Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Universita' ta' Malta għandix rabta ma' Gian Pietro Caliari li jgħid li huwa Professur ta' l-istess Universita' (Ref: http://www.gianpietrocaliari.eu/?page_id=2)
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27890 jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu l-oġġetti li nqabdu f'kull każ u x'passi ttieħdu mill-pulizija f'kull każ? Jista' jgħid kemm-il każ ittella' l-Qorti b'arrest u kemm-il każ itella' l-Qorti bi proċedura oħra? Jista' jgħid f'kemm-il każ l-persuna/i involuta/i nżammet/nzammu taħt arrest għall-interrogatorju mill-Pulizija u għal kemm-il siegħa nżammu taħt arrest? Jista' jgħid kemm għadda żmien bejn l-akkadut fl-ajruport u l-apparizzjoni fil-Qorti f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm tlett każijiet fejn l-oġġetti li nqabdu kienu armi tan-nar u munizzjon u każ ieħor fejn l-oġġetti kienu logħob tan-nar. Fl-ewwel tlett każijiet il-pulizija ressqet il-qorti b'arrest, filwaqt li fl-aħħar każ il-persuna giet imressqa b'ċitazzjoni. Peress li fl-ewwel tlett każi il-persuni tressqu b'arrest, dan sar fi ftit siegħat, filwaqt li fl-aħħar każ iċ-ċitazzjoni kienet għal ftit xhur wara.
B'referenza għall-applikazzjoni mal-MEPA PA01947/02 approvata fl-1 ta' Frar ta' din is-sena, jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28534 u jagħti indikazzjoni ta' meta hu ppjanat li jiċċaqlaq is-sit tal-ħazna tal-Gas fis-sit propost f'Bengħajsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-iżvillup propost li għalieħ ħareġ l-''Outline Development Permit'' 01947/02 huwa ppjanat li jsir mill ''operator'' li jintgħażel biex jingħata il-konċessjoni biex imexxi it-taqsima tal-Gas tal-Korporazzjoni Enemalta, liema sejħa u proċess qed jitmexxa mill-''Privatisation Unit''.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlet flus l-Enemalta, xahar b'xahar, mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma bejn Marzu 2007 u Settembru 2007? Jista' jaqsam d-dħul mis-surcharge bejn dak mill-konsum domestiku u dak mill-konsum kummerċjali/industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Għaliex wara sena li dam biex tlesta bus shelterfi Triq iz-Zejtun ( quddiem Sonren Pharmacy) Tarxien MEPA Permit 04089/05, l-karozzi tal-linja lejn u miz-Zejtun qed jgħaddu minn Triq il-Knisja, f'liema triq m'hemmx bus stops jew shelters. Jista' dan ix-shelter jiġi żarmat u jintrama fi Triq il-Knisja? Nies li jużaw il-buses m'għandhomx post stabilit fejn jirkbu, xemx u xita. Fil-bidu tal-ġurnata jinħoloq kaos għaliex il-buses jiefqu f'nofs Triq il-Knisja (double parking) biex il-passiġġieri jirkbu b'periklu kbir u t-traffiku jitwaqqaf. Ix-xogħol inutli li sar fuq dan il-bus shelter hu ta' kwalita' jew ta' periklu meta tara display board kbira tal-ħġieġ wieqfa fuq biċċa njama għaliex il-concrete ma tpoġġix sew? Saru inspections wara li sar dan ix-xogħol?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27704 u r-risposta mogħtija, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28372 u 28615 u jgħid kif intnefqu Lm136,262,989.62 li Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea? F'liema proġett ntnefqu dawn il-flus?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-fondi li rċevejna mill-UE li huma Lm136,262,989.86; (Lm112,156,521.20 huma Lump Sum and Budgetary Compensations u Lm6,311,854.65 huma advance payments) filwaqt li l-bilanċ ta’ Lm17,794,614.01 huma relatati mal-proġetti li qegħdin fit-tabelli annessi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm persuni jew familji ġew eżenti mis-surcharge fuq dawl u ilma? Kemm hu l-ammont li vvota l-Gvern għal din l-public obbligation?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li hemm 28,186 familja li gawdew mill-benefiċċju għall-energija. L-ammont li ġie vvutat għal din il-miżura għal din is-sena kien Lm3.3 miljuni.
Jista' l-Ministru jgħid kif tqassmu l-inċentivi mill-Malta Enterprise Corporation matul din is-sena? Kemm kien l-ammont ta' dawn l-inċentivi? Liema kienu l-kumpaniji li rċevewhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent l-informazzjoni dwar karozzi mikrija/leased fid-dekasteru tiegħi, għajr għal dawk li nkrew għal perijodu qasir, hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W423 u jgħid matul is-sena li ninsabu fiha kemm inbnew laboratorji tax-xjenzi, tat-teknoloġija u tal-lingwi? Fejn inbnew dawn il-laboratorji u kemm ġew jiswew?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif li laħaq wasal fl-uffiċju ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tagħrif dwar il-laboratorji tax-Xjenza u tal-Lingwi għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari W421 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-master plan tal-Campus ta' l-MCAST? Meta saret l-applikazzjoni mal-MEPA? Jista' jgħid ukoll kif saret l-istima ta' Lm50 miljun u fhiex tikkonsisti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikazzjoni ta' l-Outline Development Permit mall-MEPA saret fl-10 ta' Awissu 2007.
Dwar il-kopja tal-Master Plan tal-Campus ta' l-MCAST nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 26521.
Informat ukoll li l-akbar spiza se tkun għall-izvilupp tal-Kampus kif ġie indikat minn Mangion and Mangion. Informat ukoll li spiza addizzjonali tinkludi l-ispejjez professjonali, il-permessi, il-makkinarju, l-għamara, l-istrutturi temporanji, il-mobilization u l-migration.