Legislature:
Category:
Reset
Active:

MFSA

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28843 u cioe' : Minkejja li t-taqsima tal-consumer complaints unit tal-MFSA hija mifhuma li tagħmel xogħol tajjeb, jista' l-Prim Ministru jara li jkun hemm aktar viġilanza fuq kif ċerti banek kummerċjali li jużaw hard cell tactics meta ibiegħu Wealth Management products speċjalment fejn jidħlu Overseas Funds għaliex spiss niltaqa' ma' nies li ma jkunux konxji ta' riskji u opportunitajiet ta' dak li jkunu deħlin għalih bi flushom stess? Dan minħabba l-kummissjonijiet għolja li huma mifhuma li jaqilgħu uħud minn dawn l-uffiċjali fuq bejgħ ta' prodotti simili. Dan għandu japplika għas-settur tas-servizi finanzjarji kollu kemm hu, mhux biss għal dak bankarju, possibilment billi jkun hemm customer awareness akbar dwar l-implikazzjonijiet tat-teħid ta' dawn id-deċiżjonijeit ta' investiment.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Surcharge

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28740 u 28841 u jgħid kemm daħħlet flus l-Enemalta, xahar b'xahar, mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma bejn Marzu 2007 u Settembru 2007? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge bejn dak mill-konsum domestiku u dak mill-konsum kummerċjali/industrijali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi l-WSC ma żżomx rekord ta' kemm tkun daħlet flus maqsuma skond dħul normali u dħul dovut għas-surcharge.

San Gwann — Pelican Lights

Question

B’riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numru 1525, 1683, 7497, 11344, 12540 u 26889 rigward it-twaħħil ta’ pelican lights u zebra crossing fi Vjal ir-Rihan, San Gwann, jista’ l-Ministru f’liema stadju waslu x-xogħlijiet u x’inhi d-data ta’ meta dawn ser ikunu tlestew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Karozzi wżati — Importazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi wżati sena b’sena matul l-aħħar ħames snin u kemm minnhom ġew mogħtija permess mid-dwana sabiex ma jħallsux dazju almenu għal xi żmien wara l-importazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Pjanċi ta' reġistrazzjoni barranin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il każ – sena b’sena tul l-aħħar ħames snin - ġew maqbuda jew inħarġitilhom kontravvenzjoni billi kienu fit-triq b'vettura bi pjanċi tar-reġistrazzjoni barranin mhux legali jew mhux permessi f’Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Transfer ta' reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq kemm-il vettura sar transfer tar-reġistrazzjoni minn ġurisdizzjoni barranija għal dik Maltija sena b’sena tul l-aħħar ħames snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista tal-vetturi li sar transfer tar-reġistrażżjoni minn ġurisdiżżjoni barranija għal dik Maltija.

Għargħur — Kamra tan-nar ta' San Bert

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27272, jista’ l-Ministru jgħid meta’ din it-triq ser titlesta għax kull dewmien qed iżid in-numru ta’ inċidenti u riskji? Jista’ jgħid x’qed iżomm milli ssir it-triq ġaladarba issa l-espropjazzjoni tat-triq saret?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita’ dwar it-Trasport qed tagħmel mill-aħjar biex din it-triq titwessa’ mill-aktar fis possibli. Fil-ġranet li ġejjien ser issir is-setting out fuq il-post ta’ kif għandha titwessa’ it-triq.

Rabat — Vjal il-Ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk jistax isir xi pelican lights minflok iż-zebra crossing fi Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat, Malta għar-raġuni li diversi sewwieqa ma jonorawx iż-zebra crossing f’din it-triq wiesgħa b’kawża li qed ikunu ta' periklu għal dawk li jaqsmu t-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li ma kien hemm l-ebda talba li jsiru pelican lights minflokk iż-zebra crossing li hemm fi Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat.

Rabat — Triq Emm. Vitale

Question

B’riferenza għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 28772, jista’ l-Ministru jidderieġi lill-MEPA biex dawn jaraw jekk it-triq saritx skond kif ġie stipulat minnha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li mid-data msemmija sal-lum ma jirriżultax li l-Land Survey Unit ta' l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qatt ġie avviċinat biex jingħataw livelli għal re-surfacing f’din it-triq. Din kienet il-prattika ta’ dawk iż-żminijiet, jiġifieri li meta jsir re-surfacing ma jitqaxxarx il-wiċċ tat-triq eżistenti. Għaldaqstant, il-parir tal-MEPA f’każ ta’ re-surfacing dejjem ikun li għandhom jinżammu l-livelli oriġinali.

C. Anthony Valletta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn fl-iskola C. Anthony Valletta f'Birkirkara għad m'hemmx counsellor għal 700 tifel u tifla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kulleġġ li fih hemm l-iskola msemmija ta' B'Kara ġie assenjat Counsellor fil-bidu tas-sena skolastika biex jagħti servizz kemm fl-iskejjel Primarji u anke fl-iskejjel Sekondarji. Bħalissa l-iSchool Counsellors għandhom direttiva mill-Union li tirraprezentahom biex jagħtu servizz skond il-job description li kellhom qabel l-iffirmar ta' l-aħħar ftehim. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qiegħed f'diskussjonijiet mal-Union dwar il-ftehim tas-17 ta' Lulju 2007.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefaq fuq diversi mezzi ta' kommunikazzjoni, tv, radio, ġurnali, billboards, programmi, flyers, kotba, leaflets eċċ bejn Mejju 2007 u Awissu 2007 ħalli jiġi riklamati l-ftuħ ta' l-Isptar Mater Dei fit-28 ta' Ġunju, 2007? Kif kienet maqsuma l-ispiża? Kemm kienet l-ispiża tal-programm tal-ftuħ innifsu u fhiex intnefqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Social Service

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-uffiċċju lokali tas-servizzi soċjali ta' San Pawl il-Baħar hux se jiċċaqlaq? Jekk fl-affermattiv, f'liema indirizz se jimxi dan l-uffiċċju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nikkonferma li l-Uffiċċju Distrettwali tad-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali, li preżentement qiegħed San Pawl il-Baħar, ser jiġi trasferit għal Blokk A4, Numru 6, Triq il-Porzjunkola, l-Qawra.

Pilloli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Lescol 40 mg aktar iva milli le qed ikun nieqes mill-ispiżeriji tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Lescol 40 mg l-aħħar li tqassam mis-Servizzi Farmacewtici tal-Gvern kien fid-9 ta' Novembru. Permezz tac-cirkulari DH 234/2006 il-pazjenti li kienu jiehdu il- Lescol (Fluvastatin) 80mg bdew jinghataw medicina gdida Zocor (Simvastatin). Ġara li filwaqt li il-Gvern m'ghadux jixtri il-Lescol 80mg, xi pazjenti bdew jieħdu żewġ pilloli tal-Lescol 40 mg biex jkomplu bil-kura, u b'hekk qiegħed jiżdied il-konsum b'mod irregolari. Filwaqt li l-ordni ta' Lescol 40mg li tmiss mistennija tidħol sa' nhar il-Erbgħa 28 ta' Novembru, sadanittant tista' tintuża d-doża ta' Lescol 20mg bħala alternattiva.

Skanska

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28829 u 28950 u jgħid jekk Skanska tħallsitx l-ammont kollu dovut lilha fuq il-Mater Dei mill-kuntratt iffirmat? Jikkonferma li r-retention money tħallset ukoll? Meta sar il-handing over ta' l-isptar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

HSBC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28828 u 28948 u ċioe': Fir-rigward tal-call centre tal-HSBC f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid, u fejn hemm bżonn jintavola, il-ftehim iffirmati dwar is-segwenti: Ri-arranġamenti li l-Gvern għandu mal-HSBC? X'benefiċċji, assistenza ngħata l-HSBC dwar il-call centre u jekk dawn il-benefiċċji japplikawx għal ħaddieħor? Il-ħaddiema li ser ikunu ngaġġati se jkunu kollha Għawdxin u ħaddiema ġodda jew HSBC jista' jkollha ħaddiema miċ-ċentri li għandha f'Malta? Kemm jammontaw il-grants jew għajnuna li rċevew l-HSBC għal dan iċ-ċentru? Kemm-il darba l-HSBC ma jonorawx l-obbligu tagħhom li jħaddmu 50 ruħ, x'se jkunu l-konsegwenzi għal HSBC?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-benefiċċji promessi lill-HSBC in konnessjoni mas-Service Centre f’Għawdex huma skond il-kriterji stabbiliti u konformi mar-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropeja. Dawn m’humiex esklussivi għall-HSBC. L-Onor Interpellant jifhem illi skond il-liġi tal-Malta Enterprise, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.

Malta Enterprise Corporation

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28744, 28833 u 28949 u jgħid kif tqassmu l-inċentivi mill-Malta Enterprise Corporation matul din is-sena? Kemm kien l-ammont ta' dawn l-inċentivi? Liema kienu l-kumpaniji li rċevewhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 28578, 28766 u 28939 u jgħid x'inhu d-dħul ta' l-Enemalta għas-sena 2006? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali għall-Enemalta għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-elettriku għas-sena 2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Xogħlijiet f'toroq residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28940 u cioe' : B'referenza għal xogħlijiet f'toroq residenzjali li qegħdin isiru bil-kuntratt mad-diversi kuntratturi, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol hux qed jiġi ċċekkjat għax hawn ħsarat kbar f'diversi toroq għax saru bl-għaġġla uħud minnhom qabel l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li għaddew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Periti ta’ l-ADT jiċċekkjaw b’mod regolari x-xogħlijiet tat-toroq li jkunu qed isiru u jaraw li jsiru t-testijiet meħtiega. Riċentament kien hemm anke każi fejn ittieħdu samples tal-materjal u ntbagħtu f’laboratorji indipendenti privati għall-ittestjar dwar il-kwalita’ ta’ l-istess materjal. Sadanittant l-ADT qed tara wkoll li jittieħdu miżuri kontra min, mingħajr il-permessi meħtiega, qabad u għamel ħsara f’toroq li saru riċentament, bħal per eżempju fil-każ ta’ Triq Lorenzo Manche’ fejn inqalgħet ħsara ftit wara li ngħata l-wiċċ ta’ l-asfalt. Madankollu, dawn huma biss eċċezzjonijiet. L-Onorevoli Nterpellat huwa għalhekk mitlub jiċċara b’mod iktar speċifiku liem huma l-imsemmija ‘ħsarat kbar f’diversi toroq għax saru bl-għaġġla’.