Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #28805 Sitting 588 2007-11-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Trasferiment ta' ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux xi trasferimenti ta' ħaddiema minn dipartiment għall-ieħor fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid minn liema dipartiment għal liema dipartiment saru u tagħti d-data u l-grad/xogħol ta' l-impjegat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #28807 Sitting 588 2007-11-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Uffiċjali inkarigat

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser jimtela' l-post ta' l-uffiċċjal inkarigat mis-sezzjoni ta' l-AJAX - Land and Water Section f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-sezzjoni tal-IACS hija amministrata minn Uffiċjal Prinċipali.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Postijiet vakanti

Question

No question text.

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li t-tagħrif għall-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija qed jinġabar, ma nistax nifhem x’utilita` jista jkollha l-kumplament ta’ l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieg sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista` jintuża aħjar, ma nħossx il-ħtiega li tingħata l-kumplament ta’ l-informazzjoni li qed tintalab.
Leg 10 PQ #28810 Sitting 588 2007-11-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Postijiet vakanti

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #28822 Sitting 588 2007-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ħruġ ta' visas

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistqosija parlamentari 28540, jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28659 u jgħid f'kull pajjiż x'arranġamenti meħtieġa qed isiru sabiex ikun iffaċilitat l-ħruġ tal-visas għat-turisti li ġejjin minn pajjiżi bħas-Serbja, Ukrajna, ir-Russja u t-Turkija?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Biex ikun iffaċilitat il-ħruġ tal-visas għat-turisti li ġejjin mis-Serbja, Ukrajna, u t-Turkija, dan qed isir b'arranġamenti kemm ma' l-Italja kif ukoll ma' l-Awtrija. Fil-każ tat-turisti li ġejjin mir-Russja, dawn qed jiġu proċessati mill-Konsolat ta' Malta. Malta għandha Konsulat ġdid f'Moska biex jagħti servizz f'dan ir-rigward.

Benefiċċji soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li l-mara separata, li isimha qed jintbagħat separatament, tingħata l-benefiċċji soċjali li hi ntitolati għalihom u li ilha xhur twal li applikat għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jaghti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Ufficcju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta Socjali tal-lokalita taghha, jew iccempel SPIC fuq numru tat-telephone 159, biex tinghata l-informazzjoni u l-ghajnuna mehtiega.

Benefiċċji soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li l-persuna separata, li isimha qed jintbagħat separatament, tingħata l-assistenza soċjali li hi ntitolata għaliha u li ilha żmien twil tistenna li tingħata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jaghti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Ufficcju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta Socjali tal-lokalita taghha, jew iccempel SPIC fuq numru tat-telephone 159, biex tinghata l-informazzjoni u l-ghajnuna mehtiega.

Gzira — Triq Belvedere

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema persuna diżabbli ngħatat post ta' reserved parking quddiem Rohan Flats fi Triq Belvedere, l-Gżira peress li f'dawk il-flats m'hemmx persuna diżabbli li għandha bżonn dak l-ispazju?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li r-Reserved Parking għal persuni b’disabbilita’ li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ġiet approvata fit-12 ta’ Jannar 2001 fuq rakkomandażżjoni tal-Kummisjoni Nazzjonali Persuni B’Disabbilita’.

Gzira — Open site

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi mill-awtoritajiet konċernati biex jinbena ħajt li jagħlaq l-open site 44, 45 u 46 fi Triq Belvedere, Gżira li qed jimtela' bi skart, siringi u ġrieden b'inkonvenjenza u periklu għall-ġirien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi qed tittieħed azzjoni mill-Pulizija kif meħtieġ skond il-liġi.

Bormla

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa minħabba l-ammont kbir ta' firien li hemm fix-Xatt, Bormla, li qed jagħmlu ħajjet ir-residenti infern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat illi l-ħaddiema mid-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali għamlu trattament għal kontra l-ġrieden, illum 9 ta' Novembru 2007, fl-akkwati msemmija. Din iż-żona ser tibqa' taħt sorveljanza u trattamenti oħra jerġgħu jsiru l-ġimgħa d-dieħla.

Pensjoni tas-servizz

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema tal-gvern li għandhom pensjoni tas-servizz? Tista' taqsamhom skond id-dipartiment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi ghal impjegati tal-Gvern li ghandhom dritt ghall-pensjoni tas-servizz meta jirtiraw, ninsab infurmata li ebda Dipartiment li jaqa taht id-dekasteru tieghi ma jzomm din l-informazzjoni.

Operazzjonijiet ta' kataretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-operazzjonijiet tal-kataretti? Kemm isiru operazzjonijiet fil-ġimgħa (tal-kataretti)? X'inhi l-possibilita li dawn jiżdiedu issa fl-isptar l-ġdid?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-waiting list għal operazzjonijiet tal-kataretti hija ta' 4830. Il-medja ta' operazzjonijiet tal-kataretti fil-ġimgħa hija bejn 25 u 29.

Dar għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għad-dħul fil-home għall-anzjani ta' Bormla? Minn liema lokalita' ġejjin? Minn min hu magħmul il-bord li jiddeċiedi min jidħol f'din il-home? Kull meta jiltaqgħu? Kemm-il każ jaraw kull darba? X'inhu l-kriterju biex l-anzjani jiġu kklasifikati top priority, priority u not urgent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-waiting list għad-dar ta' l-Anzjani Bormla hu ta' 173. L-applikanti huma minn dawn il-lokalitajiet: Birgu, B'Kara, Bormla, Fgura, Floriana, Gudja, Isla, Gżira, Kalkara, Kirkop, M'Scala, Msida, M'Xlokk, Naxxar, Paola, Qormi, Rabat, San Ġwann, Sannat, Siġġiewi, Santa Luċia, Tarxien, Valletta, Żabbar, Żebbuġ, Żejtun, Żurrieq. Il-Bord ta' l-għażla għad-dħul fid-Djar ta' l-Anzjani (inkluża id-Dar ta' Bormla) u San Vinċenz de Paul hu magħmul minn dawn il-membri: Chairman Is-Sur Salvu Sciberras Membri Dr Frank Bartolo, Dr Ronald Fiorentino, is-Sinjura Bernardette Psaila, is-Sinjura Faustina Sammut u s-Sur Remigio Zammit Segretarja Is-Sinjura Jessica Calleja Il-Bord normalment jiltaqa kull ġimgħa. Normalment f'kull sessjoni l-Bord jara madwar 30 applikazzjoni, iżda n-numru jvarja 'l isfel jew 'l fuq skond il-kumplessita' tal-każi. Il-kriterji li l-Bord juża biex jipprioritiżża l-applikazzjonijiet huma dawk mediċi u soċjali u jiġu klassifikati urġenti, għolja u baxxa. F'kaz li l-applikant ma jkollux il-kriterji minimi soċjali u mediċi, l-applikazzjoni tiġi rifjutata.

Immigranti llegali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' immigranti llegali li hawn f'pajjiżna maqsuma skond in-nazzjonalita'? Kemm daħlu minnhom matul is-sena 2007? Jista' jaqsamhom skond l-istatus li għandhom? X'għajnuna tingħata lilhom mill-gvern u entitajiet oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ immigranti irregolari hemm fiċ-ċentri ta’ detenzjoni hu ta’ 1,699 maqsuma skond il-pajjiż kif iddikjaraw mnejn kienu ġejjin, kif elenkat hawn taħt. Minn dawn, fis-sena 2007 daħlu 1,694. AFGHANISTAN 1 MOROCCO 2 ALGERIA 2 MAURITANIA 2 BENIN 6 NIGER 47 BURKINA FASO 29 NIGERIA 142 CHAD 13 PAKISTAN 2 CONGO 6 PALESTINE 6 ERITREA 212 SENEGAL 21 ETHIOPIA 134 SIERRA LEONE 10 GAMBIA 22 SOMALIA 442 GHANA 130 SUDAN 52 GUINEA 19 SYRIA 2 GUINEA BISSAU 7 TANZANIA 1 IRAQ 5 TOGO 57 IVORY COAST 171 TUNISIA 3 LIBERIA 9 UZBEKISTAN 1 LIBYA 7 ZIMBABWE 1 MALI 135 Waqt li jkunu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, l-immigranti irregolari, minnbarra li jingħataw affarijiet basiċi ta’ kulljum, bħal tlett ikliet kulljum, ħwejjeġ ta’ taħt u ta’ fuq, sapun u affarijiet oħra għal iġene personali, sapun biex jaħslu l-ħwejjeġ, u post fejn jorqdu, dawn jingħataw ukoll ktejjeb li jispjegalhom id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom, għajnuna legali waqt l-istadju ta’ l-appell għat-talbiet ta’ status ta’ refuġjat/status umanitarju, telecards kull xaharejn biex iċemplu lill-qrabathom, gazzetti lokali bl-Ingliż ta’ kuljum, aċċess għall-NGOs, kif ukoll blalen tal-football, basketball u volley ball. Dwar l-immigranti irregolari li jinsabu f'ċentri oħra, nitlob lill-Onor Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħlas ta' taxxa żejda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tingħata lura t-taxxa żejda li tħallset mill-kumpanija, li isimha qed jintbagħat separatament, u li għandha tieħu lura s-somma li teċċedi 'l fuq minn Lm5,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.