Jista` l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant, dwar in-numru ta' sejħiet għall-applikazzjoni maħruġa mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, in-numru ta' applikanti għal kull sejħa, u s-sess u l-eta' tal-persuna magħżula, hi kif tidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha l-kumplament ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar, ma nħossx il-ħtieġa li tingħata l-kumplament ta' l-informazzjoni li qed tintalab.
Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ferm voluminuża u għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28696 u jgħid x'passi se jittieħdu biex ma nitilfux turisti minn pajjiżi bħar-Russja, l-Ukranja u s-Serbja peress li aġenti ta' l-ivvjaġġar qed jilmentaw li se jonqsu drastikament turisti minn dawk l-pajjiżi għax, per eżempju, qed jgħidulhom li mill-ambaxxata ta' Moska se joħorġu 25 visas kuljum biss, u l-Ukrajna qed isibu xi diffikultajiet mill-Ambaxxata Awstrijaka?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba għal-Mistoqsija Parlamentari numru 28822 li ngħatat mill-Ministru ta' l-Affarjiet Barranin.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24645 jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28123, 28412, 28586 u 28717 u jgħid kemm hemm organizzazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta u jgħid liema huma dawn l-organizzazzjonijiet kummerċjali?
Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27278, 27799, 27930, 28058, 28255, 28584 u 28716 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji? Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati? Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?
Jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet li din il-mistoqsija ilha li saret ġimgħat sħaħ u għadha ma ġietx imwieġba?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28740 u jgħid kemm daħħlet flus l-Enemalta, xahar b'xahar, mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma bejn Marzu 2007 u Settembru 2007? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge bejn dak mill-konsum domestiku u dak mill-konsum kummerċjali/industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28724 ċioe': Għalkemm il-WSC għarrfet lir-residenti li x-xogħol meħtieġ kien sar, għadni kif ġejt infurmat li l-waste water li kien hemm f'Luqa Briffa Street, Gzira quddiem Marands Court wara l-Gzira Pumping Station għadu jinġemgħa. Peress li din il-manhole għadha xorta waħda tiġi rrappurtata li jkollha overflowing spiss u ġieli ċediet bil-maltemp, jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi rimedjat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma kienet għamlet tindif estensiv fil-mejn tad-drenaġġ minn Luqa Briffa Street u Triq G. Tua sal–pumping station tal-Gżira biex ikun assigurat li ma jkunx hemm debris fil-katusi.
Kif kien spjegat fit-tweġiba ħhal PQ26729, il-possibilita’ ta’ fawran mill-manhole f’kazi meta tagħmel ħafna xita f’ħin qasir ma tistax tkun eliminata għal kollox. Madankollu, il-Korporazzjoni ser terġa’ tagħmel spezzjoni oħra biex tara hemmx bżonn ta iktar tindif.
Minkejja li t-taqsima tal-consumer complaints unit tal-MFSA hija mifhuma li tagħmel xogħol tajjeb, jista' l-Prim Ministru jara li jkun hemm aktar viġilanza fuq kif ċerti banek kummerċjali li jużaw hard cell tactics meta ibiegħu Wealth Management products speċjalment fejn jidħlu Overseas Funds għaliex spiss niltaqa' ma' nies li ma jkunux konxji ta' riskji u opportunitajiet ta' dak li jkunu deħlin għalih bi flushom stess? Dan minħabba l-kummissjonijiet għolja li huma mifhuma li jaqilgħu uħud minn dawn l-uffiċjali fuq bejgħ ta' prodotti simili. Dan għandu japplika għas-settur tas-servizi finanzjarji kollu kemm hu, mhux biss għal dak bankarju, possibilment billi jkun hemm customer awareness akbar dwar l-implikazzjonijiet tat-teħid ta' dawn id-deċiżjonijeit ta' investiment.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kumpanniji ħadmu riklamar u kampanji ta’ informazzjoni għall-mezzi tax-xandir awdjo-viżivi u stampati għan-nom tal-Ministeru/Segretarjat Parlamentari tiegħu u għan-nom ta’ dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u bejn Jannar u Settembru 2007? Kemm kien il-ħlas involut għal kull biċċa xogħol?
Tista' l-Ministru tgħid min hu ntitolat għall-għajnuna (EU aid) li tingħata ta' ross/għaġin etc?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuni ntitolati għall-għajnuna ndikata mill-Onor. Interpellant huma dawk intitolati għall-għajnuniet, benefiċċji u pensjonijiet mhux kontributorji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28585.
Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27568 u jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28585.
Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27568 u 27829 u jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28585.
Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 27568 u 27829 u 27978 u jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28585.
Tista' l-Ministru tgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, tista' l-Ministru tgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk taf, x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kellha mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex hemm Konsulent tal-Ġinekoloġija li għandu ‘l fuq minn 61 sena. Dan qed jaħdem full-time b’salarju ta’ Lm10,578 fis-sena u huwa ta’ nazzjonalita’ barranija.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tagħha, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Tista' tgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata l-informazzjoni mitluba mill-Onorevli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.