Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 27568 u 27829 u 27978 u 28119 ċjgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28585.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux qed jasal l-ilma minn Wied il-Qlejgħa fil-ġibjuni tal-Kmand fejn hemm il-micpropragation? Meta se jittieħdu passi biex jissewwew il-ħsarat li qed jiżvijaw l-ilma naturali milli jasal f'dawn l-imħażen ta' l-ilma naturali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-Ministeru ser jinvestiga din il-problema u ha jara kif tista' tkun solvuta.
B'riferenza għal mistosija parlamentari 28284, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-istatistika ta' l-ICT ta' dawn l-aħħar tlett snin u jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li għad m'hemmx riżultat ta' l-eżamijiet li l-istudenti qagħdu għalihom f'Lulju? Meta ser joħroġ ir-rizultat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn is-sena 2004 u s-sena 2006 saru dawn l-ezamijiet ta' l-ECDL:
2004 (Lulju) 1552 studenti x 7 modules 10864 testijiet
2005 (Lulju) 937 student x 3 modules 2811 testijiet
(Novembru) 1037 student x 7 modules 7259 testijiet
2006 (Lulju) 1592 student x 7 modules 11144 testijiet
(Novembru) 1295 student x 7 modules 3885 testijiet
1029 student x 2 modules 2058 testijiet
TOTAL 38021 testijiet
B'referenza għall-ezamijiet ta' Lulju 2007 b'kollox kien hemm total ta' 9213 ezami u issa kollha huma kkoreġuti. Ir-rizultat huwa ppjanat li joħroġ għall-aħħar ta' Novembru.
Informat li għas-sessjonijiet li jmiss, li huma ppjanati għal Lulju li ġej, qed jittieħdu passi biex tibda titħaddem l-'automated testing system' li fost vantaġġi li tħaddan din is-sistema hija li l-kandidati kollha jkunu jafu kif marru ftit tal-ħin wara li jispiċċa l-ezami.
Jista' l-Ministru jgħid xi skala ta' salarji se jkollhom il-Precincts Officers?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għadhom għaddejjin diskussjonijiet mal-Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar l-iskala ta' salarji li se jkollhom il-Precincts Officers.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 28557, peress li kien il-gvern stess li tkellem dwar prezzijiet li kienu għolja wisq u li allura dawk konċernati kienu qed jabbużaw, jaħsibx il-Prim Ministru li din hija rtirata minn dak li kien intqal u allura skuża biex ma jittieħdu l-ebda passi kontra min kien qed jieħu flus aktar milli kien imissu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hu żgur jaf li l-prezzijiet tal-prodotti mpurtati li bihom jinbiegħu f’pajjiżna jiddependi minn ħafna fatturi fosthom il-prezz li bihom jinxtraw mingħand il-manifatturi barranin.
Il-Gvern deherlu li l-prezzijiet ta’ ċertu mediċini fis-suq tagħna kienu għoljin u għalhekk waqqaf Kumitat tal-Mediċini bl-għan li tinstab sistema li biha il-prezzijiet jitbaxxew fejn ikun hemm bżonn. Din is-sistema qed tagħti l-frott tagħha billi fil-biċċa l-kbira tal-każi, l-importaturi lokali qegħdin jagħmlu pressjoni fuq il-manifatturi barranin biex ibaxxulhom il-prezzijiet tal-mediċini mpurtati minnhom għal dak il-medju li bih jinbiegħu f’pajjiżi oħra Ewropej.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-ewwel sena tal-Junior College qed issir lezzjoni waħda biss tat-Technical Design minflokk it-tlett lezzjonijiet li suppost isiru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mhux il-gruppi kkollha ta' l-Intermediate Engineering Drawing and Graphical Communication fil-Junior College qegħdin jingħataw lezzjoni waħda. Fil-kaz tal-gruppi li sal-lum kienu qed jingħataw lezzjoni waħda fil-ġimgħa, dan jirrizulta li l-lecturer li ntagħzlet waqt interviews li saru f'Settembru, ħtieġilha taħdem in-notice fejn kienet impjegata qabel. Jirrizulta li m'illum l-istudenti kollha qegħdin jingħataw il-lezzjonijiet kollha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il serqa ġiet rappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtha matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena? Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ġew irrappurtati żewġ serqiet matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena mill-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu. Dawn kienu; waħda ta’ Lm1.50, (€3.49) mill-Junior Lyceum Skola Sekondarja tas-subien Ninu Cremona u l-oħra ta’ Lm31.86 (€74.21) mid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet rappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena? Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li tul il-perjodu msemmi ġie rrapportat Permanent Traffic Counter misruq minn Triq l-Imġarr, Għawdex, waqt li kienu qed isiru xogħlijiet ta' kostruzzjoni ta' din it-triq. Dan kien propjetà ta' l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u kien stmat li jiswa Lm1,500.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet rappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxa xhur tas-sena? Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi kien hemm serqa waħda, li seħħet fid-Dipartiment tat-Turiżmu u li kienet tammonta għal Lm30.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet rappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena? Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel għaxar xhur ta’ l-2007 fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura ġew irrapurtati għaxar serqiet li b’kollox jammontaw għal Lm1,567.00.0
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il serqa ġiet rappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtha matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena? Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul l-ewwel ghaxar xhur ta' din is-sena gew rappurtati tlett serqiet minn dipartiment u entita li jaqghu taht id-dekasteru tieghi.
Ninsab infurmata wkoll li l-valur totali ta' l-oggetti u flus misruqa kien ta' Lm1,533.
Ma hemm l-ebda talba ta' din in-natura. Hemm talba iżda rigwardanti l-protokoll marbut ma DTA bejn Malta u l-Libja u bħalissa għaddejjin diskusjonijiet bejn iż-żewġ naħat..
Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta ffirmatx u/jew irratifikatx ukoll il-Protocol to the United Nations Convention for the Suppression of Unlawful Acts Against the Safety of Maritime Navigation - SUA? Jekk le, meta mistennija tagħmel dan?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Malta għadha ma ffirmatx il-Protocol to the United Nations Convention for the Suppression of Unlawful Acts Against the Safety of Maritime Navigation - SUA. Din il-materja qed tiġi eżaminata mill-entitajiet relevanti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-net inflow ta' ħaddiema barranin lejn Malta matul is-sena 2006 u 2007 sal-lum? Kemm hawn ħaddiema barranin jaħdmu f'Malta bħalissa? Kemm minnhom ġejjin mill-Unjoni Ewropea? Kemm minnhom ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-net inflow ta' ħaddiema barranin (jigifieri, id-differenza bejn dawk li nghataw permess ta’ xoghol u dawk li ma ġġeddidilhomx il–permess, huma ta' liema nazzjonalita huma) lejn Malta matul is-sena 2006 kien ta’ 3448 u n-net inflow ta’ ħaddiema barranin lejn Malta matul is-sena 2007 sal-lum kien ta’ 3475. In-numru ta’ ħaddiema barranin jaħdmu f'Malta bħalissa huwa ta' 5752 li minnhom 2602 ġejjin mill-Unjoni Ewropea u 3150 ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu work permits fis-snin 2005, 2006 u 2007 sal-lum? Kemm minnhom kienu work permits ġodda u kemm minnhom kienu renewals? Mingħajr ma f'dan l-istadju nidħol fil-merti tal-każ, il-Gvern Malti sal-lum għamel xi studji jew ħejja xi rapporti biex jesplora l-fattibilita' li jdaħħal points based systems għall-barranin simili bħal dawk li qed jissemmew fl-Ingilterra u dawk li jeżistu fl-Awstralja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont ta' permessi tax-xoghol li nhargu fis-snin 2005, 2006 u 2007 sal-lum huma:
-2005 (mill- 1 ta Awissu 2005) 1937 permessi godda u 22 permessi mgedda
-2006 5013 permessi godda u 3191 permessi mgedda
-2007 (sal-lum 8 Novembru 2007) 4817 permessi godda u 2895 permessi mgedda
Fil gimghat li ghaddew, tfasslu proposti ghal bdil fis-sitema ta’ hrug ta’ permessi ta’xoghol u dawn il proposti qed jigu kkunsidrati.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu visas tad-dħul liċ-ċittadini ta' pajjiżi ta' l-Ewropa ta' Lvant mis-sena 2005 sal-lum? Kemm minn dawn irriżultaw li baqgħu hawn wara li skaditilhom il-visa meħtieġa? Kemm minnhom ġew black listed u minn liema pajjiżi huma dawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' visas li nħarġu lill-ċittadini ta' l-Ewropa ta' Lvant, ċioe' Russi w Ukreni mis-sena 2005 kien kif ġej:-
Sena
Ukreni
Russi
2005
2,862
19,634
2006
3,445
21,909
2007
*
4,610
23,809
Infurmat ukoll illi n-numru ta' persuni minn dawn l-istess pajjiżi li tkeċċew wara nstabu li kienu Malta illegalment, u għaldaqstant jeħtieġu permess speċifiku sabiex jerġaw jirritornaw Malta, kien kif ġej:-
Sena
Ukreni
Russi
2005
10
20
2006
10
2
2007
*
9
8
*sas-07.11.07
Jista' l-Ministru jgħid liema minn dawn il-kuntratti ħarġu b’tender :
Konsulenzi dwar –
- E-Mal?
- Conduct Certificate?
- Students Communication Platform portal?
- Comparative Market Research on Benchmarking Analysis for the ICT industry in Malta?
- Provision of a style guide, policheck and glossary for the localization of Microsoft products in the Maltese language?
- E-Health Portal Services Phase II?
- E-Democracy Portal?
- Judiciary Portal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti msemmija, kollha ingħataw b'tender ħlief l-E-Democracy Portal li għadu ma' ħariġx. Dan iżda ser jingħata wkoll b'tender.