Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żvilupp Urban u Toroq — Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ kera mħallsa għall- perjodu bejn Jannar u Marzu 2007, kienet ta’ Lm2,825.00. fuq uffiċini numru 4, 5, 6, 7 u 8 fis-sular 3 u 4 f’Transcontinental House, Triq Zakkarija, Valletta. Uffiċini 4 u 5 huma okkupati mill-Projects Development and Co-ordination Unit, filwaqt li fl-uffiċini 6, 7 u 8 jinstab id-direttorat għas-Support Services and Financial Managemen.t Sidien tal-proprjeta’ huma Transcontinental Properties ta’ 54/1, Triq Zakkarija, il-Belt Valletta.” Qed inpoġġ fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' kif tħallset il-kera matul l-ewwel tlett xhur tas-sena 2007.

Affarijiet Barranin — Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jiena informat li l-kera ta' propjeta uzata mill Ministeru, dekasteru u enti kienet ta' Lm 243,944. Is-somma ta Lm 243,198 hija kera ta' Ambaxxati, Residenzi u Konsolati Ġenerali ta' Malta. Il-kirjiet tal-Ministeru ammontaw għal Lm 486 u dawn ikopru il-bini tal-Ministeru nnifsu u garages. Il-Ministeru jħallas ukoll il-kera tad-Diplo Foundation li tammonta għal Lm 330.

Vetturi reġistrati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27951 u jgħid x'kien in-numru ta' vetturi ġodda reġistrati fis-snin 2003,2004, 2005, 2006, 2007 (sal-lum) kull kategorija separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Xogħol fuq Manoel Island

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27957 ċioe': B'referenza għax-xogħlijiet li kellhom isiru mill-MIDI fuq Manoel Island jista' l-Ministru jgħid ix-xogħlijiet li saru s'issa u x'kellu attwalment isir s'issa skond il-kuntratt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li skond il-kuntratt u skeda ta’ xogħolijiet – l-ewwel fażi ta’ restawr kellu jkun lest (5) ħames snin mill-ħruġ tal-permess mill-MEPA. Dan seħħ fl-2003. Għalhekk dawn ix-xogħolijiet għandhom jkunu lesti sal-2008. Tista’ ssir estensjoni ta’ dan il-perjodu minħabba il-fatt li l-RMYC tħallew jokkupaw il-parti tal-fortiżża sakemm jinstab sit alternattiv. Xogħolijiet li saru sa issa jinkludu; Interventi ta’ emergenża fil-Fortiżża Manoel 2001 Restawr tal-pont tal-ħadid Restawr tal-Polverista’, Blokok A,B,C,D fuq il-fortiżża Manoel Il-kappella ta’ Sant’ Antnin Il-Casemates Il-Fortifkażżjonijiet (Swar) Dawn ix-xogħolijiet msemmija huma kompleti jew fi stadju avanzat ta’ xogħol. Saru xogħolijiet estensivi fuq il-bini li ser jinkorpora l-Uffiċini tal-MIDI. Sar xogħol ukoll fuq iċ-ċentru ta’ distribużżjoni li ġie trasferit lil Enemalta. Il-MEPA qed tipproċessa l-applikażżjoni fuq il-Lazzarett.

Diviżjoni tax-xogħlijiet — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-overtime imħallas lill-ħaddiema fid-diviżjoni tax-xogħlijiet matul is-snin 2006 u 2007 skond il-gradi tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown ta’ l-overtime imħallas lill-ħaddiema fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet matul is-snin 2006 u 2007 skond il-grad tagħhom.

Diviżjoni tax-Xogħlijiet — Makkinarju

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista (inkluż il-valur) tal-makkinarju tqil li nxtara mid-diviżjoni tax-xogħlijiet matul is-snin 2006 u 2007?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-lista nkluż in-nefqa fuq makkinarju tqil li nxtara mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, matul l-2006 u l-2007 hija kif tidher hawn taħt: 2006 Makkinarju Valur (Lm) Tipping Truck with crane 23,800.00 Refuse Disposal Truck 4,990.00 Forklifter (3 ton) 9,440.00 Dumper 10,995.00 Dumper 10,996.00 TOTAL 60,221.00 2007 Makkinarju Valur (Lm) Water Bowser 11,682.00 Road Sweeping Machine 10,030.00 Forklifter (2 ton) 4,975.00 2 Road Sweepers 24,680.00 Mini dumper 1,600.00 Van flat bed 9,350.00 TOTAL 62,317.00

Kumitati ta' riabilitazzjoni — Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi l-kumitati tar-riabilitazzjoni għas-snin 2006 u 2007 kull kumitat separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-fondi li ngħataw separatament lill-Kumitati tar-Riabilitazzjoni għas-snin 2006 u 2007 hu kif qed jidher hawn taħt: Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Furjana Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera Kumitat għar-Rijabilitazzjoni ta’ l-Imdina 2006 143,500.00 95,000.00 11,500.00 2007 40,000.00 5,000.00 5,000.00 Fil-lokalitajiet li jinsabu taħt il-kappa ta’ dawn it-tlett kumitati, jiġifieri CRP – Kottonera kollha, MRP – Mdina u VRP – Valletta u Furjana ġew investiti madwar Lm 417,341 fl-2006 u Lm 119,905 fl-2007 kif muri hawn taħt:- 2006 2007 Lm Lm Hastings Gardens 90,929 Hastings Gardens2,846 Mdina Paving 201,800 Mdina Paving6,455 Mixtla ta’ Bormla 121,725 Mixtla ta’ Bormla84,773 St. Helen’s Gate 2,887 Mall - Furjana25,831 Total 417,341 Total 119,905 Dan l-investiment kien imsarraf fil-proġetti ta’ restawr, rijabilitazzjoni u tisbiħ.

Xogħol ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' restawr sar fuq is-swar matul l-2006 u 2007? X'kien il-valur ta' dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2006, saru xogħlijiet ta’ restawr fuq is-Sur ta’ Santa Barbara l-Belt, Westreme Battery il-Mellieħa u s-Swar tal-Birgu fuq in-naħa tal-foss. Ix-xogħlijiet saru kollha mill-ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr u huwa stmat illi komplessivament ġew investiti madwar Lm70,000. Matul is-sena 2007 tkomplew ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq is-Sur ta’ Santa Barbara l-Belt, u s-swar tal-Birgu fuq in-naħa tal-foss. Dawn ix-xogħlijiet saru mill-ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr u s’issa ntefqu madwar Lm50,000. Saru wkoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-mina ta’ Sant’Anna ta’ l-Isla u s-Sur ta’ San Ġakbu l-Birgu. Dawn ix-xogħlijiet li saru bid-direct labour huma stmati li swew Lm3,500. Matul is-snin 2006 u 2007, saru xogħlijiet biex jiġu dokumentati s-Swar tal-Couvre Porte u tal-Kavallier u Bastjun ta’ San Ġwann fil-Birgu, kif ukoll il-Kavallier ta’ San Ġwann, is-Swar ta’ Sant’ Andrija u ta’ San Mikiel fil-Belt bi preparazzjoni għal tenders għal xogħlijiet fuq dawn is-siti. Dawn l-istudji saru mill-ħaddiema tal-Photogrammetry Section fi ħdan it-Taqsima tar-Restawr.

Mellieħa — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu fil-Mellieħa matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 14 10 16 11 9 4 *Jannar - Settembru

Bugibba — Serq minn djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru f'Buġibba matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 14 7 6 16 14 12 *Jannar - Settembru

Qawra — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu fil-Qawra matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 28 19 17 21 18 8 *Jannar - Settembru

Xemxija — Serq minn djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru fix-Xemxija matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 11 5 9 8 7 9 *Jannar - Settembru

Bugibba — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu f'Bugibba matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 13 21 14 12 5 7 *Jannar - Settembru

Manikata — Serq minn djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru fil-Manikata matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 1 0 0 0 2 0 *Jannar - Settembru

Kazi ta' serq

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-bidu ta' din is-sena sal-aħħar ta' Settembru, 2007 x'każi ta' serq u ksur tal-liġi oħra ġew rrappurtati f'dawn il-lokalitajiet: Mellieħa, San Pawl il-Baħar, n-Naxxar, San Ġiljan, Pembroke, Sliema u l-Gżira?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ġustizzja u Intern — Kera

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #26214 Sitting 575 2007-10-29 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kera

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Tista' tgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed impoggi fuq il-mejda tal-Kamra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kera

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Tista' tgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-taghrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Turiżmu u Kultura — Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.