Legislature:
Category:
Reset
Active:

Siġġiewi — Parking lines

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27114 li saret fid-9 ta' Lulju, 2007 dwar il-parking lines fl-area ta' Binja Hesri fis-Siġġiewi, u għat-tweġiba tal-Ministru bid-data tas-16 ta' Lulju, 2007 fejn wieġeb li skond is-siteplan tal-MEPA ma jirriżultax li riċentement saru toroq mill-ADT u għaldaqstant l-Interpellant ġiet mitluba tindika l-isem tat-triq, jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli li jagħmel il-parking lines fl-area tal-binjiet ta' Wied Ħesri, madwar il-pjazza u/jew ġnien li sar ftit taż-żmien ilu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Area ta' Ħal Farruġ — Saħħa u Sigurta tal-ħaddiema u r-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b'mod konkret x’passi ttieħdu fl-interess tal-ħaddiema u tar-residenti ta’ Ħal Farruġ minħabba emissions, ħmieġ u skart industrijali li qed jitħalla minn industrija li qed topera minn dan il-bini mhux komplut u li ġie żviluppat matul din l-aħħar sena fl-area qrib Triq l-Egrett l-Isfar? X’inhuma d-direttivi li ngħataw lil din l-industrija biex l-emissions, ħmieġ u skart industrijali ma jibqgħux jaffettwaw b’mod ħażin lill-ħaddiema u lir-residenti msemmija? X’qed isir biex l-awtorita’ tassigura li d-direttivi qed jiġu segwiti?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser insegwi l-ilmenti mqanqla mill-Onor. Membru.

Wied Hesri — Bankini

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27121 bid-data 9 ta' Lulju, 2007 dwar il-bankini qrib il-binjiet ta' Wied Ħesri u li ġiet riferuta lill-Ministru kkonċernat, jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli li jagħmel il-bankini li ġew imwegħda lir-residenti li jgħixu fil-binjiet ta' Wied Ħesri, u li kellhom isiru madwar sitt snin ilu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi saret spezzjoni fuq is-sit minn uffiċjali tal-ADT. It-triq ġiet asfaltata mid-Dipartiment tat-Toroq pre-2000 mingħajr ma saru dawn il-bankini. Għaldaqstant hija responsabbilta’ tad-Direttorat tagħna li dawn isiru. L-istima ta’ dan ix-xogħol ġa saret.

Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta s-sistema ta' trasport pubbliku fis-Siġġiewi se taqdi lir-residenti kollha tas-Siġġiewi, partikolarment f'dawk l-areas l-agħar milquta? Jista' jgħid x'sar min-naħa ta' l-Awtorita' għat-Trasport ta' Malta dwar il-ħtieġa ta' sistema ta' transport xierqa li tindirizza l-problema ta' residenti li joqogħdu f'areas fis-Siġġiewi li żviluppaw minn madwar 25 sena 'l hawn u li sal-lum għadhom mingħajr aċċess effiċjenti għat-trasport pubbliku? Jista' jgħid jekk fil-proċess ta' l-assessment li l-Awtorita' għat-Trasport ta' Malta suppost tagħmel biex tindirizza din il-problema hiex tieħu in konsiderazzjoni li kwalunkwe sistema adattata għal transport pubbliku aktar effiċjenti jagħmel mill-anqas ħsara lill-ambjent ta' l-istess residenti ta' l-areas milquta? Jista' jgħid hiex tiġi kkonsultata l-MEPA dwar l-effetti fuq l-ambjent, jew xi entita' awtorevoli oħra fuq dan il-qasam? Jista' jgħid jekk saritx konsultazzjoni pubblika dwar din il-ħtieġa bażika u jekk ukoll saritx din it-tip ta' konsultazzjoni biex ir-residenti jressqu s-suġġerimenti tagħhom dwar kif filwaqt li jkun hemm sistema effiċjenti ta' transport, jiġi assigurat li ma jkunx hemm impatti negattivi żejda fuq l-ambjent minħabba l-użu ta' aktar toroq residenzjali minn vetturi kbar? Jekk din il-konsultazzjoni pubblika għadha ma saritx, hemm il-ħsieb li ssir? B'liema mod u min se jkun responsabbli għaliha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Housing Maintenance and Construction

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li bħalissa l-proġetti li ġew fdati lit-taqsima tal-Housing Maintenance and Construction jinsabu taħt investigazzjoni, fejn qed jiġu skrutinizzati minn awditur/i indipendenti? Jekk l-affermattiv, liema proġetti qed jiġu nvestigati bħalissa u għal liema raġuni qed jiġu nvestigati? Kemm ilu għaddej dan il-proċess? Meta huwa maħsub li jkun lest?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li qed isir awditjar intern mid-Direttorat għall-Awditjar Intern u Investigazzjoni dwar proġetti mmexxija mid-Dipartiment indikat, bħal ma jista’ jsir fuq kull Dipartiment ieħor. Ta min jgħid li, għalkemm ninsab infurmata li r-rapport għadu mhux konkluż, skond l-Att dwar l-Awditjar Intern u Invetigazzjonijiet Finanzjarji, tali rapporti huma strettament kunfidenzjali.

Awtorita' tad-Djar — Housing Units

Question

Tista' l-Ministru telenka liema proġetti ta' housing units bniet l-Awtorita' tad-Djar matul dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena ? Kemm kien proġettat li jiswa kull proġett u kemm fil-fatt gie jiswa ie.x'varjazzjonijiet seħħew, jekk seħħew? X'kienet ir-raġuni uffiċjali li ngħatat għal dawn il-varjazzjonijiet? Kemm kien l-ammont ta' units f'kull proġett? Kemm min dawn il-units ingħataw [a] b'kiri, [b] b'kiri sussidjat, [c] b'bejgħ, [d] taħt l-iskema ta' shared ownership?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li l-varjazzjoni fuq il-proġetti kollha kienet ta’ madwar 10% u li r-raġunijiet għall-varjazzjoni jistgħu ikunu diversi u jvarjaw minn proġett għal ieħor. F’kull każ, kull varjazzjoni titħallas wara l-approvazzjoni formali mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Ħrieqi u mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex twaqqfet l-għajnuna lill-ommijiet li jkollhom numru ta' trabi f'daqqa aktar minn normali (bħal fil-każ ta' quadruplets) f'assistenza li kienet tingħata fi ħrieqi u mediċini lil dawn l-ommijiet? Ma jaħsibx li każijiet bħal dawn ikunu jeħtieġu din l-għajnuna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Din il-materja ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministeru tiegħi. Nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel id-Domanda tiegħu lill-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali.
Leg 10 PQ #28930 Sitting 590 2007-11-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta’ kura u għajnuna fid-dar

Question

B’referenza għal mistoqsija parlamentari 28553 dwar talba għal allokazzjoni tas-servizz ta’ kura u għajnuna fid-dar lill-familja ta’ persuna b’dizabilta` li d-dettalji dwarha kienu ntbagħtu separatment mal-mistoqsija fuq imsemmija u liema talba giet milqugħa, tista' allura l-Ministru tgħid għal liema raguni s-servizz allokat għadu ma ngħatax? Dan minkejja l-fatt li t-talba ġiet milqugħa aktar minn xahrejn ilu u din il-familja qed tbati minn inkonvenjent kbir. Tista' inoltre tindirizza l-problema ta’ każijiet simili li minkejja li t-talbiet tagħhom jigu milqugħa, is-servizz xorta jibqa' ma jingħatax?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qeghdin jittiehdu l-passi mehtiega sabiex is-sitwazzjoni msemmija mill-Onor. Interpellant tigi indirizzata.
Leg 10 PQ #28931 Sitting 590 2007-11-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Uffiċjali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 28554 u telenka l-uffiċjali kollha nkarigati mis-sigurta' tad-dipartimenti u uffiċini kollha f'Għawdex, kull dipartiment/uffiċċju separatament, by seniorityu meta ngħataw l-inkarigu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qieghda npoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar l-ufficcjali fil-Ministeru ghal Ghawdex li ghandhom grad fis-servizzi ta' Surveillance/Security.

Għawdex — MCAST

Question

Peress li fl-MCAST tax-Xagħra, Għawdex hemm nuqqas ta' għalliema ta' l-Ingliż u l-istudenti qed jilmentaw għax m'għandhomx għalliema ta' l-Ingliż, jista' l-Ministru jindirizza din il-problema minnufih?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-intervisti saru, u persuni adattati għall-postijiet ġew magħzula. Informat ukoll li l-ewwel wieħed magħzul se jibda jgħallem fiċ-ċentru tax-Xewkija mill-ġimgħa d-dieħla.

Għawdex — Enforcement notices

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti ta' mistoqsija parlamentari 27953 u jgħid kemm ittieħdu direct actions fl-aħħar ħames snin kull sena separatament u f'liema lokalitajiet f'Ghawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ġewwa Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin ittieħdu dawn id-direct actions: Sena Lokal/ Ammont Lokal/ Ammont Lokal/ Ammont Lokal/ Ammont Total 2003 Rabat (2) Xlendi (1) 3 2004 - - - - - 2005 - - - - - 2006 - - - - - 2007 Fontana (4) Għarb (2) Nadur (1) Żebbuġ (1) 8 11

B'Kara — Debris fil-Wied

Question

Billi jinġabar ħafna debris fil-Wied ta' Birkirkara, (wara l-MLP club) jista' l-Ministru jara li dan jitneħħa għax jista' jikkawża periklu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi t-tneħija ta' debris li jinġabar fil-post imsemmi jsir regolarment mid-Dipartiment tas-Servizzi ta' l-indafa fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.

OOP3 — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ma sarux operazzjonijiet ġo OOP3 fl-iSptar San Luqa minħabba li ma kienx hemm bolts ta' l-istainless steel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u l-informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.

Xiri ta' proprjeta'

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fuq xiri ta' proprjeta' hemmx xi rata fissa ta' tariffa notarili? Jekk fl-affermattiv, kemm suppost tkun? Jista' avukat jagħmel konvenju u mbagħad iqabbad nutar biex jagħmel il-kuntratt proprja? F'dan il-każ il-ħlas kif isir? Min għandu dritt jitħallas u b'liema rata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 28578 u 28766 u jgħid x'inhu d-dħul ta' l-Enemalta għas-sena 2006? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali għall-Enemalta għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-elettriku għas-sena 2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Xogħlijiet f'toroq

Question

B'referenza għal xogħlijiet f'toroq residenzjali li qegħdin isiru bil-kuntratt mad-diversi kuntratturi, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol hux qed jiġi ċċekkjat għax hawn ħsarat kbar f'diversi toroq għax saru bl-għaġġla uħud minnhom qabel l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li għaddew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.

UK Malta Bilateral Exchange Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-impjegati li applikaw għall-UK Malta Bilateral Exchange Scheme għal din is-sena skond ċirkolari OPM 17/2007? X'inhu l-grad ta' dawn l-impjegati u min ġie magħżul mid-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kien hemm żewġ(2) applikazzjonijiet għall-UK-Malta Bilateral Exchange Scheme. Dawn kienu Perit u Principal Technical Officer. Minn dan il-Ministeru ġie magħżul Perit biex jattendi dan l-Exchange Scheme.

Spiżeriji ta' l-outpatients

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 28462, jista' l-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li se jkun hemm reġistrati ma' l-ispiżeriji privati meta l-iskema tibda taħdem fit-total tagħha? X'inhu l-ħlas li l-gvern ser iħallas lill-ispiżeriji privati skond il-ftehim mal-GRTU?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Huwa stmat li l-benifiċjarji taħt l-iskemi ta' Schedule II u V ikunu madwar 110,000 klijent. L-ispiżeriji li jipparteċipaw taħt l-iskema POYC ser jitħallsu fis-sena għal kull persuna reġistrata kif jidher hawn taħt: L-ewwel sena Lm8 It-tieni sena Lm9 It-tielet sena Lm10 Ir-raba' sena Lm11 Il-ħames sena Lm12