Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali li saru fl-Imġarr, Malta matul dawn l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena il-Pulizija kellha rapport wieħed ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali li sar fl-Imġarr, Malta, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta' rapporti kien kif jidher hawn taħt:-
2002
2003
2004
2005
2006
2007*
5
1
1
3
2
1
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali li saru fl-Naxxar matul dawn l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena il-Pulizija kellha żewġ rapporti ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali li saru fin-Naxxar, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta' rapporti kien kif jidher hawn taħt:-
2002
2003
2004
2005
2006
2007*
10
11
8
9
5
2
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali li saru fl-Mellieħa matul dawn l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena il-Pulizija kellha 3 rapporti ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali li saru fil-Mellieħa, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta' rapporti kien kif jidher hawn taħt:-
2002
2003
2004
2005
2006
2007*
6
7
3
2
0
3
San Pawl il-Baħar — Serq minn stabilimenti kummerċjali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali li saru f'San Pawl il-Baħar matul dawn l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena il-Pulizija kellha 7 rapporti ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali li saru f'San Pawl il-Baħar, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta' rapporti kien kif jidher hawn taħt:-
2002
2003
2004
2005
2006
2007*
27
36
20
13
16
7
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28214 u 28546 u jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kien applika taħt l-indirizz li qed jidher separatament għall-permess biex jixtri cab li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex jużah għall-hire services 13-il sena ilu baqa' qatt ma ngħata tweġiba ċara mill-ADT minkejja li sa ftit xhur ilu kkonfermawlu li l-każ kien għadu qed jiġi pproċessat u li l-file kien għadu eżistenti? Minkejja li jmur lura għal żmien il-Public Transport Authority, l-applikant stqarr miegħi li l-Pulizija kienu kitbu lill-PTA nhar is-7 ta' Settembru 1994 permezz ta' ittra li r-referenza tagħha qed tidher separatament mibgħuta mill-Msida Police Office, liema ittra rajt kopja tagħha, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta din l-applikazzjoni hi mistennija tiġi deċiża u jekk diġa' ġiet deċiża jgħid għaliex l-applikant qatt ma ġie mgħarraf b'dan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jiena nfurmat li fis 26 ta’ April 2005, id-Direttorat tal-Liċenzji u t-Testjar kienu bagħtu ittra lil persuna konċernata fejn infurmawa li d-Direttorat ma kienx qed joħroġ pemessi ġodda għal karozzini li jintużaw għal ġar tal passiġieri bi ħlas. Il-persuna konċernata ġiet ukoll nfurmata li d-Direttorat jagħmel biss ‘renewal’ ta’ permessi ta’ karozzini li kellhom liċenzja valida minn żmien il-pulużija.
Fil-każ in kwistjoni il-persuna konċernata kienet għamlet rikjesta biex tixtri karozzin li għad-Direttorat il-permess tiegħu (karozzin) kien spiċċa tant li l-puluzija ma kienux għaddew il-
file
ta’ dan il-karozzin bħal ma kienu għamlu fil-kazijiet ta’ karozzini li kellhom permess u il-liċenzja valida.
Il-persuna konċernata tista’ tagħmel appuntament mad-Direttur tal-Liċenzji u t-Testjar biex jiġi spjegat akter fil-profond il-każ tiegħu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?
Jista' l-Prim Ministru jgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tiegħu bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għalkemm żmien?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28018 u jagħti l-lista ta' membri fuq bordijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra peress li ċertu kumitati għadhom ma ġewx ippublikati fil-gazzetta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28023 u jgħid x'inhi l-policy tal-Malta Resources Authority dwar energy from waste? Jista' jpoġġi kopja ta' din il-policy fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-Energy from Waste hija inkluża fl-Energy Policy u fir-Renewable Energy Policy ta’ Malta. Dawn id-dokumenti qegħdin fuq il-website tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi.
L-Energy Policy tirreferi għall-Working Group on Waste to Energy. Dan il-grupp jirraporta lill-Ministeru tal-Affarijiet Rurali u Ambjent li l-Onor Interpellant jista’ jirreferi d-domanda lilu.
Kopja ta’ din il-policy qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-issue tas-sit għal Royal Malta Yacht Club fuq Manoel Island ġietx riżolta? Jekk fl-affermattiv jista' jpoġġi kopja tal-ftehim fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-issue ta’ sit fejn hemm Royal Malta Yacht Club illum ġiet riżolta. Dan is-sit sejjer jgħaddi għand il-MIDI, u r- Royal Malta Yacht Club sejjer jiġi allokat sit fuq żona oħra f’Manoel Island. L-agreements qegħdin jiġu iffinalizzati f’dawn il-ġimgħat.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28028 u jgħid x'persentaġġ ta' xogħol fuq il-bridge ta' Manuel Dimech hu stmat li tlesta sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill Onorevoli Nterpellant li huwa stmat illi madwar ħamsin fil-mija (50%) tax-xogħlijiet fuq il-pont Manwel Dimech Bridge huma kompluti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' flood relief Qormi-Marsa tlestiex kollu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-proġett kif ippreparat mit-Taqsima tas-Servizzi fi ħdan il-Ministeru hu lest ħlief għal-bridge li qed jaqsam Aldo Moro u cioe' li jgħaqqad il-kanal li ġej minn Triq Manwel Dimech sa ħdejn il-Marsa Sports Club. Din il-parti ser tiġi integrata fi tfassil ta' toroq u junctions ġodda li qed isiru mill-ADT. Sadanitant, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent qed isir storm water Masterplan for the Maltese Islands li għandu jindirizza proposti kif dan jiġi inkorporat fis-sistema kollha tal-ġbir ta' l-ilma tax-xita inkluż re-use ta' run-off water tal-gżejjer Maltin.
Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Trasferiment ta' persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid huwiex possibbli li persuna li taħdem ta' Senior Tradesman (carpenter) fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni tiġi trasferita għal Workshop Technician fl-istess dipartiment, liema karigi ġejt infurmat li huma t-tnejn scale 14?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għalkemm Senior Tradesman u Senior Technician huma t-tnejn fi Skala14, il-career progression hija differenti u li l-vakanzi fil-gradi ta' Tradesman kif ukoll Technician jimtlew wara sejħa għall-applikazzjoni għall-post rispettiv u mhux sejħa waħda komuni.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W416, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa hekk kien kien mitlub fl-imsemmija mistoqsija? Jista' jagħti din l-informazzjoni maqsuma skond in-nefqa separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi għal-Mistoqsija Parlamentari W416 fejn nippreċiża li ma ntalbitx in-nefqa totali.
Ninsab infurmat li l-ispejjeż totali għall-attivita' li kienet tinvolvi lil Mro. Muti u l-orkestra tiegħu, kantanti solisti u kor kienet tammonta għal Lm105,740 maqsumin kif ġej:
LM
Riccardo Muti
34,386.00
Advertising Expenses
7,000.00
Pier Andrea Veneziani-Choir
7,487.00
Luigi Cherubini Youth Orchestra
31,532.13
Ioannis Bolaendros
2,580.80
Monica Bacelli
4,300.00
Laura Pasqualetti
431.80
Nicola Alaimo
2,151.00
Laura Giordano
2,580.80
Gabriele Spina
517.76
Mario Cassi
2,151.00
Barbara Frittoli
6,449.00
Spejjez oħra
4,172.77
Total
105,740.06