Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi reġistrati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27951 u 28116 u jgħid x'kien in-numru ta' vetturi ġodda reġistrati fis-snin 2003,2004, 2005, 2006, 2007 (sal-lum) kull kategorija separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informażżjoni mitluba relatata man-numru ta' vetturi ġodda reġistrati fis-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007 (sa Ġunju) skond il-katagoriji tal-vetturi.

Invalidity pension

Question

Tista l-Ministru tgħid jekk l-Lm1.50 zieda għall-għoli tal-ħajja għas-sena 2008 hiex se tingħata sħiħa wkoll lil dawk li jgħixu bl-invalidity pension jew b'xi pensjoni oħra apparti dik ta' l-irtirar u kontributorja? Tista' tagħti l-lista sħiħa ta' dawk li jgħixu bil-pensjoni ta' xi tip u li se jibbenefikaw minn din iż-żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nikkonferma li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja għas-sena d-dieħla ser tingħata sħiħa lill-dawk kollha li jirċievu pensjoni taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, kemm jekk din il-pensjoni hi kontributorja u kemm le. Dawn jinkludu benefiċjari ta’ pensjoni għall-Irtirar, għall-Invalidita’, għar-Romol, ta’ l-Eta’, tad-Diżabilita’ u tal-Wens.
Leg 10 PQ #28688 Sitting 584 2007-11-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Decompression chamber — Tabib

Question

Tista l-Ministru tgħid kemm saru sejħiet għall-applikazzjonijiet għal tabib għad-decompression chamber u meta saru dawn is-sejħiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm zewg applikazzjonijiet ghal tabib ghad-decompression chamber. Dawn gew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta' Lulju u ta' l-4 ta' Setterbru 2007.

Monte di Pieta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif il-Monte di Pieta' meta x-xogħol kważi spiċċa kollu, hemm wieħed li għadu jagħmel l-overtime kuljum? Dan qed jitħallas tiegħu jew qed iżomm il-mażżri ta' xi ħadd f'idejh u ma jistgħux ikellmuh? Jew qed ipatti għal ħin ta' filgħodu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Spezzjoni fuq fond

Question

Tista' l-Ministru tara jekk tistax issir inspection tal-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, billi allegatament għandhom ħsara strutturali fis-saqaf tal-gallerija li tista' tkun ta' periklu għall-inkwilini?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ghaddejt it-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jinvestiga u jiehu l-azzjoni mehtiega

Vouchers għal tnaqqis mis-surcharge

Question

Tista' l-Ministru tara x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ngħatat l-ebda sodisfazzjon ta' x'inhi r-raġuni għaliex ma rċevietx il-voucherssabiex jagħmlu tajjeb għas-surcharge, għad li din kienet tikkwalifika għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha jew iċċempel SPIC fuq numru tat-telephone 159 biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Rabat — Triq Gorg Borg Olivier

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jirrakkmanda li jsiru traffic calming measures fi Triq Borg Olivier, Rabat anke permezz ta' infurzur strett, low speed limit f'din it-triq? Diversi persuni sofrew ġrieħi f'din it-triq minħabba sewqan traskurat.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta kif ġej: · It-taqsima ma rċeviet l-ebda talba mill-Kunsill Lokali għal traffic calming fi Triq Ġorg Borg Olivier · It-taqsima kienet rċeviet talba għal speed camera fi Triq Ġorg Borg Olivier mill-Kunsill Lokali Rabat u din it-talba ġiet mgħoddija lill- Local Enforcment Committee. It-taqsima kienet rċeviet talba mill-pubbliku għal speed camera u din ġiet mgħoddija lill-Kunsill Lokali. Il-mizuri li gejjien tal-immaniggjar tat-traffiku li kienu mitlubin mill-kunsill lokali u li l-ADT kienet qablet maghhom, kienu gew konpluti bl-installazzjoni tas-sinjali neccesarji: Triq Borg Olivier mis-Saqqajja sa "junction" ma Triq College: "No entry for Heavy Vehicles" minbarra meta jghatu serviżż u għat trasport pubbliku biss. Minn Triq Borg Olivier "junction" ma' Triq College lejn Dingli: "No entry for Heavy Vehicles" minbarra biex jgħatu serviżż u għall-karozzi tal-linja biss. Triq Borg Olivier minn Dingli għas-Saqqajja: "No entry for Heavy Vehicles" minbarra biex jgħatu serviżż u għall-karożżi tal-linja biss. Hemm sinjali li juru li ma hemmx aċċess għall-"heavy vehicles" minn Triq Borg Olivier, ġo Triq Nikol Sawra, Saqqajja Hill, Triq ll-Buskett, Triq Hal-Tartani, Mtarfa roundabout and Ta' Srina roundabout. Is-sinjali ta' hawn fuq kienu intenżjonati li jwaqffu "heavy vehicles" milli jaddu minn Triq Gorg Borg Olivier u jidderuġuhom minn Mtarfa Bypass. Dan l-aħħar kien hemm anki talba for "extensive patching" għall Saqqajja Hill li kienet tlestit reċentament.

Arloġġ tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28469 u 28635 u jara li l-arloġġ tad-dawl ta' anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jinbidel għax mid-dehra għandu xi ħsara? Jista' jiġi nformat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-meter u s-service cable ġew mibdula il-ġimgħa li għaddiet.

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hijiex prassi li għar-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija ma jintgħażlux applikanti li jkollhom tpinġija jew tattoos fuq partijiet ta' ġisimhom? Jista' jgħid jekk fil-fatt fil-Korp tal-Pulizija hemmx uffiċjali li daħlu fil-Korp bit-tattoos?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi applikanti li jkollhom tatwaġġi fuq persunithom mhux eskluż li jidħlu membri fil-Korp tal-Pulizija. Iżda l-policy prevalenti fuq dawn it-tatwaġġi hija li dawn iridu jkunu ta' ċertu qis u mpinġija f'postijiet tal-ġisem li jistgħu jiġu faċilment mgħottija meta wieħed jilbes id-diversi uniformijiet jew clothing issues tal-Korp, inkluż t-shirt u shorts, b'mod li l-ebda parti tat-tatwaġġ m'għandha tkun tidher. Infurmat ukoll li applikanti li kienu jissodisfaw il-policy hawn fuq imsemmija tħallew jidħlu fir-reklutaġġ.

Tilqim ta' l-influwenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw tilqim ta' l-influwenza staġjonali s-sena li għaddiet? Kemm kien hemm tilqim li kellu jew se jkollu jintrema' minħabba li ma ntuzawx? Kemm hu l-valur tat-tilqim li ntrema' jew se jkollu jintrema'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li abbażi ta' l-ammont ta' tilqim li ngħata fis-sena 2005, fis-sena 2006 inxtraw110,000 tilqima ta' l-influenza, u li minnhom ma ntużawx 40,000. Il-prezz ta' kull tilqima kien ta' 3.90ewro (Lm1.67).

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa bejn l-1 ta' Mejju, 2007 u llum fuq billboards, riklami, booklets, programmi fuq it-televiżjoni eċċ b'riferenza diretta u ndiretta għall-isptar Mater Dei? Kemm kienet in-nefqa s'issa u kemm għad irid jitħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Applikazzjoni

Question

B'referenza għall-applikazzjoni nru PA 05324/07 mill-ADT lill-MEPA, jista' l-Ministru jwaqqaf tali applikazzjoni minnufih għan-nom tar-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-applikażżjoni PA 05324/07 tinkwadra l-proposti għat-tregija tat-traffiku u l-bini ta' toroq ġodda fil-peninsula ta' Tigne. Għalhekk wieħed jista iqisha bħala li tgħaqqad numru ta' proposti li l-implementażżjoni tagħhom issir f'diversi laqqiet. L-Awtorita' tibqa impenjata li tirfna l-iskema anki waqt l-implementażżjoni jekk jirriżultalha li dan ikun fl-aħjar interess tar-residenti, visitaturi u l-kommunita kummerċjali.

Gzira — Luqa Briffa Street

Question

Għalkemm il-WSC għarrfet lir-residenti li x-xogħol meħtieġ kien sar, għadni kif ġejt infurmat li l-waste water li kien hemm f'Luqa Briffa Street, Gzira quddiem Marands Court wara l-Gzira Pumping Station għadu jinġemgħa. Peress li din il-manhole għadha xorta waħda tiġi rrappurtata li jkollha overflowing spiss u ġieli ċediet bil-maltemp, jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi rimedjat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid minn ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Uffiċjali li rriżenjaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Impjegati 'l fuq minn 61 sena

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Direct Orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.