Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija 28572 u jgħid kif jista' wieħed jiġġustifika l-fatt li persuni ntitolati għall-mediċina Stalevo għal nies li jbatu bil-Parkinson's Disease qed ikunu nfurmati mill-ispiżerija ta' l-isptar li din il-mediċina, li tiswa madwar Lm30 lil kull persuna fix-xahar (Lm15.06 kull pakkett), qed ikunu out of stock?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Stalevo ġie ntrodott fuq bażi protocol regulated f'Mejju 2007 u għaldaqstant id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern beda jixtri din il-mediċina għall-pazjenti partikolari skond il-protokol stabbilit. Minħabba żieda fin-numru ta' pazjenti ntitolati kien hemm nuqqas temporanju. Fid-29 ta' Ottubru daħlet il-kunsinna ta' Stalevo u din tqassmet l-Ispiżerija tal-Isptar (OPD), Għawdex GGH u l-SVPR l-għada.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27827, 27386, 28161, 28436 u 28566 u jgħid min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni li akkumpanjatu l-Awstralja u min kienu l-ġurnalisti u rappreżentanti tal-media li telgħu miegħu? Huwa minnu li fosthom kien hemm ta' Where's Everybody? X'arranġamenti finanzjarji saru dwar l-akkumpanjament u l-vjaġġi u akkomodazzjoni u ikel tal-ġurnalisti li kellu miegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-membri li ffurmaw parti mid-delegazzjoni fl-Awstralja kienu żewġ uffiċjali mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, 10 rappreżentanti mil-qasam tal-media u produzzjoni viżiva kif indikat fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u uffiċjal tas-Sigurtà.
Fuq vjaġġi u akkomodazzjoni, il-Gvern kopra l-ispejjeż tal-vjaġġ u lukandi filwaqt li l-ikel ġie kopert direttament mir-rappreżentanti tal-media stess sakemm ma kienx hemm xi stediniet partikolari.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27828, 27385, 28160, 28434 u 28565 u jgħid x'kienet in-nefqa totali taż-żjara tiegħu u tad-delegazzjoni fl-Awstralja, inkluż l-passaġġi ta' l-ajru, etc?
Jista' l-Ministru jassigura li l-problema li ilha minn 1991 fi Triq Emmanuele Vitale, r-Rabat Malta u cioe' li l-bankina qegħda 'l isfel mill-livell tat-tarmak tat-triq u dan b'konsegwenza li din is-sitwazzjoni hija ta' periklu kbir għas-sigurta' tar-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li meta jssiru xogħlijiet ta’ bini ta’ toroq dawn issiru skond il-livelli li jiġu maħduma u mogħtija mill-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-messaġġiera fl-isptar li jinsabu fi skala 17, jkunux jistgħu fil-ġejjieni qarib joqogħdu għal xi eżami intern jew interview ħalli javvanzaw fil-grad tagħhom? U jekk fl-affermattiv, jista' jindika meta dan mistenni jsir? U jekk hux ser ikun sempliċi interview jew anke internal exam wkoll?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond il-ftehim mal-Unions tal-1994 persuni fil-grad ta' messaġġier jibdew fi skala ta' salarju nru.18 u jitla għal skala ta' salarju nru. 17 wara ħames snin ta' servizz sodisfaċenti. Il-grad ogħla ta' wara dan huwa dak ta' Senior Messenger li jimtela skond paragrafu 2.2 ta' l-istess ftehim indikat hawn fuq. Il-proċedura biex jimtlew il-postijiet fil-grad ta' Senior Messenger tinbeda mill-Uffiċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux tagħrif dwar kemm hemm ċittadini Maltin jaħdmu f'dawn l-istituzzjonijiet:
Gnus Maqgħuda New York
Gnus Maqgħuda Ginevra
Missjonijiet f'pajjiżi terzi tal-Ġnus Maqgħuda
Fond Monetarju Internazzjonali
UNESCO
OSCE
WTO
OECD (għalkemm napprezza li Malta għadha mhix membri sħiħ sal-lum)?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Minn tagħrif miġbur, iżda dan ma jistax ikun definittiv, jirriżulta li hemm tmintax-il Malti jaħdmu f'istituzzjonijiet barranin maqsumin kif ġej:
Ġnus Magħquda New York 3
Ġnus Magħquda Geneva 2
Missjonijiet f'pajjiżi terzi tal-Ġnus Magħquda 6
Fond Monetarju Internazzjonali 4
UNESCO 2
OSCE 1
WTO xejn
OECD xejn
Ċertu triqat f'Ta' Xbiex għadhom ikunu frekwentati minn nisa għal tlajjar, jista' l-Ministru jinfurmani l-miżuri li ttieħdu biex dawn ir-residenti jkunu jistgħu jgħixu bil-kwiet, f'ambjent normali u jistgħu joħorġu bil-familji tagħhom? Jistgħu jkun hemm rondi minn pulizija minn barra d-distrett u użu tal-mobile police station f'dawn l-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll ta' l-Iskwadra ta' kontra l-vizzji, regolarment jagħmlu spezzjonijiet fl-inħawi msemmija u kull fejn jirriżulta li jkun hemm xi abbuż jittieħdu dawk il-passi kollha skond il-liġi. Infurmat ukoll illi b'riżultat ta' dawn l-ispezzjonijiet matul din is-sena il-pulizija ħarġet 122 akkuża quddiem il-Qorti fuq tlajjar għall-prostituzzjoni fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2007 fl-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu kemm ingħataw promozzjonijiet, x'kienu dawn il-promozzjonijiet u min kienu l-persuni li ngħataw dawn il-promozzjonijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illli matul is-sena 2007, fl-Awtorita’ tat- Turiżmu ingħataw tmien promozzjonijiet biex jimtlew dawn il-pożizzjonijiet:
Financial Controller
Head Research
Head Communications & PR
Divisional Secretary
Segment Manager MICE
Manager Quality Assurance
Manager Legislation, Licensing & Contributions
Manager Tourism Services Providers Development
Jista' l-Ministru jgħid l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu kemm daħħlet nies jaħdmu magħha matul is-sena 2007, f'liema pożizzjonijiet, kemm minnhom full time, kemm part-time u f'kull każ x'kien il-metodu tar-reklutaġġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita’ tat-Turizmu daħħlet għaxra minn nies jaħdmu magħha matul is-sena 2007. Il-pożizzjonijiet li ġew impjegati fihom u l-metodu tar-reklutaġġ kienu kif jidher hawn taħt:
Pozizzjonijiet:
2 Diretturi għall-uffiċini ta' l-MTA barra minn Malta
1
Manager
1
Assistant Manager
6
Executives
Metodu tar- Reklutaġġ:
2 Diretturi għall-ufficini ta' l-MTA barra minn Malta,
Manager, Assistant Manager
u 5
Executives
- Applikaw minn avviż fuq il-gazzetti.
1
Executive
– Applika mill- ETC.
Ir-reklutaġġ ta’ dawn in-nies sar wara li ngħata permess mill - R.R.A.G.
Dawn l-għaxar persuni kollha ġew impjegati fuq bażi
full time.
Tista' l-Ministru tgħidli jekk anzjana armla li toqgħod waħedha f'dar mimlija umdita' u b'saqaf imxaqqaq perikoluż għandhiex bżonn il-kunsens tas-sid biex tapplika ħalli l-gvern jirranġalha l-post fejn toqgħod?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li biex persuna tapplika taħt l-iskema 5 ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, għall-irranġar ta’ djar mikrija mill-privat, l-Awtorita’ ma titlobx il-kunsens tas-sid.
Tista' l-Ministru tivverifika lmenti li qed jasluli ta' spiss minn għadd ta' ġenituri ta' persuni diżabbli li d-disposable nappies li qed jingħatawlhom mill-gvern għax huma ntitolati għalihom huma ta' kwalita' ħażina u mhux qed iservu l-iskop tagħhom? Jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa biex id-disposable nappies ikunu ta' kwalita' tajba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Servizz ta’ l-Inkontinenza, li permezz tiegħu persuni b’diżabilita’ jingħataw disposable nappies, jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tad-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita’.
Għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jivverifika jekk l-armla, li isimha qed jintbagħat separatament li żewġha għamel snin jaħdem fl-Armata hix intitolata għall-pensjoni mill-Armata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li peress li r-raġel li kellha l-armla, li ismu qed jintbagħat separatament, serva għal perjodu ta’ sena u sitt ijiem, l-armla mhix intitolata għall-pensjoni mill-Armata.
Peress li qed ikun hemm diversi lamenteli minn ġenituri ta' studenti li jattendu l-iskola primarja ta' Kerċem minħabba nuqqas ta' purtinara fl-iskola, tista' l-Ministru tispjega għaliex inħolqot din is-sitwazzjoni u x'inhu maħsub li jsir biex tissolva din is-sitwazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-iskola ta' Kerċem kellha żewġ purtinari li wieħed minhom rtira. Wara li ġie allokat ieħor minfloku s-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal.
Minn diversi spezzjonijiet li saru ma jidhirx li għandu jkun hemm lok ta' ilmenti.
Tista' l-Ministru tgħid jekk biex inkera l-container freezer li hemm il-biċċerija ħarġitx tender jew le? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid min tefa' t-tender u l-offerta relattiva u min ħa t-tender?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
RISPOSTA
Jiena nfurmata li l-
container freezer
li hemm il-biċċerija fix-Xewkija nkera permezz ta’
quotations
mid-ditti kif jidhru fl-iskeda ta’ hawn taħt:
Kera kull jum
Trasport minn Malta għal Għawdex u Vice Versa
Anthony Falzon & Sons Ltd
Lm 30
Lm 102 kull vjaġġ
Attrans Ltd
Lm 25.96
Lm 200.60 kull vjaġġ
FAPI Motors Ltd
Lm 18.88
Lm 100.30 kull vjaġġ
L-offerta ngħatat lid-ditta FAPI Motors Ltd li kellha l-orħos offerta.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba kellha titbiddel iċ-ċumnija ta' l-inċineratur tal-biċċerija u meta? Kemm kienet l-ispiża kull darba?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ċ-ċumnija tal-inċeneratur tal-biċċerija nbidlet fis-sena 2005 bi spiża ta' Lm16,470 li tinkludi post combustion chamber u water softing equipment.
Jista' l-Ministru jinfurmani bil-pożizzjoni tal-ħaddiema fil-ITS li huma fuq kuntratt ta' tlett xhur jew iżjed li jiġġedded, jew li m'għandhomx job description? Xi ħsibijiet hemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Gvern qed jieħu l-passi biex il-ħaddiema b'kuntratt fl-ITS ikollhom post fuq bazi indefinita fis-settur pubbliku. Il-ħaddiema konċernati ser jiġu informati bid-dettalji fi zmien qasir.