Legislature:
Category:
Reset
Active:

Prepaid top up mobile cards

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-taghrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inporggi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xiri ta' mobile phones

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-taghrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kiri ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Tista' tgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet rappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena? Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ma ġie rrapurtat l-ebda serq f'dawn l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena, la mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu.

Serq minn stabilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28645 u jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet minn stabilimenti kummerċjali matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena, il-Pulizija kellha 201 rapport ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali li seħħew f'Malta u 8 li seħħew f'Għawdex u li fl-istess perijodu il-valur iddikjarat ta' dawn il-każi kien ta' Lm90,093 filwaqt illi d-dettalji ta' matul dawn l-aħħar ħames snin, kienu kif jidher hawn taħt:-

Serq minn fabbriki

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28643 u jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet minn fabbriki matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena, il-Pulizija kellha 27 rapport ta' serq minn fabbriki li seħħew f'Malta u 4 li seħħew f'Għawdex u li fl-istess perijodu il-valur iddikjarat ta' dawn il-każi kien ta' Lm39,525 filwaqt illi d-dettalji ta' matul dawn l-aħħar ħames snin, kienu kif jidher hawn taħt:-

Serq minn lukandi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28644 u jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet minn fabbriki matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena, il-Pulizija kellha 674 rapport ta' serq minn Bars/Hotels li seħħew f'Malta u 8 li seħħew f'Għawdex u li fl-istess perijodu il-valur iddikjarat ta' dawn il-każi kien ta' Lm44,570 filwaqt illi d-dettalji ta' matul dawn l-aħħar ħames snin, kienu kif jidher hawn taħt:-

Serq minn karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28646 u jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet minn karozzi u vetturi matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena, il-Pulizija kellha 1464 rapport ta' serq minn vetturi li seħħew f'Malta u 42 li seħħew f'Għawdex u li fl-istess perijodu il-valur iddikjarat ta' dawn il-każi kien ta' Lm131,385 filwaqt illi d-dettalji ta' matul dawn l-aħħar ħames snin kienu kif jidher hawn taħt:-

Universita' — Vandaliżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu l-awtoritajiet ta' l-Universita' dwar vandaliżmu li sar ġewwa dik li hija magħrufa bħala l-istudent house proprju fejn kien hemm l-uffiċċju ta' l-istudenti demokristjani Maltin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond informazzjoni mingħand il-KSU, li allokat l-uffiċċju msemmi, ma jidhirx li sar xi vandalizmu.
Leg 10 PQ #28781 Sitting 589 2007-11-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Forti Sant'Iermu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-Forti Sant'Iermu anke fid-dawl li l-Akkademja tal-Pulizija se tiċċaqlaq minn hemm? Meta se jibda jsir xi xogħol ta' restawr fih u x'użu se jkollu wara li jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Teatru Rjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern dwar is-sit tat-Teatru Rjal? Meta ser isir ix-xogħol maħsub, jekk inhu l-każ, u kemm huwa maħsub li jiġi jiswa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Technical Design

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi provduta persuna biex tgħallem it-Technical Design lill-istudenti tal-Form 2 ġewwa l-Junior Lyceum Santa Tereża, l-Imrieħel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-prezent m'għadx hemm ebda nuqqas ta' għalliem/a tat-Technical Design fil-Junior Lyceum tal-bniet ta' l-Imrieħel. Informat li l-vakanza li kien hemm imtliet fil-25 ta' Ottubru 2007.

Gzira United FC

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’laqgħat saru ma’ Gzira United FC dwar il-ground tal-football li se jkollhom f’isimhom ġewwa Manoel Island? Meta saru dawn il-laqgħat u min kien preżenti? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx xi abbozz ta’ ftehim dwar l-allokazzjoni tal-ground tal-football? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ma kien hemm l-ebda laqgħa uffiċjali mal-Gżira United Footbal Club dwar il-ground tal-Football u ma sar l-ebda abbożż ta’ ftehim dwar l-allokażżjoni ta’ l-istess football ground.

Manoel Island — Art mill-MIDI

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li sar ir-rilaxx ta’ l-art mill-MIDI lill-gvern li tinsab ġewwa Manoel Island sabiex jinbena ground tal-football kif ukoll clubhouse li se jkunu għall-użu esklussiv tal-Gżira United FC u n-nursery ta’ l-istess club? Meta huwa maħsub li jibda’ x-xogħol fuq dan il-proġett? Jikkonferma li flimkien ma’ dan il-proġett hemm ukoll il-premises tar-Royal Malta Youth Club? Jekk iva, meta se jibda’ x-xogħol fuq dawn il-premises ħalli immedjatament wara jkun jista’ jibda dak tal-ground tal-football u l-clubhouse? Japprezza li fil-preżent il-club tal-football tal-Gzira United ma jistax jagħmel titjib u tiswijiet fil-ground preżenti, fosthom ta’ bini kkundannat, u għalhekk il-proġett huwa ta’ natura urġenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Taxxa tad-dħul — Konjugi separati

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkunsidra li jnaqqas it-taxxa tad-dħul minn fuq dik il-parti tal-paga li konjugi separati jkunu obbligati li jħallsu f'manteniment għat-tfal tagħhom lill-parti l-oħra anke meta ma jkollhomx kustodja fuq dawn it-tfal sakemm dan kollu jkun qed isir skond digriet tal-Qorti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Postijiet vakanti

Question

Tista` l-Ministru tgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tagħha f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Tista' tagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li rigward l-ewwel, it-tieni u l-aħħar partijiet tal-Mistoqsija, d-dettalji li jikkonċernaw id-dekasteru tiegħi, huma kif jidhru fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. M’għandiex dubju li l-Onorevoli Interpellanti tifhem li l-ġbir tal-kumplament ta’ l-informazzjoni teħtieġ ħin u xogħol estensiv u allura nħoss li dawn għandhom ikunu utilizzati b’mod aħjar..

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Postijiet vakanti

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

OPM — Postijiet vakanti

Question

Jista` l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Riżorsi u Infrastruttura — Postijiet vakanti

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar tlett snin fil-Ministeru għar-Rizorsi u l-Infrastruttura kien hemm sebgħin il-sejħa għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu. L-informazzjoni ta’ kemm kien hemm applikanti għal kull post, kemm minnhom kienu nisa jew irġiel, x’kienet l-eta’ tagħhom u s-sess u l-eta’ tal-persuna magħzula qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.