Legislature:
Category:
Reset
Active:

Disposable nappies

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28410 li saret lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jara li jiġu nvestigati lmenti li d-disposable nappies li jingħataw lill-persuni diżabbli huma ta' kwalita' nferjuri ħażina ħafna u jitqattgħu malajr? Jistgħu jingħataw disposable nappies tajbin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-każ ta' disposable nappies li jingħataw lil persuni b'diżabilita, mit-Tnejn 22 ta' Ottubru hemm kuntrattur differenti bi prodott differenti ukoll.

MCAST

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28200 u jgħid min hija l-persuna li tqabbdet mill-MCAST biex tkun bħala external member waqt l-interviews li jsiru mill-kulleġġ? X’inhi r-raġuni li jkun hemm din il-persuna waqt dawn l-intervisti? Kif ġiet magħżula u kemm qed titħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-MCAST ikollu diversi external members fuq interview boards għal raġunijiet ta' trasparenza u ta' 'know how' fis-suġġett partikolari. Normalment l-għazla ssir fuq bazi ta' ħiliet u l-ħlas huwa ta' Lm10 s-siegħa.

MCAST — Counsellor

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28201 u jgħid x’inhu r-rwol tal-counsellor ġewwa l-MCAST? Min ġie magħżul u meta? Xi kwalifiki għandha din il-persuna u kif sar il-proċess ta’ l-għażla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rwol ta’ Counsellor fl-MCAST jikkonsisti primarjament f’li jipprovdi servizz ta’ counselling u guidance fil-Kulleġġ. Flimkien mal-Counsellors l-oħra fil-Kulleġġ, jifformula u jimplimenta programm ta’ counselling u attivitajiet simili; imexxi sessjonijiet ta’ counselling u guidance ma’ studenti individwali u / jew ma’ gruppi ta’ studenti; jiggwida lill-istudenti, u l-ġenituri tagħhom jekk tinħass il-ħtieġa, fl-għażliet u d-deċiżjonijiet edukattivi u vokazzjonali; jgħin lill-istudenti fil-ħtiġijiet u problemi personali; jirreferi studenti lil aġenziji u servizzi oħra skond il-bżonn; jipprepara u jqassam materjal dwar żvilupp personali u soċjali, u jorganizza attivitajiet fil-Kulleġġ u barra mill-Kulleġġ flimkien ma’ awtoritajiet oħra. Il-persuna li dan l-aħħar ġiet appuntata Counsellor b'effett mit-2 ta' Ottubru 2007, għandha Master of Arts in Education Studies u hija membru tal-British Association for Counselling and Psychotherapy. Il-proċess ta’ l-għażla sar skond il-proċedura stabbilita fl-MCAST għal skopijiet ta’ reklutaġġ.

Xogħol ta' persuna

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28202 u jgħid x’inhu x-xogħol tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma’ l-MCAST meta din taħdem full-time ma’ l-MPO?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament tagħmel xogħol part-time fl-MCAST relatat ma' programmi ta' European Union Mobility Programmes. Informat li dan ix-xogħol ma jaffettwax l-ingaġġ li għandha l-persuna ma' l-OPM u li l-arranġament huwa wieħed temporanju sakemm il-kulleġġ jingaġġa persuna full-time wara li sejħa għall-applikazzjonijiet ma tat l-ebda rizultat.

Kumitati ta' Rijabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega u jfisser il-politika tal-gvern dwar il-Kumitati ta' Rijabilitazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-politika tal-Gvern dwar il-kumitati ta' Rijabilitazzjoni hija li dawn il-kumitati jkunu konsultati fi tfassil ta' proġetti li ser ikun qed iwettqu fil-lokalitajiet li jaqgħu taħt il-kumitati konċernati u jgħatu parir fuq proġetti li jkunu qegħdin jitwettqu mill-Gvern fi bliet storiċi u jipproponu proġetti oħra f'dawn l-istess bliet. Din il-politika hija in-line mal-linji ta' gwida ta' twaqqif ta' dawn il-kumitati li kopja tagħhom qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Riforma fil-Portijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28167 u 28413 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq dwar ir-riforma tal-portijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim. Dettalji dwar drittijiet individwali ta' kull port worker mhux qed jingħataw.
Leg 10 PQ #28623 Sitting 582 2007-11-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Lukandi u sodod

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28525 u jgħid kemm hemm lukandi u sodod, f'kategoriji differenti f'Malta u f'Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif ġej: Hotels u Apart hotels sodod Ħames stillel 15 6,460 Erba’ stillel 49 16,178 Tlett stillel 55 11,444 Żewġ stillel 24 2,286 Total 143 36,368 Guest houses sodod Comfort 11 257 Standard 22 532 Total 33 789 Hostels sodod Standard 12 1,094 Total ta’ kollox 188 38,251

Lukandi u ristoranti — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28523 u jgħid kemm hemm ħaddiema impjegati full time u part-time fil-lukandi u fir-ristoranti kemm f'Malta u f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' ħaddiema full-time u part-time li kienu jaħdmu fil-lukandi u ristoranti f'Malta u f'Għawdex fl-aħħar ta' Ġunju 2007, kienu kif ġejjin: Lukandi u Ristoranti Malta Għawdex Total Full Timers 7,907 671 8,578 Part Timers bħala xogħol ewlieni tagħhom 4,914 482 5,396 Part Timers li għandhom xogħol full time ukoll 3,135 217 3,352 Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li l-aħħar statistika ppublikata hi dik ta' Ġunju 2007.
Leg 10 PQ #28625 Sitting 582 2007-11-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Mellieħa — Tisbiħ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28518 u jgħid xi proġetti ta' tisbiħ hemm maħsuba tul is-sena 2008 fl-Armier u fl-Għadira tal-Mellieħa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi matul l-2008 m'hemmx maħsuba proġetti ta' tisbiħ fl-Armier u fl-Għadira tal-Mellieħa għalkemm il-Gvern lest u qed jikkonsidra proposti għal proġetti f'dawn l-inħawi.

Pensjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser tiġi aġġustata l-pensjoni ta' l-ex ħaddiema ta' l-Enemalta li għandhom jieħdu b'lura minn Jannar 2006?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-pensjoni tas-Sigurta Socjali ta' l-ex-impjegati ta' l-Enemalta tigi riveduta a bazi tal-Ftehim Kollettiv wara li dan jigi konkluz.

Serqiet minn mużewijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet minn mużewijiet matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li rigward serq minn mużewijiet, l-informazzjoni dwar dan it-tip ta' serq ma tinżammx fi klassifika għaliha għal fini ta' statistika, għaldaqstant it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant, mhux disponibbli.

Serqiet minn bini pubbliku

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet minn bini pubbliku matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li rigward serq minn bini pubbliku, l-informazzjoni dwar dan it-tip ta' serq ma tinżammx fi klassifika għaliha għal fini ta' statistika, għaldaqstant it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant, mhux disponibbli.

AFM — Confidential Reports

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux il-confidential reports tas-sena 2006 fil-Forzi Armati, fir-reġimenti kollha u fejn ma sarx jista' jgħid għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-confidential reports tas-sena 2006 fil-HQAFM, fl-ewwel u fit-tielet Reġiment saru kollha. Fir-raba’ Reġiment, fl-Iskwadra Marittima u fl-Air Wing għad fadal xi ftit li għadhom ma tlestewx minħabba primarjament xogħol amministrattiv li kien jikkonċerna r-rijorganizzazzjoni li saret fl-Armata u x-xogħol ieħor operattiv li għafas fuq l-amministrazzjoni ta’ l-imsemmija Unitajiet li fadlilhom jikkonkludu. L-eżerċizzju kollu tal-confidential reports ser jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

AFM — Klawsola ta' l-irtirar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24747 liema tweġiba ingħatat fis-seduta 542, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li meta daħlet fis-seħħ għall-ewwel darba l-klawsola ta' l-irtirar mill-Forzi Armati, s-suldati kienu ġew mgħarrfa ukoll li dawk l-individwi li meta jagħlqu 55 sena u ma jkunux laħqu servew 25 sena dawn jingħatalhom ċ-ċans li jibqgħu iservu sakemm jagħlqu 25 sena servizz jew 61 eta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27505 ta’ l-istess Onorevoli Interpellant.

Lyster barracks — Tined

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li ser jinbena kumpless tat-tined ieħor ġewwa Lyster Barracks, Ħal Far biswit dak eżistenti biex ikun jista' jakkomoda madwar 1,500 klandestin? Jekk iva, jista jgħid jekk sarx xi studju fuq l-implikazzjonijiet li dan ser ikollu fuq is-sigurta' kemm tal-barracks u kemm tal-pajjiż speċjalment meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni li ġewwa dan il-barracks hemm l-ikbar ħażna ta’armi li hawn fil-pajjiż.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb illi jinbena Closed Detention Compound ieħor biswit t-tent compound eżistenti f’Lyster Barracks. Tingħata kull attenzjoni sabiex filwaqt li nipprovdu għall-bżonnijiet ta’ l-immigranti irregolari, nipprovdu ukoll sigurtà meħtieġa għall-protezzjoni ta’ kwalsiasi armi f’Lyster Barracks.