Tista' l-Ministru tgħid għal kemm ġranet sick fuq full pay u half pay huma ntitolati l-ħaddiema tal-gvern? Tista' tgħid jekk jgħoddx l-istess għall-ħaddiema li huma pensjonabbli (daħlu qabel 1979)? X'jiġri meta persuna tkun marida għal perijodu twil ta' madwar 3 u 4 xhur u għalxiex tkun intitolata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tieghu lill-Prim Ministru bhala l-Ministru responsabbli mis-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Air Traffic Services Ltd mill-formazzjoni tagħhom sal-lum? Meta u kif saret is-sejħa għal kull impjieg? Kemm applikaw f'kull każ, u kif saret l-għażla finali? jista' jgħid fejn kien l-impjieg preċedenti ta' dawk magħżula?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26143.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W426 u jgħid min huma l-persuni li ġew magħżula biex ikunu ż-żewġ Direturi Ġenerali? Kemm applikaw nies u min kienu? Minn min kie magħmul il-board ta' l-għażla? Jista' jgħid kemm se jkun il-ħlas u l-benefiċċji tagħhom bħala Diretturi Ġenerali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proċess għall-ħatra ta' Direttur Ġenerali fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi (DSE) u ta' Direttur Ġenerali fid-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni (DKSE) għadu mhux konkluz u għaldaqstant it-tagħrif rilevanti jingħata fi stadju ulterjuri.
Għall-kariga ta' DSE applikaw disa’ persuni, waqt li għad-DKSE, applikaw tmienja. Qed nagħti l-ismijiet ta’ l-applikanti billi npoġġi l-lista fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Board ta’ l-Għażla kien magħmul minn dawn il-persuni:
- Is-Sur Frans Borg, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol bħala Chairperson ;
- Is-Sur Joe Ebejer, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, Membru ;
- Is-Sur Paul Attard, President tal-Board tal-Gvernaturi ta’ l-MCAST, Membru ;
- Dr Valerie Sollars, Dekan tal-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni fl-Universita’ ta’ Malta, Membru u
- Is-Sur Joe Tong, Direttur għas-Servizzi Korporattivi fil-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Kommunikazzjoni, Membru, bħala rappreżentant tal-Management and Personnel Office.
Il-ħlas u l-benefiċċji ta’ dawn iż-żewġ karigi ikunu magħrufa darba jsiru l-kuntratti ta' ingaġġ relattiv.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W427 u jgħid jekk l-istudenti intalbux iħallsu għal ġagaga u n-nuċċali li jintuża waqt is-suġġetti tax-xjenza fl-iskejjel sekondarji u fil-Junior Lyceums?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-biċċa l-kbira ta' l-iskejjel l-istudenti ma ntalbu jixtru xejn. F'ċerti skejjel oħra l-istudenti ntalbu jixtru l-ġagaga jew in-nuċċali biex kulħadd ikollu waħda personali minħabba iġene.
Peress li rċevejt ilmenti minn ġenituri li wliedhom imorru l-iskola primarja ta' Lija/Balzan dwar il-fatt li l-iskola tiftaħ biss fit-8.20 ta' filgħodu biex jiddaħħlu t-fal, jista' l-Ministru jara li l-iskola tinfetaħ aktar kmieni biex it-tfal ma jibqgħux barra fi triq pubblika bil-perikli kollha li hemm?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex waqt il-ħinijiet ta' dħul u ħruġ mit-tfal mill-iskola primarja Lija/Balzan fi Triq Robert Mifsud Bonnici xorta jitħallew igħaddu karozzi tal-linja minkejja li din it-triq suppost tkun magħluqa għat-traffiku u jkun hemm warden preżenti? Jista'jgħid ukoll għaliex vetturi tal-ġenituri jitħallew jipparkjaw quddiem l-iskola u ġieli anke double parking u dan ukoll huwa ta' periklu għat-tfal?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li qed ikun hemm preżenza ta' Gwardjan Lokali mgħejjun mill-Pulizija tad-distrett u tat-Traffiku fil-post imsemmi fil-ħinijiet meta t-tfal jibdew u jispiċċaw l-iskola. L'imsemmija karozzi tal-linja huma privates u mini-buses li jitħallew quddiem l-iskola sabiex it-tfal ma jitħallewx jiġru fit-triq biex isibu t-trasport. It-traffiku ġeneralment huwa osservat li jkun taħt kontroll.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saru spezzjonijiet fl-iskejjel ta' l-istat, tal-Knisja u tal-privat f'din is-sena skolastika biex jiġi zgurat li mit-tuck shops/canteensta' l-iskejjel qed jinbiegħu biss ikel u xorb li jgħin is-saħħa tat-tfal? F'kemm-il skola sar dawn l-ispezzjonijiet? Instabu xi rregolaritajiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Healthy Eating Lifestyle Plan (HELP) ġiet introdotta din is-sena u skond il-pjan imfassal fiha, l-iskejjel iridu jibdew jikkonformaw magħha minn Jannar 2008.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28211, jista' jagħti breakdown ta' kif intnefqu Lm30,000 fuq manutenzjoni rikkorenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk:
Repairs and Maintenance work
Lm
Construction works & plastering works
765.23
Repair of depilated and steel reinforcement for the concrete columns
16831.96
Laying of concrete screed over ramp in diving pool
8032.50
Floodlighting maintenance
617.68
Repairs and Maintenance to scoreboard
2265.83
Paints
1486.80
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28343 u jgħid x'se jsir mill-pont tal-Mistra li hu fi stat perikoluż?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-Adt qed isegwi il-ħsarat fl-imsemmi pont sabiex jistabillixxi l-aħjar mod kif dawn għandhom jkunu rranġati. Sa issa ma hemmx periklu imminenti għat-traġitt tat-traffiku fuq dan il-pont.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd ma ġietx mistiedna għal laqgħa dwar l-immaniġjar u l-miżuri għall-pixxispad li saret fi Brussell nhar is-17 ta' Ottubru, 2007 meta 95% tas-sajjieda tal-pixxispad lokali huma membri tagħha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 28709.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28614, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetitivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jispjega l-fatt li minkejja t-temporary state aid li kellu jaħseb li jpaċi d-differenza fuq il-prezz tal-laħam aħmar/bee,f wara sħubija fl-UE għola bi aktar minn Lm5.25c fil-kilo għal dak li huwa tenderloin/fillet? Għaliex il-gvern tal-Prim Ministru daħak bil-poplu dwar din il-kwestjoni ukoll?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Skond it-Trattat ta' Sħubija, Malta nnegozjat skema li permezz tagħha jingħata sussidju fil-limitu tas-ceiling finanzjarju ndikat fit-Trattat għal numru ta' prodotti, inkluż il-laħam aħmar, li qabel is-sħubija kellhom export refund jew kienu impurtati minn pajjiżi terzi mingħajr dazji. Huwa dan li kien negozjat u mfisser. Irrid inżid ukoll li kull ċaqliq fil-prezzijiet jew żviluppi fis-suq taċ-ċanga ma jista' qatt jiġi ndirizzat mit-Temporary State Aid u għalhekk l-akkuża li dan il-Gvern daħaq bil-poplu hija bla bażi.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux qed jasal l-ilma minn Wied il-Qlejgħa fil-ġibjuni tal-Kmand fejn hemm il-micpropragation? Meta se jittieħdu passi biex jissewwew il-ħsarat li qed jiżvijaw l-ilma naturali milli jasal f'dawn l-imħażen ta' l-ilma naturali?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28638 u jgħid għaliex il-proġett ta' bar coding baqa' ma tħaddimx sal-ġurnata tal-lum? Min kienu l-uffiċjali repsonsabbli biex jiffinalizzaw dan il-proġett meħtieġ tant għat-traceability u l-kontroll tal-prodott li jiddaħħal il-pitkalija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-bar coding project ma ġiex implimentat għax qed tiġi kkunsidrata sistema alternattiva li tintegra l-imwieżen tal-pitkala flimkien mas-sistemi komjuterizzati tal-pitkala individwali u sistemi oħra meħtieġa. B'din is-sistema ikun possibbli li jkun hemm traceability u kontroll tal-prodott li jiddaħħal fil-pitkalija.