Legislature:
Category:
Reset
Active:

WSC

Question

B'riferenza għall-produzzjoni ta' l-ilma mill-WSC jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28291 u jgħid x'inhu l-prezz attwali għal kull unit prodott? Kemm jiġi jqum kull unit ta' l-ilma lill-WSC meta jitwassal għand il-konsumatur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Extension tal-main tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28333 u jgħid x'inhu t-tul ta' l-extension tal-main tad-drenaġġ li saru f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, inkluż il-lokalita' fejn sar ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Laboratory Equipment

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28354 u jgħid x'sar mil-laboratory equipment li kellu d-dipartiment tat-toroq? Il-laboratorju fi ħdan in-Network Infrustructure Directorate qiegħed jitħaddem?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li parti minn dan it-tagħmir qed jintuża mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta biex permezz tiegħu jsiru field tests. Qed isiru diskussjonijiet bejn l-ADT u l-Università ta’ Malta biex din tibda tagħmel użu wkoll minn dan it-tagħmir biex tipprovdi faċilitajiet ta’ ttestjar addizzjonali lill-Awtorità filwaqt li fl-istess hin titħarreġ lill-istudenti fil-proċeduri ta’ ittestjar.

Mtarfa Bypass

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-krakjaturi li hemm fil-parti l-ġdida u l-qadima tal-Mtarfa bypass?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ADT qed tagħmel l-investigażżjonijiet meħtieġa u qed isir pjan ta' manteniment tal-wiċċ tat-triq.
Leg 10 PQ #28696 Sitting 585 2007-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Visas

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex ma nitilfux turisti minn pajjiżi bħar-Russja, l-Ukranja u s-Serbja peress li aġenti ta' l-ivvjaġġar qed jilmentaw li se jonqsu drastikament turisti minn dawk l-pajjiżi għax, per eżempju, qed jgħidulhom li mill-ambaxxata ta' Moska se joħorġu 25 visas kuljum biss, u l-Ukrajna qed isibu xi diffikultajiet mill-Ambaxxata Awstrijaka?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Laqgħa fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien ir-rapprezentant tad-Dipartiment tas-Sajd li attenda għal laqgħa dwar il-miżuri tal-pixxispad li saret nhar is-17 ta' Ottubru 2007 fi Brussell? X'miżuri ġew proposti min-naħa Maltija sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet tas-sajjieda Maltin u Għawdxin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-laqgħa tas-17 ta’ Ottubru kienet laqgħa bejn il-Kummissjoni Ewropea u s-settur, u għaldaqstant ma jattendix rappreżentant tat-Taqsima ta’ l-Affarijiet Veterinarji u s-Sajd.

Laqgħa dwar il-pixxispad

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex fil-laqgħa ta' 17 ta' Ottubru, 2007 li saret fi Brussel dwar The management measures for swordfish ġiet mistiedna l-Għaqda Koperattiva tas-Sajd biss?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li uffiċjal mit-Taqsima għall-Affarijiet Veterinarji u s-Sajd kienet bagħtet e-mail liż-żewġ koperattivi, jiġifieri lill-Għaqda Koperattiva tas-Sajd u lill-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd. L-e-mail fuq fishcoop@maltanet.net lill- Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd ma waslitx u meta rat hekk l-uffiċjal ċemplet lis-segretarju tal-koperattiva u ftehmu li tibgħatlu l-istedina fuq l-indirizz e-mail tiegħu personali. Din l-istedina kienet indirizzata lill-koperattiva.

Liceo Mikiel Anton Vassalli

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28568 u jgħid liema klassijiet fil-Liceo Mikiel Anton Vassalli tal-Handaq huma bla għalliema fl-istudji tal-kompjuter? Meta l-istudenti se jingħataw dawn l-għalliema li bħalissa huma nieqsa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn nhar it-Tnejn, 5 ta' Novembru, 2007, l-istudenti li għandhom studji tal-kompjuter fl-iskola sekondarja subien fil-kulleġġ Sant'Injazju għandhom l-għalliema meħtieġa.

Fund For Good Causes

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27278, 27799, 27930, 28058, 28255 u 28584 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji? Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati? Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Dar Malta fi Brussell

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24645 u jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28123, 28412 u 28586 u jgħid kemm hemm organizzazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta u jgħid liema huma dawn l-organizzazzjonijiet kummerċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #28722 Sitting 585 2007-11-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Inċident bejn anzjana u helper

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu wara l-inċident li nqala' nhar it-22 ta' Awissu, 2007 bejn l-anzjana msemmija permezz ta' dettalji li qed jintbagħtu separatament u l-helper assenjata lilha, fejn din ta' l-aħħar sfat attakkata mill-imsemmija anzjana li tbati minn dementia qawwija? Min ħa u qed jieħu r-responsabbilta' li l-imsemmija anzjana tibqa' tgħix għal rasha minflok ma tinġabar f'xi dar ta' l-anzjani?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li hekk kif it-taqsima ħidma soċjali fil-Ministeru għal Għawdex irciviet informazzjoni mingħand il-Part Time Social Assistant ta' l-anzjana konċernata, li hija (il-PTSA) ġiet agredita b'xi mod mill-anzjana, immedjatament il-Kap tas-Sezzjoni tas-Social Work fi hdan il-Ministeru ordna lis-social workers li qed isegwu l-kaz fit-taqsima psikjatrika fl-Isptar mentali f'Ghawdex, sabiex jivverika x'gara. Dak inhar stess, flimkien mat-tabib tal-polyclinic (Victoria) huma ghamlu vista fid-dar tal-anzjana, fejn l-imsemmi tabib iċċertifika li l-anzjana ma kienx jinħtiġiela li tinġabar fl-isptar. Irriċulta wkoll li l-agrediment kien wieħed ta' natura ħafifa, tant li l-helper baqgħet sallum tagħti servizz lil din l-anzjana li minn naħa tagħha hi kuntenta ħafna b'dan is-servizz. Dwar min ħa u qed jieħu r-responsabbilta' li l-imsemmija anzjana tibqa' tgħix fil-kommunita', din hija deċiżjoni li tittieħed mill-multi disciplinary team ta' l-isptar mentali kull darba li l-anzjana tattendi b'mod regolari għall-appuntamenti tagħha fl-outpatients għall-assessment.

Vetturi li jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija t-taxxa ta' reġistrazzjoni fuq vetturi li jaħdmu bl-elettriku u l-batterija (Electric cars)?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li r-rati ta’ taxxa fuq reġistrazzjoni huma : Battery driven electric cars 0 % Petrol/Diesel electric hybrid cars 16.5 %

Mdina Road

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27463, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra kopja tal-pjanti u site plan ta' fejn ġejjin dawn it-traffic lights fi Triq l-Imdina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-pjanti u site plan ta' fejn ġejjin dawn it-traffic lights fi Triq l-Imdina.

Zabbar — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-dipartiment konċernat qed jagħmel komunikazzjoni ġdida tad-drenaġġ fit-triq li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separament u r-residenti qed jintalbu biex iħallsu għall-ispejjeż tax-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fi Sqaq il-Fatħa, Żabbar ser isir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma mal-grupp li jmiss ta’ kuntratti ta’ estensjonijiet tad-drenaġġ. Hu ppjanat li dawn il-kuntratti jingħataw sa l-aħħar ta’ Jannar 2008.Il-KSI ma talbet l-ebda ħlas għal dan ix-xogħol.

Fidi ta' ċens

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Uffiċċju Konġunt milli jagħmel il-kuntratt ta' fidi ta' ċens lill-persuna mir-Rabat, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proċess tal-fidi taċ-ċens fuq il-fond in kwistjoni jinsab fi stat avvanzat. Fil-fatt l-Uffiċċju Konġunt se jieħu passi biex issir pjanta tal-proprjeta' bl-iskop li din tiġi reġistrata fir-Reġistru tal-Artijiet biex wara jkun jista' jsir il-kuntratt tal-fidi.

Fidi ta' ċens

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Uffiċċju Konġunt biex jinfeda ċ-ċens ta' persuna minn Wied il-Għajn, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna in kwistjoni applikat biex tifdi ċens f'Mejju tas-sena 2007. Peress li l-Uffiċċju Konġunt għadu qiegħed jipproċessa mijiet ta' applikazzjonijiet li rċieva qabel Mejju 2007, l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata fiż-żmien opportun.

Cekk tar-relief

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna minn Bormla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma rċevietx c-cekk tar-relief?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna indikata li tmur l-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali tal-lokalita' tagħha, jew iċċempel SPIC fuq numru tat-telephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Ħlas ta' kera

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni fil-każ umanitarju tar-resident, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minħabba li għandu bosta problemi finanzjarji u għalhekk ma jistax iħallas l-kera tal-posta li jabita fih u li hi dovuta lill-Uffiċċju Konġunt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna fil-kwistjoni għandu ammont sostanzjali ta' arretrati ta' kera li ma tħallsux. Għalkemm huwa ffirma ftehim mal-Uffiċċju Konġunt sabiex iħallas ammont raġonevoli kull tlett xhur il-kerrej ma żammx ma dan il-ftehim.