ittra li r-referenza tagħha qed tidher separatament mibgħuta mill-Msida Police Office, liema ittra rajt kopja tagħha, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta din l-applikazzjoni hi mistennija tiġi deċiża u jekk diġa' ġiet deċiża jgħid għaliex l-applikant qatt ma ġie mgħarraf b'dan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-rispoata tingħata f'seduta oħra.

Wied il-Għajn — Riċiklaġġ ta' Sant Antnin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispeċifikazzjoni għat-tip ta' materjal li l-impjant ta' Sant Antnin se jkun qed jaċċetta? Dan ifisser b'mod sinifikanti li l-iskart irid jintgħażel mid-djar jew fl-impjant qabel ma jidħol fl-MRF (material recycling facility)? Liema huma l-miżuri li se jittieħdu biex jittrattaw ir-residwi (ħama ta' l-impjant - auto clave(fibre) jew RDF? Hemm finanzi allokati fl-istima għar-residwi mill-proċess ta' l-iskart li jridu jiġu trattati ferm aktar bis-sistema tat-thermal treatment? U dan t-trattament se jsir fl-aħħar tal-proċess jew bħala stand alone unit biex jissupplixxi l-enerġija u l-elettriku? Hemm suq (kummerċjali jew domestiku) għall-elettriku jew l-enerġija li se tiġi ġġenerata mill-ħruq tar-residwi (heat generation from residues)? Saret stima għal konsumatur għal provista ta' din l-enerġija fit-terminu ta' l-infrastruttura kemm se tiġi tiswa? L-impjant se jkollu teknoloġija ta' gas srubbing suffiċjenti biex ikun konformi mar-regoli ta' l-EU fuq l-air emissions and odours? Hemm biżżejjed spazju fil-landfills biex jiġi aċċettat l-irmied u l-materjal perikoluż li joħroġ mill-impjant? Din il-proposta se tilqa għat-tul l-miri ta' l-EU fir-rigward tal-landfill diversion? Ċertu mpjanti li jaħdmu bit-teknoloġija ta' heat treatment joperaw effettivament għal 24 siegħa sħaħ (kontinwament). Din se tkun is-sitwazzjoni fl-impjant ta' Sant Antnin u jekk hi t-teknoloġija li se tintuża se jkun hawn skart biżżejjed biex jilqa' għal din it-tip ta' teknoloġija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

Kuntratt

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex dritt li tagħmel il-kuntratt ta' l-art bħala għamlu ħafna familji oħrajn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sabiex isir il-kuntratt, l-art in kwistjoni trid tgħaddi għand l-Awtorita' tad-Djar iżda dan ma jistax isir qabel ma jitlesta l-proċess ta' esproprju li għad hemm pendent fuq parti mill-istess art.

MITI — Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid xi jfisser bil-kliem "użu-ġenerali".

Affarijiet Rurali u Ambjent — Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Żvilupp Urban u Toroq — Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq petrol ta’ l-uffiċjali għax-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu ta’ din is-sena hi kif ġej: Ministeru Jannar Frar Marzu Lm 542.68 Lm 537.98 Lm 508.99 ADT Jannar Frar Marzu Lm 2,442.84 Lm 2,371.49 Lm 2,599.53 Din l-ispiża tirreferi għal dawn l-uffiċjali msemmija hawn taħt li skond il-kuntratt speċifiku ta’ kull wieħed minnhom, huma ntitolati għal petrol imħallas mill-Gvern: Kap tas-Segretarjat tal-Ministru Segretarja Privata tal-Ministru Segretarju Permanenti Direttur (Serviżżi ta’ Support ta’ Immaniġġjar Finanżjarju) Direttur (EU Affairs, Zvillupp ta’ Policy u Implementażżjoni) Kap, Unit Zvillupp ta’ Progetti u Ko-ordinazzjoni

Affarijiet Barranin — Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

In-nefqa totali kienet ta' Lm 5,574.58. L-Uffiċċjali huma dawk normalment intitolati għall-karozza jiġifieri s-Segretarja Permanenti, id-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi, membri tas-Segretarjat Privat u oħrajn fosthom l-Ambaxxaturi. Minn din is-somma l-ħlas għall-Ambaxxati huwa Lm 4503.28.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kera

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Birkirkara — Skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiġi rranġata u mmodernaizzata l-iskola Anthony Valletta, School C, Birkirkara?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Anthony Valletta 'C', Birkirkara, diġa' sar xogħol li jinkludi: Refurbishment ta' toilets Lift Installation Żebgħa fil-kumplament tal-klassijiet li ma kienux jintużaw. Xogħolijiet oħra għad iridu jiġu konsidrati.

Road Humps

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-ADT tispezzjona ir-road humps u plateuskollha li hemm fit-toroq biex taċċerta li dawn saru bil-permessi meħtieġa u huma skond l-istandards peress li wħud minnhom tant huma għoljin li tista' ssir ħsara fil-vetturi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-approvażżjonijiet li jinħargu mit-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku għal ‘road humps’ jew ‘plateaux’ jinħargu bid-daqsijiet li għandhom jinbnew tali ‘humps’. Hija responsabbilta’ ta’ kull kunsill li jara li jimplimenta ‘road humps’ skond il-kriteria maħruga mit-taqsima.

Balzan — Triq Birbal

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħol ta' trinek li qiegħed isir fi Triq Birbal, Hal Balzan jitlesta bla dewmien għax din hi triq traffikuża ħafna u l-ilma tax-xita li jgħaddi minnha qiegħed joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti minħabba li t-trinka għadha miftuħa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed issir fuq it-trinek tal-WSC fi Triq Birbal waslu fl-aħħar fażijiet. Dawn qed jiġu testjati mill-istess WSC u kif jiġi ċertifikat li kollox sar sew, ix-xogħol ikun jista jitlesta.

Tigne Point — Mina

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-bini tal-mina li hi parti mill-proġett tal-MIDI f'Tigne Point?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-mina msemmija għandha tkun miftuħa għal użu pubbliku sa l-aħħar ta’ Diċembru tal-2008.

Possession and Use

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27784, jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-indirizzi kollha li huma milquta bit-titlu tal-possession and use u public tenure?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ġbir ta' l-informazzjoni ta' l-indirizzi ta' postijiet li ġew mibnija fuq art li ttieħdet mill-Gvern taħt it-titlu ta' Possession & Use u Public Tenure jirrikjedi wisq siegħat ta' riċerka kemm minn skrivani u kemm minn tekniċi. It-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern m'għandiex ir-riżorsi neċessarji biex isir dan.