Legislature:
Category:
Reset
Active:

Battery operated cars

Question

B'referenza għal mistoqsijiet parlamentari 28874 u 28725 jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħlas ta' reġistrazzjoni (mhux tat-taxxa fuq reġistrazzjoni) fuq vetturi tat-tip battery operated cars? Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas ta' din ir-reġistrazzjoni fuq dawn il-vetturi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

: Ninsab infurmat li hemm ħlas amministrattiv ta’ Lm 5 fuq kull reġistrażżjoni ta’ vetturi inklużi dawk battery operated cars.

Tarxien — Bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28741 u jgħid għaliex wara sena li dam biex tlesta bus shelterfi Triq iz-Zejtun ( quddiem Sonren Pharmacy) Tarxien MEPA Permit 04089/05, il-karozzi tal-linja lejn u miż-Żejtun qed jgħaddu minn Triq il-Knisja, f'liema triq m'hemmx bus stops jew shelters? Jista' dan ix-shelter jiġi żarmat u jintrama fi Triq il-Knisja fejn in-nies li jużaw il-buses m'għandhomx post stabilit fejn jirkbu, xemx u xita? Fil-bidu tal-ġurnata jinħoloq kaos għaliex il-buses jiefqu f'nofs Triq il-Knisja (double parking) biex il-passiġġieri jirkbu b'periklu kbir u t-traffiku jitwaqqaf. Ix-xogħol inutli li sar fuq dan il-bus shelter hu ta' kwalita' jew ta' periklu meta tara display board kbira tal-ħġieġ wieqfa fuq biċċa njama għaliex il-concrete ma tpoġġiex sew? Saru inspections wara li sar dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall- mistqosija parlamentari 28741.

HSBC — Call Centre

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28828 ċioe': Fir-rigward tal-call centre tal-HSBC f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid, u fejn hemm bżonn jintavola, il-ftehim iffirmati dwar is-segwenti: Ri-arranġamenti li l-Gvern għandu mal-HSBC? X'benefiċċji, assistenza ngħata l-HSBC dwar il-call centre u jekk dawn il-benefiċċji japplikawx għal ħaddieħor? Il-ħaddiema li ser ikunu ngaġġati se jkunu kollha Għawdxin u ħaddiema ġodda jew HSBC jista' jkollha ħaddiema miċ-ċentri li għandha f'Malta? Kemm jammontaw il-grants jew għajnuna li rċevew l-HSBC għal dan iċ-ċentru? Kemm-il darba l-HSBC ma jonorawx l-obbligu tagħhom li jħaddmu 50 ruħ, x'se jkunu l-konsegwenzi għal HSBC?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Enterprise

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28744 u 28833 u jgħid kif tqassmu l-inċentivi mill-Malta Enterprise Corporation matul din is-sena? Kemm kien l-ammont ta' dawn l-inċentivi? Liema kienu l-kumpaniji li rċevewhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Skanska

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28829 u jgħid jekk Skanska tħallsitx l-ammont kollu dovut lilha fuq il-Mater Dei mill-kuntratt iffirmat? Jikkonferma li r-retention money tħallset ukoll? Meta sar il-handing over ta' l-isptar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Enemalta — Hedging agreement

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28903 u jgħid jekk l-Enemalta għamlitx hedging agreement għax-xiri taż-żejt li jkopri s-sena l-oħra, din is-sena u s-sena d-dieħla? Jekk iva, kemm jivvaluta li kien f'miljuni ta' liri dak li ffrankat l-Enemalta fuq il-prezz taż-żejt kif inhu llum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal-Luqa — Triq Pietru Saliba

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' tarmac fuq Triq Pietru Saliba, f'Ħal-Luqa wara li dawn ir-residenti kienu mwiegħdin li x-xogħol kellu jinbeda sas-sena d-dieħla?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi din it-triq tagħmel parti mill-pjan ta’ toroq li għandhu jiġi mplementat sas-sena 2008.

Birkirkara Bypass

Question

Billi ħdejn ir-roundabout fil-bypass ta' Birkirkara kantuniera ma' Triq Tumas Fenech qegħdin isiru ħafna inċidenti, jista' l-Ministru jara li jsiru l-marki sew fit-triq u jsir signage aħjar ħalli l-karozzi jsuqu aktar bil-mod fil-viċinanzi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Impjegat tal-gvern — Promozzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħidli jekk meta impjegat tal-gvern jingħata flus arretrati ta' diversi snin għall-promozzjoni li jkun ħa b'lura, għall-fini ta' taxxa fuq id-dħul, dawn l-arretrati jitqiesux kollha bħala dħul f'sena waħda jew jitqassmu fuq is-snin minn meta tkun ingħatat il-promozzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kompetizzjoni mhix ġusta

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm kazijiet ta’ allegata kompetizzjoni mhux ġusta li ilhom sentejn li gew sottomessi quddiem id-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni u li iżda deċizjoni dwarhom għadha ma tteħditx?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'sduta oħra.
Leg 10 PQ #28283 Sitting 589 2007-11-14 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Nefqa fuq servizzi ta' konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Tista' tagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta li tajt ghal-mistoqsija parlamentari Nru. 26147, seduta 564
Leg 10 PQ #28285 Sitting 589 2007-11-14 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Nefqa fuq servizzi ta' l-internet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Tista' tgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmataa li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.

Kontijiet ta' mobile phones

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-taghrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.