Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Xiri ta' proprjeta' mill-barranin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtrat proprjeta' mill-barranin f'dawn l-aħħar tnax-il xahar u x'kien il-valur tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li ħarġu taħt l-Att dwar Akkwist ta’ Proprjetà Minn Persuni Mhux Residenti (Kap 246) kien ta’ 473 bejn it-30 ta’ Settembru 2006 u 30 ta’ Settembru 2007. Il-valur globali tal-proprjetà kien ta’ Lm44,246,852. Ma jfissirx li l-kuntratti tal-permessi li ħarġu jkunu ġew konklużi.

Bormla — Car Park

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-bini tal-car park f'Santa Margerita, Bormla?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tagħjt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27598 u 27973

Lufthansa Teknik

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27798, 27528 u 27914 cioe': Peress li l-Prim Ministru ħabbar li l-bini tal-hanger ġdid għall-kumpanija Lufthansa Teknik hu joint venture bejn il-gvern u l-kumpanija, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' l-ispejjeż tal-bini li se jitħallas mill-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi tal-Malta Enterprise torbot lill-istess Malta Enterprise milli tagħti l-informazzjoni mitluba minnu.

Attard — Recreational area

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar mill-proġett ta' recreational area u żvilupp ieħor li kellu jsir fi Triq il-Ponsjetta, H'Attard?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onor Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Kottonera Sports Complex

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-għaqdiet li għamlu użu mill-kumpless sportiv tal-Kottonera matul dawn l-aħħar tnax-il xahar? Kemm kien id-dħul tal-kumpless matul dan il-perijodu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għaqdiet li uzaw il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera matul dawn l-aħħar tnax-il xahar: National Association of Arms Collectors & Target Shooters Malta Badminton association Malta Judo Federation Malta Netball Association Malta Volleyball Association Malta Weightlifting Federation Traditional Karate Federation of Malta Clubs Aerobic Classes Foreign Netball Teams Kick Boxing Club Tigne' Judo Nursery Education Education Division - Skolasajf Various Schools as well as Primary/Secondary, Government/Private/Church Non Sport Care Malta Institution Komunita' Tiġi Saltnatek Neo Katekomunali Richmond Foundation Various Canine Shows Il-Kumpless kien jintuza wkoll għall-programmi sportivi tal-KMS: Active Youngsters Girls on the Move Skolasport Summer on the Move Informat li l-ammont tad-dħul mill-Kumpless kien ta' Lm 44,529.24.

Number plates personalizzati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27954 u jgħid x'inhu n-numru ta' number plates personalizzati maħruġa mill-ADT sal-lum u kemm kien id-dħul minnhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport ta’ Malta ħarġet 756 number plate personaliżżati . L-ammont ta’ flus miġbura mill-ADT huwa ta’ Lm 142, 630.00.* *Nixtieq ninfurma lil-Onor Interpellant illi l-ADT għamlet offerta promożżjonali lil Importaturi tal-karozzi ġodda u dawk użati fejn ġew offruti li jixtru 50 jew 60 plate għal prezz ta’ Lm 5,000.00 jew Lm6,000.00 rispettivament basta l-ħlas jkun bil-quddiem. B’din il-promożżjoni l-bejgħ ta’ pjanċi personaliżżati żdid. Dawn il-pjanċi jistgħu jintużaw biss għal- karozzi ġodda jew dawk impurtati minn barra minn Malta u qegħdin jiġu rreġistrati Malta għall-ewwel darba.

Għalliema ta' Technical Design

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-istudenti tat-tieni sena fil-Junior Lyceum ta' Santa Tereza għadhomx mingħajr għalliem/a tat-Technical Design? Jekk għadhom hekk, għaliex u meta se jingħataw għalliem/a?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ntbagħat għalliem għat-Technical Design fil-Junior Lyceum ta' Santa Tereza.

Rabat — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu fir-Rabat, Malta matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 22 19 15 17 17 4 *Jannar - Settembru

Dingli — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu f'Ħad-Dingli matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 2 4 3 2 0 3 *Jannar - Settembru

Mtarfa — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu fl-Imtarfa matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 6 2 1 1 4 1 *Jannar - Settembru

Mellieħa — Serq minn djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru fil-Mellieħa matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 36 22 31 79 50 29 *Jannar - Settembru

Mġarr — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu fl-Imġarr, Malta matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 4 4 0 1 4 4 *Jannar - Settembru

Qawra — Serq minn djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru fil-Qawra matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 13 23 13 25 18 10 *Jannar - Settembru

Restawr ta' galleriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm kien hemm f'Malta u f'Għawdex li applikaw biex ikollhom il-gallerija tagħhom irrestawrata? Jista' jgħid x'somma alloka l-gvern għax-xogħol ta' restawr fuq il-galleriji skond l-iskema li ħabbar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

Ħażna tal-gas — Sit

Question

B'referenza għall-applikazzjoni mal-MEPA PA01947/02 approvata fl-1 ta' Frar ta' din is-sena, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' meta hu ppjanat li jiċċaqlaq is-sit tal-ħazna tal-Gas fis-sit propost f'Bengħajsa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

SVPR

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jibgħat lil xi ħadd jispezzjoni l-kċina ta' San Vincenz De Paule għaliex minn informazzjoni li għandi hemm min ra minn erba' sa ħamest iġrieden jiġru qalb l-apparat u l-akkwati tal-kċina? Dan huwa każ serju u inaċċettabbli għax l-anzjani jixirqilhom l-aħjar għal saħħithom.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Spezzjonijiet fil-kċina ta' San Vinċenz de Paul isiru regolarment mill-Health Inspectors u anke minn min hu responsabli mill-kċina. Trattamenti kontra l-ġrieden u insetti isiru b'mod regolari.

MCAST — Żgħażagħ diżabbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-aħħar tliet snin, sena b'sena, kien hemm żgħażagħ diżabbli li applikaw jew urew ix-xewqa li jattendu kors fl-MCAST u ġew aċċettati? Jekk ma ġewx aċċettati, għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni diżabbli li qed jattendu xi kors fl-MCAST? Jista' jgħid f'liema istituti jattendu u liema kors qed jieħdu? Jista' jgħid kemm hemm studenti (abbli u diżabbli) b'kollox f'MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.