Jista' l-Prim Ministru jgħid ma' liema dipartimenti ġew ingaġġati u mil-liema raħal u belt ġejjin dawk is-700 persuna li qiegħed jgħid li sabu x-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara eżattament x’informazzjoni jixtieq.
Jista' l-Ministru jgħid tlestiex il-feasibility study dwar is-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija? Jekk fl-affermattiv x'inhu propost li jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-‘feasibility study’ dwar is-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija tlesta.
Il-Korporazzjoni qed taħdem fuq pjan biex jiġi nstallat impjant żgħir (stand alone) għat-trattament tad-drenaġġ fil-Baħrija stess. Dan juża teknoloġija magħrufa bħal “Ceramic Membrane Technology”.
Jista' l-Ministru jara li tiġi ddisinnjata l-junction fi Triq in-Nutar Zarb, quddiem iċ-ċimiterju ta' Ħ'Attard, peress li l-karozzi li jaqsmu din it-triq tant traffikuża joħolqu periklu kbir?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tat-Toroq qed jeżamina il-proċedura ta' din il-junction sabiex ikun jista' jiddisinja alternattiva aħjar għal din il-problema.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista' ta' subways taħt it-toroq kif ukoll pedestrian overpasses li hawn f'Malta? Min hu responsabbli għall-manutenzjoni ta' dawn l-istrutturi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista ta' subways taħt it-toroq kif ukoll pedestrian overpasses li hawn f'Malta.
Ninsab infurmat li l-manutenżjoni ta' dawn l-istrutturi taqa' fir-responsabbilta' ta' l-ADT.
Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm kien hemm f'Malta u f'Għawdex li applikaw biex ikollhom il-gallerija tagħhom irrestawrata? Jista' jgħid x'somma alloka l-gvern għax-xogħol ta' restawr fuq il-galleriji skond l-iskema li ħabbar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għal darb'oħra, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 28197.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispeċifikazzjoni għat-tip ta' materjal li l-impjant ta' Sant Antnin se jkun qed jaċċetta? Dan ifisser b'mod sinifikanti li l-iskart irid jintgħażel mid-djar jew fl-impjant qabel ma jidħol fl-MRF (material recycling facility)?
Liema huma l-miżuri li se jittieħdu biex jittrattaw ir-residwi (ħama ta' l-impjant - auto clave(fibre) jew RDF? Hemm finanzi allokati fl-istima għar-residwi mill-proċess ta' l-iskart li jridu jiġu trattati ferm aktar bis-sistema tat-thermal treatment? U dan t-trattament se jsir fl-aħħar tal-proċess jew bħala stand alone unit biex jissupplixxi l-enerġija u l-elettriku?
Hemm suq (kummerċjali jew domestiku) għall-elettriku jew l-enerġija li se tiġi ġġenerata mill-ħruq tar-residwi (heat generation from residues)? Saret stima għal konsumatur għal provista ta' din l-enerġija fit-terminu ta' l-infrastruttura kemm se tiġi tiswa? L-impjant se jkollu teknoloġija ta' gas srubbing suffiċjenti biex ikun konformi mar-regoli ta' l-EU fuq l-air emissions and odours?
Hemm biżżejjed spazju fil-landfills biex jiġi aċċettat l-irmied u l-materjal perikoluż li joħroġ mill-impjant? Din il-proposta se tilqa għat-tul l-miri ta' l-EU fir-rigward tal-landfill diversion? Ċertu mpjanti li jaħdmu bit-teknoloġija ta' heat treatment joperaw effettivament għal 24 siegħa sħaħ (kontinwament). Din se tkun is-sitwazzjoni fl-impjant ta' Sant Antnin u jekk hi t-teknoloġija li se tintuża se jkun hawn skart biżżejjed biex jilqa' għal din it-tip ta' teknoloġija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-impjant ta’ Sant’Antnin se jittratta skart bijodegradabbli (bio-degradable waste) u skart riċiklabbli (dry recyclable waste). L-iskart li ser jiġi ttrattat fil-Material Recovery Facility (MRF) ser ikun ġej mill-Bring-in-Sites, u dan wara li jkun magħżul fid-djar u ddepożitat fil-Bring-in-Sites. L-iskart biodegradabbli jintgħażel b'mod mekkanizzat u fil-magħluq fl-impjant immodernizzat. Fl-impjant m’hux ser ikun hemm ebda sistema ta’ autoclave. L-ilma tal-proċess ser ikun ittrattat minn impjant tar-Reverse Osmosis u li jifforma parti mill-investiment li qed isir. Ir-rejects ser imorru fil-landfill filwaqt li parti mir-Refuse Derived Fuel (RDF), b’potenzjal ta’ energija, ser tkun ittrattata fl-inċineratur tal-Marsa ħalli jitnaqqas l-ammont ta' fjuwil u titnaqqas l-ispiża rikurrenti. Il-kumplament ta' l-RDF ser ikun maħżun sakemm jinstab użu għalih. Il-proġett ta’ Sant’Antnin, li hu ffinanzjat mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea, ma jinkludi ebda thermal treatment u għalhekk m’hemm ebda fondi allokati għal dan il-għan. Intenni li fil-proġett ta’ Sant’Antnin m’hux maħsub li jkun hemm thermal treatment facility. Nenfasizza li fl-impjant ta’ Sant’Antnin m’hemmx faċilità li taħraq jew titratta r-residwi.
Bħalma semmejt, l-uniku RDF li ser ikun utilizzat huwa dak li ser jintuża għall-inċineratur tal-Marsa u għaldaqstant suq għalih diġà hemm. Dan l-RDF huwa kkunsidrat bħala Renewable Energy source u għalhekk l-użu ta' dan il-materjal huwa rrakkomandat. L-impjant fejn ser jintuża l-RDF huwa mgħammar bit-trattament ta’ l-arja bl-aktar avvanzata skond il-permessi ta' l-operat. Din is-sistema tiggarantixxi li l-livelli ta’ l-istandards Ewropej dwar l-air emissions and odours ikunu milħuqin.
L-impjant ta’ Sant’Antnin m’hux ser jittratta skart perikoluż (hazardous waste) u għalhekk m’hux se jipproduċi la rmied (għax ma fihx thermal facilities) u lanqas materjal ieħor perikoluż. M’hemm ebda proposta biex il-landfills jaċċettaw irmied u materjal perikoluż ġej minn Sant’Antin għax l-impjant ta’ Sant’Antnin m’għandux il-facilità li jipproduċi dan it-tip ta’ skart. Intenni li fil-proġett ta’ Sant’Antnin m’hux maħsub li jkun hemm ebda thermal treatment facility.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Nefqa fuq petrol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa fuq petrol matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu u l-uffiċjali li huma ntitolati għall-petrol imħallas mill-Gvern huma dawn:
Ministeru
Dekasteru
Entitajiet
Nefqa (Jannar - Marzu)
Lm600
Lm1,555
Lm289
Uffiċjali
Head of Secretariat
Director Elderly
General Manager ZCH
Private Secretary
Permanent Secretary
Executive Officer MCH
Assistant Private Secretary
DG (Health)
CEO Medicines Authority
Director Corporate Services
Director Finance & Administration
Director GPS
Director Policy & Planning
Director Institutional Health
Director EU Affairs
Director Nursing Services
Director Health Promotion
Director Public Health
Superintendent SLH
Director Information Management & Technology
Adviser
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25024, li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern, jista' l-Ministru jikkumenta fuq il-każ u jgħid jekk id-diffikultajiet tar-residenti ta' dik iz-zona jistgħux jiġu mtaffija b'xi mod? Jista' jgħid li f'każ li l-ilmenti jilħqu l-Awtorita' dwar it-Trasport bil-miktub, hemm xi tip ta' infurzar li jista' jiġi eżerċitat fuq dawn l-iskejjel mill-ADT stess?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ħadet azzjoni biex tassigura li la waqt it-tagħlim u l-anqas waqt testijiet dwar is-sewqan tal-vetturi ma jibqgħu jsiru testijiet ta' manuvri tas-sewqan, bħal riservar u pparkjar eċċ, f'postijiet residenzjali.
Qed isiru wkoll spezzjonijiet kultant żmien fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija tiegħu 25024 biex ikun assigurat li l-għalliema tas-sewqan ma jiħdux lil min ikunu qegħdin jgħallmu s-sewqan biex jagħmlu ċerti manuvri f'dawk it-toroq.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25025, jista' l-Ministru jgħid meta nbdiet jew ser tinbeda l-investigazzjoni u meta hu maħsub li tintemm b'dati fissi? F'każ l-investigazzjoni diġa' ntemmet, jista' jgħid x'inhuma r-riżultati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li saret spezzjoni dettaljata nhar 25 ta’ April fl-10 ta’ fil-ghodu. Waqt l-ispezzjoni ma sar l-ebda forma ta’ emissjonijiet. Il-karatteristiċi taċ-ċumnija huma konformi mar-regoli. L-inġiniera preżenti kkonfermaw li l-manteniment kien sar, bħal dejjem, regolari. Kien ikkonfermat ukoll minn nies tekniċi tal-fabbrika li ma kien hemm l-ebda ħsara dan l-aħħar li tista’ tispjega li kien hemm dawn l-imsemmija emissjonijiet. Saru wkoll diversi osservazzjonijiet (erbatax) matul il-ġranet li ghaddew u qatt ma kienu osservati emissjonijiet minn din iċ-ċumnija. Jista’ jkun li l-emissjonijiet saru minn barra l-ħitan tal-fabbrika.
Irrid ngħid li ninsab infurmat ukoll li ma kien hemm qatt, la qabel u lanqas wara dan ir-rapport, xi forma ta’ ilmenti oħra ta’ emissjonijiet fl-inħawi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25024, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex ma hemmx il-ħsieb li jiġu nstallati cameras tas-sigurta minħabba l-fatt li r-residenti msemmija diġa' sofrew danni u jistgħu jibqgħu isofru meta tikkonsidra l-fatt li huma qegħdin jesperjenzaw dan il-każ msemmi matul diversi ħinijiet tal-ġurnata? Ma jaqbilx li l-cameras tas-sigurta' biss jistgħu jsolvu l-problem mod immedjat?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 25024. Dwar stallazzjoni ta' security cameras, ninsab infurmat illi dan sta għall-Kunsill jiddeċidi jekk dan hux l-aħjar mezz ta' infurzar.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24747 mill-aktar fis possibli u ċioe': Peress li jirriżulta li hemm xi numru sostanzjali ta' suldati li mhux se jilħqu jagħlqu l-25 sena servizz, meta tidħol fis-seħħ il-klawsola ta' l-irtirar tal-55 sena, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li jippermetti li dawn is-suldati jibqgħu jservu sakemm jagħlqu l-25 sena servizz jew inkella sal-61 sena biex b'hekk ikunu jistgħu jgawdu l-pensjoni sħiħa tas-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M’għandi xejn x’inżid mar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 24747.
B'riferenza għall-produzzjoni ta' l-ilma mill-WSC jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-prezz attwali għal kull unit prodott? Kemm jiġi jqum kull unit ta' l-ilma lill-WSC meta jitwassal għand il-konsumatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-polishing plant f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid:
i) kemm ġie jqum dan l-impjant u meta beda jitħaddem
ii) kemm ipproduċa ilma sal-lum
iii)kemm hi l-ispiża tal-produzzjoni għal kull metru kubu?
Response (GATT, AUSTIN)
Dwar l-ispiża ta’ l-Impjant imsemmi, nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-Mistoqsija Parlamentari nru 16196.
Ninsab infurmat li l-impjant beda jaħdem nhar is 7 ta' Lulju 2004 u l-volum totali ta' l-ilma proċessat sal-25 t'Ottubru 2007 kien 1,308,309 metri cubi.
L-ispiża biex kien proċessat l-ilma hi 10.7c kull metru kubu. Din ma tinkludix l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ilma mill-boreholes.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, il-Mellieħa u l-Kalkara? Meta hu ppjanat li se jitlesta x-xogħol fuq dawn l-impjanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.