Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex żewġ kurunelli li għandhom 25 sena servizz ġeddewlhom is-servizz sa l-eta' ta' 61 sena filwaqt li oħrajn f'rank iżgħar li għandhom 25 sena servizz ma tawhomx l-istess opportunita' li ħadu dawn il-kurunelli? Jista' jgħid jekk jarax diskriminazzjoni bejn il-kurunelli u suldati f'rank iżgħar li m'għandhomx 25 sena servizz, meta dawn ta' l-aħħar ma tħallewx jaħdmu fejn kienu qabel u ntbagħtu mad-detention service?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li dawn iż-żewġ kurunelli ma ngħataw ebda trattament speċjali għajr estenzjoni sat-8 ta’ Jannar 2008 kif sar ma’ diversi suldati u uffiċjali oħrajn fl-Armata.
Jista' l-Ministru jgħid eżatt x'se jsir mill-isptar Boffa 'il quddiem? Jista' jiċħad jew jikkonferma li hemm il-ħsieb li dan l-isptar jingħata lil xi kuntrattur privat minflok flus li għandu jieħu? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid min hu dan il-kuntrattur u kemm għandu jieħu fi flus?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' restawr fil-Forti Tigne mill-MIDI? Meta hu proġettat li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ restawr tal-ġebel fuq Forti Tignè hu 60% komplut. Minbarra xogħol ta’ restawr hemm xogħolijiet oħra għaddejjin fuq il-Forti bħal aperturi, pavimentar, xogħol ta’ ħadid u njam u landscaping.
B'referenza għall-proġett ta' Ċentru tal-Konferenzi f'Ta' Qali jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għall-offerti? F'liema stadju waslet l-applikazzjoni lill-MEPA?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet huma temporanjament weqfin sakemm il-MEPA tipproċessa l-outline application li saret fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jifformaw il-Project Development and Coordination Unit? Meta twaqqaf dan il-unit?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li dan il-Unit ġie mwaqqaf fl-1 ta’ Diċembru 2006. Il-Membri ta’ dan il-Unit huma:
Kap tal-Unit
Policy Development Manager
Project Architect
Project Manager
Project Co-ordinator
Draughtsman
Administrative Secretary
Jista' l-Ministru jikkonsidra li f'każ ta' ġenituri pensjonanti u li t-tfal tagħhom jattendu l-MCAST u jirrepetu l-klassi dawn it-tfal jibqgħu jingħataw l-istipendju biex ma jkunux ta' piż fuq il-familja tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Avviz Legali dwar l-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jagħmilha ċara li studenti li qed jirrepetu l-istess sena jew li ma jkunux qed jirreġistgraw progress fl-istudji tagħhom, titwaqqfilhom l-għotja ta’ manteniment sakemm jerġgħu jibdew jagħmlu progress. Dan jgħodd għall-istudenti kollha li jieħdu stipendju u mhux biss għal dawk ta’ l-MCAST.
B'dankollu tajjeb li l-individwu konċernat jikteb direttament lili b'tagħrif dwar iċ-ċirkostanzi tal-familja bl-iskop li nara hemmx xi għajnuna li tista' tiġi konsidrata.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27972 u jgħid meta se jingħata lura l-ground lill-Sliema Wanderers liema ground kellu jinbena mill-MIDI? Meta suppost ingħata lura skond il-kuntratt mill-MIDI?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-Kuntratt jistipula li l-ground għandu jkun sostanżjalment komplut fi żmien mid-data tal-ħrug tal-permess relevanti mill-MEPA 6.10.2008. L-Onorevoli Nterpellant huwa nfurmat ukoll illi huwa mistenni illi l-ground ser jitlesta sa l-aħħar tas-sena 2009.
B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 27823, jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27987 u jgħid kemm kienet is-somma mħallsa mill-Viset u għalxiex intużat din is-somma? Kemm ġew jiswew it-tlett xogħlijiet artistiċi li se jsiru fil-Cottonera Waterfront u liema artisti ġew ikkommissjonati għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-VISET ma kelliex obbligu fil-kuntratt mal-Gvern sabiex tikkontribwixxi għal xogħolijiet artistiċi. Huwa il-kas fil-kuntratt mal-konsorzja fil-Kottonera li fil-proġett ikun hemm allokażjoni fuq xogħolijiet artistiċi. B’dan il-għan u skond dan l-obbligu il-proġett ta’ xogolijiet artistiċi fuq il-moll tal-Kottonera li jagħmel parti mill-proġett kollu ta’ tisbih kien jinkludi kompetiżjoni u ġew mgħazula tlett biċċiet. Dawn jinkludu:
Gabriel Caruana - Astratt LM 6,000
Anton Grech Argos LM 10,000
Charles Sammut Sails and Dolphins LM 3,408.28
Il-prezzijiet ikkwotati ma jinkludux VAT, xogħol ta’ stallażżjoni, dwal, bażijiet u kif ukoll il-plakek.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli għall-marda psoriasis jiġux mogħtija mill-Health Department? X'irrid issir biex wieħed jieħu dawn il-pilloli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Extensive psoriasis hija kundizzjoni li taqa' taħt is-Schedule V u għalhekk il-mediċini biex jittrattaw din il-kundizzjoni jiġu provduti mill-Gvern u jingħataw b'xejn skond il-lista tal-formularju u l-protokolli li jinsabu fis-sit ta' l-internet tan-National Medicines Policy and Audit Unit (http://www.sahha.gov.mt/pages.aspx?page=739).
B'referenza għad-diskors tal-Viċi Prim Ministru fuq l-estimi ta' l-intern nhar il-Ħamis 25 ta' Ottubru, 2007, fejn il-Viċi Prim Ministru kellu jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont tal-fondi mill-UE li l-Korp tal-Pulizija applika għalihom biex jilqa' għall-impatt ta' l-immigrazzjoni rregolari, liema rendikont baqa' ma ġiex impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, presumibilment bi żvista, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi t-tagħrif opportun fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub mill-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28490 u cioe': Tista' l-korporazzjoni Enemalta tieħu passi dwar electricity wiring systemli jisparkja fi Triq Ħal Għargħur, San Ġwann qrib ir-residenza tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Ninsab informat li dan l-ilment allegatament ġie rappurtat diversi drabi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn spezzjonijiet li saru fit-triq imsemmija ma nstab l-ebda 'sparking' pero r-residenti li għamlu dan l-ilment f'din il-PQ ma kienux id-dar u b'hekk tħalliet nota biex huma jikkuntatjaw l-Enemalta ħalli ssir spezzjoni oħra flimkien magħhom.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28489 u cioe' : Jista' jiġi mgħoddi s-servizz tad-drenaġġ fi Triq Qasbi, San Ġwann billi l-ftit residenti li hemm għadhom bil-fossa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-estensjoni tad-drenaġġ fl-inħawi msemmija ma hiex fil-programm immedjat tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma minħabba li din tinvolvi spiża kbira ghal numru zghir ta’ servizzi
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27828, 27385 u 28160 u 28434 u jgħid x'kienet in-nefqa totali taż-żjara tiegħu u tad-delegazzjoni fl-Awstralja, inkluż l-passaġġi ta' l-ajru, etc?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28434.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27827, 27386 u 28161 u 28436 u jgħid min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni li akkumpanjatu l-Awstralja u min kienu l-ġurnalisti u rappreżentanti tal-media li telgħu miegħu? Huwa minnu li fosthom kien hemm ta' Where's Everybody? X'arranġamenti finanzjarji saru dwar l-akkumpanjament u l-vjaġġi u akkomodazzjoni u ikel tal-ġurnalisti li kellu miegħu?
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir it-Triq Għar u Casa fil-Mellieħa? Jista' jgħid liema livelli se jsiru fi Triq Ghar u Casa b'sodisfazzjon għar-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija hija nkluża fil-programm ta' toroq għall-perjodu 2006-2008. Sa llumm tlesta jew qed isir xogħol f'madwar nofs l-468 triq inklużi f'dan il-programm. Ix-xogħol fuq il-kumplament tat-toroq għandu jitkompla fil-ġimgħat u xhur li ġejjin u matul is-sena d-dieħla
Dwar il-kwistjoni tal-livelli, waqt li għaddej ix-xogħol fi
Triq l-Għajn tal-Mellieħa saru diversi talbiet mir-residenti tal-blokki f'din it-triq kantuniera ma' Triq Għar u Casa fejn ġie mitlub li livelli mogħtija mill-MEPA jitbaxxew biex jiġi żgurat li l-propjetarji ta' garaxxijiet f'din il-parti tat-triq jibqa jkollhom aċċess għall-propjetajiet tagħhom. Fil-fatt saru diversi laqgħat mar-residenti ta' din il-parti tat-triq fejn ġew diskussi dawn id-diffikultajiet u saru proposti biex il-livelli fil-kantuiera bejn Triq il-Għajn tal-Mellieħa u l-ewwel parti ta' Triq Għar u Casa jiġu maħduma mill-ġdid biex jiġi assigurat li jibqa jkun hemm aċċess tajjeb għall-garaxxijiet kollha.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal ix-xogħol tal-bini mill-ġdid ta' l-iskola Guzeppi Despott? Kemm intnefaq s'issa fuq dan il-proġett? Meta hu maħsub li se jitlesta ix-xogħol u l-iskola terġa' tibda topera?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tlestiet l-ewwel fazi tax-xogħol tal-bini u inbdew xogħolijiet ta' finitura. S'issa intefqu Lm478,276 fuq dan il-proġett. Informat li hu maħsub li l-iskola l-ġdida sekondarja subien, kulleġġ Santa Margerita, tkun tista' tibda l-proċess ta' l-operat tagħha fis-sena skolastika 2008 - 2009.