Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha separatament u xahar b'xahar minn Jannar 2007 sal-lum? Tista' tgħid minn ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, tista' l-Ministru tgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk taf, x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, taħt id-dekasteru tiegħi, ma kien hemm ebda uffiċċjal fi Skala 1 sa 4 jew Chairperson li rriżenjaw jew għalqilhom il–kuntratt mill-1 ta' Jannar 2007 u ma reġawx applikaw għall-istess pożizzjoni matul is-sena.
Jikkonferma l-Ministru li f’dawn l-aħħar erba’ snin saru laqgħat bejn Gżira United FC u l-Kunsill Malti għall-Isport dwar l-allokazzjoni ta’ ground tal-football u clubhouse ġewwa Manoel Island? Jista’ jgħid jekk hemmx xi ftehim bil-miktub jew bil-fomm dwar din l-istess allokazzjoni lill-club tal-football tal-Gżira United? Jekk dan ma jeżistix, saru xi diskussjonijiet ma’ min huwa responsabbli mill-proġett ta’ Manoel Island, fosthom il-MIDI u/jew il-Ministeru għall-Izvilupp Urban u Toroq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-KMS kellu laqgħat ma’ Gzira United FC dwar il-ground ta’ Manoel Island. Informat ukoll li l-ground ma ġiex mogħddi lill-istess KMS mill-Kummissarju ta' l-Artijiet.
Tista’ l-Ministru tgħid meta twaqqaf il-Programm "REACH" mill-Aġenzija Appoġġ? Kemm-il tifel u tifla ħadu sehem f'dan il-programm minn mindu beda? Kemm minn dawn it-tfal waslu biex kisbu "School Leaving Certificate"? Kemm-il siegħa xogħol twettqu mill-impjegati ta' l-Aġenzija Appoġġ biex jiġu megħjuna tfal biex jirritornaw l-iskola u ma jibqgħux ifallu mingħajr ebda raġuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Programm ‛REACH’ twaqqaf bħala proġett pilota fl-2005 u s’issa ħadu sehem fih madwar 50 tifel u tifla. Mit-33 student tal-Ħames Sena li ħadu sehem, kien hemm 32 li kisbu School Leaving Certificate.
Ninsab infurmata wkoll li l-
Learning Mentors
u l-
Family Workers
għamlu madwar 1,729 u 219 siegħa xogħol rispettivament.
Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ma nistax nifhem x'utilita' jista jkollha l-kumplament ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar, ma nħossx il-ħtieġa li tingħata l-kumplament ta' l-informazzjoni li qed tintalab.
B'referenza għall-mistoqsija 27497, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati tas-settur pubbliku li din is-sena tressqu l-qorti fuq reati kriminali, f'liema dipartiment/ministeru kienu u l-kariga li kienu jokkupaw, in-natura tar-reat li kienu akkużati bih, jekk ġewx sospiżi jew għadhom fl-impjieg normali tagħhom pendenti l-proċeduri li għaddejjin?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema kumpanniji ħadmu riklamar u kampanji ta’ informazzjoni għall-mezzi tax-xandir awdjo-viżivi u stampati għan-nom tal-Ministeru/Segretarjat Parlamentari tiegħu u għan-nom ta’ dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u bejn Jannar u Settembru 2007? Kemm kien il-ħlas involut għal kull biċċa xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanniji ħadmu riklamar u kampanji ta’ informazzjoni għall-mezzi tax-xandir awdjo-viżivi u stampati għan-nom tal-Ministeru/Segretarjat Parlamentari tiegħu u għan-nom ta’ dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u bejn Jannar u Settembru 2007? Kemm kien il-ħlas involut għal kull biċċa xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanniji ħadmu riklamar u kampanji ta’ informazzjoni għall-mezzi tax-xandir awdjo-viżivi u stampati għan-nom tal-Ministeru/Segretarjat Parlamentari tiegħu u għan-nom ta’ dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u bejn Jannar u Settembru 2007? Kemm kien il-ħlas involut għal kull biċċa xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanniji ħadmu riklamar u kampanji ta’ informazzjoni għall-mezzi tax-xandir awdjo-viżivi u stampati għan-nom tal-Ministeru/Segretarjat Parlamentari tiegħu u għan-nom ta’ dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u bejn Jannar u Settembru 2007? Kemm kien il-ħlas involut għal kull biċċa xogħol?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Universita' tistax tiggarantixxi li l-informazzjoni rigward korsijiet li se jibdew f'Ottubru 2008 tasal għand l-istudenti attwali u prospettivi b'mod sħiħ, permenanti u mill-anqas tmien xhur qabel il-bidu tas-sena akkademika?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-korsijiet li jiftħu regolarment huma magħrufa u dawn jikkostitwixxu l-maġġoranza assoluta tal-korsijiet. Korsijiet ġodda u korsijiet li jiftħu minn zmien għal zmien jkunu mħabbra appena jkunu finalizzati l-proċessi kollha, inkluz proċessi ta' assikurazzjoni ta' kwalita' u ta' rizorsi. L-Universita' tqis li ma jkunx sew u ma jaqbel għal ħadd li l-Universita' tintrabat li ma toffrix kors jekk ma tkunx f'pozizzjoni li tħabbru sa minn tmien xhur qabel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Universita' tistax tiggarantixxi li l-allokazzjoni tal-kmamar tasal għand l-letturi u l-istudenti ferm qabel il-prattika attwali ta' tliet ijiem qabel ma tibda s-sena akkademika? Tista' l-Universita' tiggarantixxi li jonqsu l-ammont esaġerat u inġustifikat ta' clashes fit-timetables ta' l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li filwaqt li l-Universita' tirrikonoxxi li minħabba n-natura u l-kumplessita' tat-timetables jistgħu jirrizultaw clashes fil-bidu tas-sena, assolutament mhux korrett li wieħed jgħid li hemm ammont esaġerat u inġustifikat ta' clashes. B'danakollu l-amministrazzjoni tkompli tagħmel l-almu tagħha biex sa fejn hu possibli ikunu eliminati il-clashes kollha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet ta' l-Universita' fuq medda ta' ħames snin biex tkabbar n-numru ta' studenti internazzjonali li jħallsu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita' beħsiebha tkabbar in-numru ta' studenti internazzjonali li jħallsu billi toffri dejjem aktar degrees ta' kwalita' li jkunu jkopru materji meqjusa cutting edge. Din l-enfasi fuq tagħlim ta' kwalita' se jkun akkumpanjat minn kampanja pubbliċitarja f'numru ta' swieq bħaċ-Ċina, il-pajjizi ta' l-ex Unjoni Sovjetika u l-Golf Għarbi. Dan se jseħħ fost l-oħrajn permezz ta':
(i) parteċipazzjoni f'diversi fieri dwar l-Edukazzjoni Għolja fir-reġjuni msemmija
(ii) numru akbar ta' aġenti f'dawn il-pajjizi li jirreklamaw il-prodott li toffri l-Universita'
(iii) uzu effettiv tal-website il-ġdida ta' l-Universita' li għadha kif ġiet imnedija.
L-Uffiċċju Internazzjonali ta' l-Universita' diġa' pproduċa materjali pubbliċitarji ġodda fix-xhur li għaddew fosthom brochures u kif ukoll DVD's bl-iskop li tissaħħaħ il-kampanja pubbliċitarja ta' l-Universita'.
Ta' min wieħed isemmi ukoll li parti mill-isforz ta' l-Universita' li tattira aktar studenti li jħallsu se jiffoka fuq numru ta' Masters Degrees li se jiġu offruti mill-Universita' ta' Malta flimkien ma' l-universitajiet barranin ta' reputazzjoni tajba. Fost dawn it-tip ta' degrees wieħed jista' jsemmi id-dual degree Masters fl-Immaniġġjar Sostenibbli tar-Rizorsi Ambjentali li ġie mniedi fit-2 ta' Novembru mill-Universita' ta' Malta u l-James Madison University ta' l-Istati Uniti. Dawn it-ttip ta' Masters għandhom jinteressaw ferm lil studenti internazzjonali peress li joffru ċertifikazzjoni Maltija (u allura Ewropea) flimkien ma' ċertifikazzjoni Amerikana f'materji ta' interess kbir fid-dinja kontemporanja.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandha l-Universita' biex tħarreġ lill-akkademiċi tagħha fil-pedagogija, l-assessjar, il-preparazzjoni ta' riżorsi u l-użu effettiv tat-teknoloġija?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28668, jista' l-Ministru jgħid min kienu ż-żewġ offerenti għal din it-tender u liema kienu dawk il-ħteġijiet li ma ġewx sodisfatti fl-offerta tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ż-żewġ bidders għal din it-tender kienu Dr Saviour Xerri u Geotek Services. Iż-żewġ offerti jaqbżu l-massimu stipulat fit-tender document.
Jista’ l-Ministru jgħid jafx bil-passaġġ/mogħdija fi Triq Patri Indri Schembri, Luqa li għal dawn l-aħħar 25 sena kienet tintuża minn bdiewa kif ukoll min-nies li jkunu jridu jmorru l-Wied il-Kbir ta’ Ħal Luqa, li ġiet żgumbrata bi kwantita’ kbira ta’ terrapien?
Jista’ jgħid x’se jsir biex il-passaġġ/mogħdija msemmija titnaddaf biex dan l-iskart li qed joħloq inkonvenjent kbir għan-nies li jużaw din il-mogħdija ma jibqax?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kienet diġá investigat dan il-każ meta rċeviet ilment ftit ta' żmien wara li ntefa' l-materjal. Fil-fatt, il-munzelli ta' terrapien li mblokkaw il-passaġġ in kwestjoni twittew mingħajr ħtieġa t'azzjoni t'infurzar bir-riżultat li t-trejqa reġgħet infetħet kif kienet. Dan kien ikkonfermat minn spezzjoni li saret.
Ħal Farruġ — Implimentazzjoni u Infurzar tar-Regolamenti tal-MEPA
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’permessi ħarġu mill-MEPA għall-iżvilupp ta’ industrija li sal-lum il-bini tagħha għadu mhux komplut, iżda qed isir xogħol minnha fi Triq l-Egrett l-Isfar, f’Ħal Farruġ?
Jista’ jgħid b'mod konkret x’passi ttieħdu fl-interess tal-ħaddiema u tar-residenti ta’ Ħal Farruġ minħabba emissions, ħmieġ u skart industrijali li qed jitħalla minn industrija li qed topera minn dan il-bini mhux komplut u li ġie żviluppat matul din l-aħħar sena fl-area qrib Triq l-Egrett l-Isfar?
X’inhuma d-direttivi li ngħataw lil din l-industrija biex l-emissions, ħmieġ u skart industrijali ma jibqgħux jaffettwaw b’mod ħażin lill-ħaddiema u lir-residenti msemmija?
X’qed isir biex l-awtorita’ tassigura li d-direttivi qed jiġu segwiti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fis-7 ta' Mejju 2005 ħarġet permess ta' żvilupp PA5481/03 biex jinbena workshop ta' mastrudaxxa f'din l-area industrijali. L-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ġiet fil-fatt ikkonsultata waqt il-proċess ta' din l-applikazzjoni (PA 5481/03) però din ma sabitx oġġezzjoni għal dan l-iżvilupp propost.
Rigward ħmieġ, l-operatur huwa obbligat iżomm il-viċinanzi tal-fabbrika nodfa biex ma jikkawżax ħsara lis-sura u d-dehra tal-madwar. Fil-fatt huwa għadu kif jiġi ordnat inaddaf xi materjal li deher ikerrah il-post u huwa beda din l-operazzjoni.