Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għamlitx hedging agreement għax-xiri taż-żejt li jkopri s-sena l-oħra, din is-sena u s-sena d-dieħla? Jekk iva, kemm jivvaluta li kien f'miljuni ta' liri dak li ffrankat l-Enemalta fuq il-prezz taż-żejt kif inhu llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'wera l-istudju li sar s'issa li rrefera għalih b'risposta għad-domanda parlamentari 27353?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar survey tal-livelli u bħalissa l-ADT qed taħdem fuq proposta sabiex tonqos il-problema tal-ilmijiet f’din it-triq.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24328 u 24443 u jara jekk hux possibbli li fil-pont tal-Mosta ssir xi struttura li żżid is-sigurta' tal-persuna jekk din f'mument ta' dlam tiddeċiedi li tneħħi ħajjitha b'idejha u taqbeż minn fuq il-pont peress li dan il-pont huwa post fejn isiru diversi suwiċidji matul is-sena u struttura bħal din tista' tnaqqas ir-riskju li jintilfu ħajjiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li b’kolloborażżjoni mal-Ministeru tal-Intern qed isiru studji fejn huma l-postijiet bl-izjed inċidenza ta’ disgrażżji msemmija fil-mistoqsija parlamentari. Wieħed wara jista jara xi tkun l-aħjar solużżjoni li tiskoraġġixxi deċiżżjonijiet mgħaġġla ta’ din in-natura. Wieħed jrid jqis ukoll jekk l-istess infiq ta’ flus jkollhomx effett aħjar jekk jintużaw fi proġetti ta’ fejda bħall Counselling ma persuni jew gruppi ta’ nies l-izjed susxetibili. Jekk il-miżuri li evelwalment jittieħdu jirnexxielhom jsalvaw ħajja waħda biss jkun ntlaħaq l-iskop aħħari tagħhom.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28737 jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal il-proċess ta' l-għażla għall-operator tal-ħażna tal-gas li qed tmexxi l-Privatisation Unit?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif kien ġie mħabbar f’Marzu ta' din is-sena l-GASCO kienu ddikjarati bħala il-‘preferred bidder’. In-negozjati ma' dan il-consortium għadhom għaddejjin.
Tista' l-Ministru tikkonsidra li l-pazjenti li jbatu bil-marda kronika tal-Fibromyalgia jingħatalhom id-dritt għal disability card, blue sticker u reserved parking quddiem id-djar tagħhom u kif ukoll il-jedd li jikkwalifikaw għal home helpif ikun meħtieġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-għoti tal-Karta ta’ l-Identita Speċjali mhux marbut ma’ xi mard jew kundizzjoni speċifika iżda din tingħata lill-persuni li għandhom xi forma ta’ diżabilita’. Biex persuna b’diżabilita’ tingħata l-Blue Sticker irid ikollha problemi ta’ mobilita’ skond il-kriterji ndikati fuq il-formola ta’ l-applikazzjoni u fuq il-parir tal-professjonisti tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilita’
Dwar l-għoti tas-servizzi ta’
home help
u
reserved parking
nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li pazjenti li jsofru mill-marda kronika tal-Fibromyalgia, jingħataw id-dritt li jibbenefikaw minn mediċini b'xejn maħruġin fuq il-Kartuna s-Safra? Dan peress li din hija marda kronika li tinvolvi teħid ta' mediċini kontinwu, u ta' spiss minħabba l-istess marda l-pazjent jitlef l-impjieg tiegħu u għaldaqstant ma jkunx jaffordja jixtri l-mediċini li jkollu bżonn? Jista' jikkonsidra li lil dawn il-pazjenti jintbagħtilhom it-trasport ta' l-isptar meta jkollom xi appuntament fid-dipartiment ta' l-out patients?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-suggeriment tal-Onor. Interpellant ser jiġi kunsidrat ma talbiet oħra simili. Trasport lejn l-isptar ma jiġix provdut a bażi ta' dijanjożi.
Tista' l-Ministru tara jekk l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, huwiex qed jirċievi l-pensjoni adegwata? Dan għaliex huwa qed isostni li għadu qed jirċievi pensjoni anqas milli dik dovuta lilu.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-informazzjoni provduta mill-Onor. Interpellant jidher ċar li l-kontribuzzjonijiet, imħallsa sal 1955 mill-persuna ndikata, ma setgħux jitqiesu għall-skop ta’ pensjoni taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, li originarjament ġie fis-seħħ fl-1956. Qabel l-1956 kienu jitħallsu kontribuzzjonijiet taħt il-Workmen’s Compensation Act, liema Att ma kienx jipprovdi għal skema ta’ pensjoni kontributorja.
Jekk din il-persuna għandha xi diffikulta’ oħra dwar il-pensjoni tagħha, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħtiha parir li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali tal-lokalita’ tagħha, jew iċċempel SPIC fuq numru tat-telephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid l-artijiet li kienu maħsuba biex ikunu parti mill-Freeport ġewwa Bengħajsa, Kalafrana limiti ta' Birzebbugia u issa l-Freeport u l-gvern jidhrilhom li m'għadx hemm il-bżonn aktar tagħhom, meta se jiġu rilaxxati u mgħoddija lura lill-persuni konċernati?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika l-artijiet li qed jirreferi għalihom.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-proprjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, humiex proprjeta' tal-gvern jew Joint Office?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond l-arkivji tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern (inklużi dawk tal-Uffiċċju Konġunt) il-proprjetajiet indikati mill-Onorevoli Interpellant m'humiex tal-Gvern.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Servizz ta' l-internet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati tas-settur pubbliku li din is-sena tressqu l-Qorti fuq reati kriminali; f'liema dipartiment/ministeru kienu u l-kariga li kienu jokkupaw, in-natura tar-reat li kienu akkużati bih; jekk ġewx sospiżi jew għadhom fl-impjieg normali tagħhom pendenti l-proċeduri li għaddejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jara li t-talba li saret quddiem id-Dipartiment tat-Taxxi Interni minn persuna mill-Isla, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tkun milqugħha? Jista' jgħid għaliex id-Dipartiment tat-Taxxi Interni għadu ma weġibx għat-talba tagħha?
Jista' l-Prim Ministru jgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tiegħu bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għalkemm żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul iż-żmien imsemmi ma ġewx mikrija/leased l-ebda karozzi għal użu tiegħi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif murija fit-tabella annessa.
Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella annessa.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased l-karozza kull ġurnata? Tista' tgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tagħha bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għalkemm żmien?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma gewx mikrija/leased karozzi għall-użu tiegħi bħala ministru minn Jannar 2007 sal-lum.
Tista' l-Ministru tgħid kemm swiet il-manutenzjoni tal-karozza tagħha bħala Ministru u s-second car separatament minn Jannar 2007 sal-lum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ispiża għall-manutenzjoni tal-karozza tiegħi bħala ministru minn Jannar 2007 sal-lum, kienet ta' Lm233.10. Minn dawn Lm94.57 tħallsu bħala 'routine service'.
Nixtieq ninforma ill-Onor. Interpellant li m'għandix second car.
Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma nxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għall-użu ġenerali fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħti minn Jannar 2007 sal-lum.