Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet minn knejjes matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena il-Pulizija kellha 17-il rapport ta' serq minn knejjes jew istituzzjonijiet reliġjużi li minnhom 14 ġew rappurtati li seħħew f'Malta u 3 seħħew f'Għawdex, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta' rapporti kienu kif jidher hawn taħt.
Dwar il-valur globali irrappurtat misruq għal kull sena, ninsab infurmat illi din ma tinżammx taħt forma kompjuterizzata. Ta' min jgħid ukoll illi mhux kull min jagħmel ir-rapport jikkwantifika l-valur ta' l-oġġetti irrappurtati misruqa.
2002
2003
2004
2005
2006
2007*
Malta
14
23
14
22
18
14
Għawdex
-
1
-
-
-
3
Jista' l-Minsitru jikkonsidra li jirrakkmanda li tingħata wiċċ xieraq lil Dingli Road, Rabat peress li qegħda fi stat ħażin ħafna?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill Onorevoli Nterpellant li l-ADT qed tikkunsidra li tagħmel ‘extensive patching’ fit-triq imsemmija, speċjalment fil-bidu ta’ din it-triq kif titlaq minn ħdejn il-knisja ta’ San Duminku.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għall-offerti li nħarġet mill-MEPA għal tender for a survey for quaternery deposits in the Maltese Islands (Tender no: T06/07) li ħareġ f'Ġunju 2007? Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti u jekk ġietx deċiża din it-tender?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irċeviet żewġ offerti għat-
tender
li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Billi l-ebda offerta ma kienet tissodisfa l-ħtiġijiet tat-
tender,
ser joħroġ mill-ġdid avviż ieħor għall-offerti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien sar mis-sejħa li għamlet il-Wasteserv għall-impjieg ta' Geologist f'Ġunju 2007? Jista' jgħid kemm applikaw persuni u kemm intgħażlu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal din is-sejħa applikaw sitt kandidati. Il-kandidat magħżul għandu jibda f’Novembru 2007.
Jista' l-Ministru jinfurmani kif applikazzjoni PA 02764/06 ġiet rifjutata mill-MEPA, meta fit-triq in kwestjoni jiġifieri Triq Windsor, Sliema hemm diversi djar li waqgħu u saru binjiet ta' 4 sulari fost oħrajn numri 49, 58 u 61 li trasformaw ruħhom f'blokok ta' appartamenti? Tista' l-awtorita' tiġġudika din l-applikazzjoni bl-istess mod ta' l-oħrajn u ma jkunx hemm deċiżjonijiet differenti fl-istess triq?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li r-rifjut għall-iżvilupp propost fl-applikazzjoni PA 2764/06 ġie bbażat fuq il-Pjan Lokali għal Tas-Sliema hekk kif ġie approvat f'Lulju 2006. L-Pjan Lokali kkonferma li s-sit ta' l-iżvilupp jaqa' f'arja ta' Konservazzjoni Urbana b'għoli massimu ta' żewġ sulari. Din l-appikazzjoni issa qegħda fi stadju ta' appell quddiem il-Bord ta' l-Appell għall-Ippjanar. Ta' min jgħid li l-Bord ta' l-Appell jieħu konjizzjoni ta' kull sottomissjoni li titressaq, inkluż kull permess jew bini fil-viċinanzi tas-sit. Ta' min isemmi ukoll li Triq Windsor hija triq pjuttost twila fejn hemm bini li seta' ingħata permessi taħt diversi liġijiet u policies ta' dak iż-żmien meta nħarġu l-permessi. Qabel is-sena 1997, Tas-Sliema ma kienx hemm arja ta' Konservazzjoni Urbana u din iddaħlet b' Avviż Legali 459/97. Din iż-żona ta' konservazzjoni urbana ġiet ikkonfermata fil-Pjan Lokali għajr xi tibdil żgħir fil-konfini tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern se jiddeċiedi biex jinvesti fis-saħħa u s-sigurta' tan-nies u jagħti bidu biex Triq il-Ħammieri, Hal Qormi, isirilha x-xogħol meħtieġ għal dan il-għan? Meta l-Gvern se jaħseb biex, bħal per eżempju u fost affarijiet oħra isiru faċilitajiet biex in-nies jaqsmu min-naħa għall-oħra tat-triq, faċilitajiet biex ma jsirx overspeeding, irranġar ta' blind corner li tiġi għal Triq il-Wied, faċilitajiet ta' sigurta' fit-tarf ta' Triq il-Ħammieri li tiġi għal għol-wied b'periklu ta' għoli sostanzjali, eċċ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi x-xogħolijiet ser jinbdew din il-gimgħa wara li saru diskussjonijiet u konsultazzjonijiet mall-Kunsill Lokali ta' Ħal-Qormi.
Jista' l-Ministru jara jekk il-proċedura li ntużat fil-promozzjonijiet li ngħataw għas-"Seniors" fil-generation roomta' l-Enemalta fil-Marsa hijiex il-proċedura korretta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-Senior Operators Boilers jaqgħu taħt il-Generation Agreement bejn l-Korporazzjoni u l-General Workers Union.
L-Agreement jgħid li biex Operator jsir Senior Operator għandu jkun permezz ta' intervista kwalifikattiva dwar l-impjant. Din l-intervista kwalifikattiva dwar l-impjant għandha tkun miftuħa għal dawk l-Operators li jkollhom 3 snin kontinwi ta' esperjenza fil-Generation mal-Enemalta u li jkollhom l-Steam Licence.
Dawn l-impjegati kienu fuq waiting list ta' Seniority skond l-interview li għamlu. L-interview mexa skond il-proċeduri normali.
Għaldaqstant, s-Senior Operator Boilers saru skond in-numru ta' vakanzi li kien hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jintervjeni u jara tistax tinstab soluzzjoni biex jitnaqqas il-ħafna traffiku li jgħaddi minn Triq Ġuże' Pesci, Triq Mons P.P Saydon, Triq Ċensu Busuttil u Triq Ġuże' Galea l-Iklin peress li ngħalqet it-triq li tagħti għall-Vibes?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Huwa ferm apprezzat li l-Onor Interpellant jikkjarifika għal liema triq qed jirreferi sabiex l-Awtorita Dwar it-Trasport tkun f'pożiżżjomi li tinvestiga dan is-suġġeriment.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ġurnal elettroniku Maltastar.com qed jiġi filtered fuq il-mezzi ta' l-internet provduti mill-gvern lill-impjegati tiegħu, meta ġurnali elettroniċi oħra, fosthom il-Maltarightnow, m'hemm l-ebda problemi biex wieħed jidħol fih?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ġurnal elettroniku Maltastar.com mhux qed jiġi filtered fuq il-mezzi ta' l-internet u ghaldaqstant dan qed jiġi provdut mill-gvern lill-impjegati tiegħu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Ministeru u Dipartiment tal-Gvern għandu żbilanċ fl-Emoluments Vote għas-sena 2007? F'kull każ, kemm hi d-differenza bejn l-ammont ta' flus li l-Ministeri u Dipartimenti għandhom bżonn biex iħallsu lill-impjegati sa l-aħħar tas-sena u kemm fil-fatt kien ivvutat lilhom fil-Budget 2007?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-aġġustamenti meħtieġa fil-Voti tal-Ministeri u d-Dipartimenti tal-Gvern, fosthom għall-effett tal-Ftehim Kollettiv, li assorba ż-żieda dovuta għall-għoli tal-ħajja, isiru fix-xahar ta’ Diċembru kif ikun hemm bżonn mill-Vot tat-Teżor li fih Item apposta għal dan l-iskop u li hi mistennija tkun biżżejjed biex tkopri dawn l-aġġustamenti.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li s-suldati li se jgħalqu l-eta' ta' 55 sena jew aktar u li ma jkunux laħqu servew għal 25 sena se jitħallew iservu fil-Forzi Armati wara t-8 ta' Jannar 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk is-suldati li jkunu għalqu 55 sena fit-8 ta’ Jannar 2008 u ma jkunux laħqu servew għal 25 sena, ser jiġu irtirati mis-servizz fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Madanakollu dawn diġà ġie offrut lilhom impieg mad-Detention Services għall-perijodu mit-8 ta’ Jannar 2008 sa meta jagħlqu 25 sena servizz jew 61 sena fl-età skond liema jiġri l-ewwel.
Dawn jibqgħu bl-istess paga li jkollhom fit-8 ta’ Jannar 2008, jingħatalhom xogħol skond ma jitlob il-Commander tad-Detention Services u ż-żmien li jaħdmu mad-Detention Service jiżdied maż-żmien fis-servizz fil-Forzi Armati ta’ Malta għall-fini ta’ pensjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħidilna kemm kien jiswa t-tender għall-proġett ta' l-immodernizzar tal-moll tal-bażi marittima tal-Forzi Armati? Meta bedu u meta kellu jkun lest? Kemm se jiġi jiswa u meta se jkun lest?
Jista' l-Ministru jara li jsir iċċekkjar u reviżjoni tal-kont ta' l-ilma li l-account number tiegħu qed jintbagħat separatament u dan peress li l-ammont li rċeviet u qed tirċievi din il-familja huwa esaġerat u għoli ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-każ tal-konsumatur li saret riferenza għalih mill-Onorevoli Interpellant qed jiġi nvestigat.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ser tagħmel spezzjoni sabiex jiġi verifikat jekk hemmx xi ħsara, internal leakage jew xi anomalija oħra fis-sistema ta’ l-ilma.
Jista' l-Ministru jgħid l-Enemalta kemm xtrat steel poles, kemm transmission u kemm lighting poles u kemm ħallset għalihom sena b'sena mill-2004 sal-lum? Kif xtrat u kemm ġew jiswew l-istreet lanterns kollha (70W, 150W, 250W) li nxtraw mill-Enemalta bejn 2000 sal-lum sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta biex takkwista kemm il-bżonnijiet tagħha tal-arbli u anke għall-lanterni toħroġ sejħa minn żmien għal żmien għal tender jew għal quotations.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kumplament tal-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jerġgħu joħorġu l-promozzjonijiet fl-Armata skond kif ħabbar s-Segretarju Parlamentari l-Onor. Tony Abela fl-artiklu fil-gazzetta "In-Nazzjon" datata 15 ta' Jannar, 2007 fejn qal li l-promozzjonijiet mhux se jdumu biex jerġgħu joħorġu matul is-sena kurrenti? Jista' jgħid jekk jistgħux jerġgħu jiġu promossi nies li ħadu promozzjoni s-sena l-oħra, kemm f'dawk li huma other ranks u high ranks?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26924.
B'referenza għall-mistoqsija parlemantari 27907 jista' l-Ministru jirrispondi l-parti tal-mistoqsija li tirrigwarda l-power station u l-ferry terminal building?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq l-ex power station li tlesta jikkonsisti fir-restawr tal-faċċati kif ukoll spazji oħrajn fuq ġewwa għal użu ta’ l-operazzjonijiet ta’ baggage handling, sorting u screening. Hemm ukoll l’għassa tal-pulizija u il-‘quarters’ tal-Pilots tal-port fil-parti li illum magħrufa bħala ‘Magazino’. L-aħħar xogħolijiet kienu il-bini mill-ġdid tal-Pinto terminal minn ġewwa u is-sala ġdida għal użu tal-passiġġieri tal-ferry.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-procedings tal-konferenza dwar trasport urban sostenibbli li kienet saret f'April ta' din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-proceedings tal-konferenza dwar trasport urban sostenibbli li kienet saret f’April ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-aġġudikazzjoni ta' l-offerti għal provvista' ta' servizzi ta' sigurta' u mini buses għal Park and Ride, liema offerta nħarġet f'Awissu ta' din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma nħargux sejħiet għall-offerti għal servizzi ta’ sigurta’ u minibuses għal-Park and Ride f’Awissu ta’ din is-sena.
L-Awtorita’ dwar it-Trasport għada kif għaddiet id-dokument tat-tender għall-servizzi ta’ trasport fil-Park and Ride lid-Dipartiment tal-Kuntratti. Dan għandu jiġi ppublikat fil-jiem li ġejjin.
It-tender għal servizzi ta’ sigurta’ u
management
għadu qed jiġi kkompilat mill-Awtorita’ dwar it-Trasport. Dan ser jiġi ppublikat fix-xhur li ġejjin.