Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tal-Ħandaq Junior Lyceum — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jieħdu ħsieb l-indafa tal-bini ġdid tal-Junior Lyceum f'Tal-Ħandaq peress li qed iqumu ilmenti mill-għalliema u mill-istudenti dwar ħmieġ fl-iskola? X'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li l-iskola tinżamm nadifa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' cleaners fl-iskola Sekondarja Subien Kulleġġ Sant'Injazju, Qormi, hu ta' 9. Informat ukoll li wara numru ta' xhur ta' stop leave (peress li l-iskola għaddiet minn fazi ta' preparazzjoni għall-ftuħ) bħalissa beda jittieħed il-leave b'mod gradat li kien inzamm qabel. Informat li l-iskola titnaddaf b'mod regolari mill-cleaners kuljum. Fil-bidu tal-ġurnata, kullimkien ikun nadif, matul il-ġurnata jinqala' il-ħmieġ ta' dik il-ġurnata. Il-cleaners iduru inaddfu l-kmamar li jkunux jintuzaw fil-mument li jkun. Issir supervizjoni fuq il-cleaners mis-Supervisor b'mod regolari, u dan jara li ma jkunx hemm ħmieġ barra minn normal.

Riċiklaġġ tal-ħġieġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed isir riċiklaġġ tal-ħġieġ f'pajjiżna? Għand liema kumpanniji jew f'liema faċilitajiet il-fabbriki jistgħu jieħdu l-ħġieġ għar-riċiklaġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fis-snin li għaddew l-ammont ta’ ħġieġ li nġabar mill-WasteServ Malta Ltd għar-riċklaġġ kien hekk: 2002 – 6.2 tunellati 2003 – 59.1 tunellati 2004 – 318.43 tunellati 2005 – 717.57 tunellati 2006 – 1,372.02 tunellati Il-ħġieġ għar-riċiklaġġ jista' jittieħed fil-Facilità Temporanja għas-Separazzjoni u l-Ħażna ta’ l-Iskart fil-Marsa sakemm jitlesta l-impjant modernizzat ta' Sant'Antnin.

Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija bdietx tinvestiga l-akkużi ta' korruzjoni li għamel Dr Frank Portelli dwar il-bini ta' l-iSptar Mater Dei? Jista' jgħid fhiex waslu dawn l-investigazzjonijiet? Ma' kemm nies tkellmet il-pulizija dwar dawn l-investigazzjonijiet wara li bagħtet għalihom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellmet diversi persuni fl-investigazzjoni tagħha dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli, liema investigazzjoni għadha mhix konkluża.

Mrieħel — Bini ta' blokk

Question

Tista' l-Ministru tirreferi għall-każ tas-sinjur, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separament, li ġie allokat appartament fl-Imrieħel, Block 3, Triq il-Kanonku Indri Galea skond l-issue ta' Settembru 2006 u għalkemm l-konvenju ġie ffirmat nhar l-14 ta' Ġunju, 2007 ninsab nfurmat li sal-lum, skond huma, ma jidher li hemm ebda indikazzjoni ta' xogħol ta' bini fuq dan il-plot, u meta staqsew lid-dipartiment qalulhom li x-xogħol mhuwiex mistenni jitlesta qabel id-data approssimattiva ta' Marzu 2009? Billi l-persuna konċernata qed jgħix f'appartament bil-kera flimkien mal-partner tiegħu u t-tifel tagħhom ta' tliet snin xtaq jkun jaf jekk din il-completion date hiex korretta u x'jista' qed jwassal għal dan id-dewmien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-dewmien biex jibda l-bini tal-blokk indikat mill-Onor. Interpellant kien kaġunat mill-ħtieġa li, meta sar l-iskavar tal-plot, kellha ssir aktar investigazzjoni fuq il-kwalita’ tal-blat biex isir disinn ta’ pedament addattat għall-istruttura tal-bini. Din l-investigazzjoni issa tlestiet kif tlestew wkoll id-disinn u l-istima tax-xogħlijiet. Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita’ tad-Djar qed jistenna l-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol fuq il-proġett, li hu mistenni jkun lest sa l-aħħar tas-sena d-dieħla.

Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw mobile phonesf'dawn l-aħħar tlett snin? Lil min ingħataw dawn il-mobile phones u hemm xi persuni li għandhom aktar minn mobile phonewieħed? Dawn il-mobile phones huma inklużi fl-inventarju? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tliet snin inxtraw sittax-il mobile phone. Dawn il-mobile phones ingħataw lil persuni li qed jidhru fil-lista t’hawn taħt. L-unika persuna li għandha żewġ mobile phones hu l-Ministru. Il-mobile phones huma nklużi fl-inventarju kif jidhru fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Minister Head of Secretariat Private Secretary to Minister Communications Co-ordinator Permanent Secretary Director, People Management and Support Services Director General (Works Division) Director General (Services Division) Director, Oil Exploration Department Director, Financial Management Department Director, Construction & Maintenance Department Operations Manager, Construction & Maintenance Department Director, Building and Engineering Department Director, Cleansing Services Department Executive Secretary, Building Industry Consultative Council

Promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ingħatatx xi promozzjoni f'dawn l-aħħar tlett snin? X'kien il-grad tagħha qabel ma ngħatat il-promozzjoni u x'inhi l-pożizzjoni tagħha llum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi il-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ingħatat promozzjoni f’dawn l-aħħar tlett snin. Il-grad tagħha kien ta’ General Hand u llum hija Tradesman.

Bini ġdid

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-MEPA xtratx xi bini ġdid għal użu bħala uffiċini? Jekk fl-affermattiv, fejn hu dan il-bini u x'inhu l-valur tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) daħlet f'konvenju għal xiri ta' utile dominum temporanju ta' propjetà fil-Marsa għall-perjodu rimanenti mit-term oriġinali ta' 99 sena li beda jipperkorri f'Ottubru 1992 għall-prezz ta' Lm1,828,000. Il-validità finanzjarja ta' din il-proposta kienet tressqet u ġiet approvata mill-Ministeru tal-Finanzi.

Nefqa fuq servizzi ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 26157.

Nefqa fuq servizz ta' l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kontijiet ta' mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.

Prepaid top up mobile cards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.

Xiri ta' mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant dwar il-mobile phones li inxtraw mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-entitajiet li jaqgħu taħtu minn Jannar 2007 sal-lum huma kif ġej: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura Mobile phone għas-Segretarju Privat u wieħed għall-Office Co-Ordinator għall-prezz ta' Lm60 u Lm65 rispettivament. Awtorita' tat-Turiżmu Mobile phone għad-Director Communications and PR għall-prezz ta' Lm140. Teatru Manoel Mobile phone għal General Manager għall-prezz ta' Lm38.14 (excl VAT). Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali Mobile phone wieħed mogħti mingħajr ħlas mill-GoMobile ma’ l-iffirmar ta’ linja ġdida bil-kuntratt għall-użu tas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali. Heritage Malta Mobile phone għall-Kap Eżekuttiv għall-prezz ta' Lm44.

Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.
Leg 10 PQ #28968 Sitting 594 2007-11-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Malta u l-Istati Uniti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28775 u jgħid jekk ġewx iffirmati Extradition and Mutual Legal Assistance Treaties ma' l-Istati Uniti? Jekk ġiex konkluż Tax Information Exchange Agreement ma' l-istess pajjiż? Jekk ġiex konkluż ftehim bejn in-National Oceanic and Atmospheric Administration ta' l-Istati Uniti u Malta fil-kontest tal-Globe Programme? X'inhi l-pożizzjoni ta' Malta dwar Air Services Agreement ma' l-Istati Uniti? Fhiex waslet it-talba ta' Malta għal Home Port Status għal Malta Shipyards ma' l-Istati Uniti li fiha kellha sehem l-ambaxxata Maltija ta' Washington DC? U jekk min-naħa Amerikana kienx hemm xi kondizzjonijiet biex l-affarijiet jimxu 'l quddiem?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fil-qasam tat-taxxa, mhux qed jiġi nnegozjat Tax Information Exchange Agreement ma' l-Istati Uniti imma Double Taxation Agreement. It-taħdidiet dwar ftehim man-National Oceanic and Atmospheric Administration għadhom għaddejin bil-ħsieb li l-ftehim jiġi ffirmat f-iqsar żmien possibbli.. Ma saret l-ebda talba formali għall-Home Port Status għal Malta Shipyards. Meta ssemmiet din il-materja informalment ġie indikat li Home Port Status jingħata biss meta jkun hemm Status Of Forces Agreement.Mhuwiex previst li ftehim bħal dan jiġi diskuss .

Delegazzjoni fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27828, 27385, 28160, 28434, 28565 u 28771 u jgħid x'kienet in-nefqa totali taż-żjara tiegħu u tad-delegazzjoni fl-Awstralja, inkluż l-passaġġi ta' l-ajru, etc?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Talba għal Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ADT tikkonsidra t-talba miċħuda għal reserved parking quddiem ir-residenza tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Din it-talba qed issir mhux f'isem il-persuna li toqgħod hemmhekk, billi hu ma jistax isuq minħabba saħħa u spiss ikollu bżonn is-servizzi tas-sewqan tal-karozza ta' bintu li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, speċjalment biex twasslu regolarment l-isptar u għand speċjalisti mediċi.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku irriżulta li ġej: · L-applikant ma jsuqx vetturi bil-mutur. · Ma’ hemmx vetturi bil-muturi reġistrati fl-indirizz tar-residenża ta’ l-applikant. · Għaldaqstant, għal dawn ir-raġunijiet, l-applikant ma jissodifax il-kriterji għal-eliġibilita’ għal dan is-servizz.

Kappara — Sliema Road

Question

Billi f'partijiet ta' Sliema Road Kappara, inti u nieżel minn San Ġwann fuq ix-xellug, hemm parti fejn titwessa' sew il-bankina u r-residenti ġieli jipparkjaw fuqha minħabba li m'għandhomx fejn jipparkjaw fit-triq u din għandha wisgħa ta' żewġ karozzi u nofs, jista' l-Ministru jara li jingħataw struzzjonijiet biex l-istess kif il-wardens m'humiex jagħtu ċitazzjonijiet lir-residenti minħabba dan il-każ ġenwin, isir l-istess mill-pulizija tat-traffic li jkunu għaddejjin mill-area biex jitnaqqas l-inkonvenjent tar-residenti li ħafna minnhom kellmuni dwaru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur jipprojbixxu l-ipparkjar ta' vetturi fuq il-bankina sakemm ma jkunx indikat xort'oħra b'sinjal addatt, ħlief jekk ma jiġix ordnat jagħmel xort'oħra minn uffiċjal tal-Pulizija jew minn Gwardjan Lokali.
Leg 10 PQ #28981 Sitting 594 2007-11-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Schengen Unit — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu u meta għalqu l-applikazzjonijiet għal Kap tad-Dipartiment fil-Ministeru risponsabbli mix-Schengen, magħruf bħala x-Schengen Unit? Kemm kien hemm applikanti? Kemm minnhom kienu nvalidi? Fhiex wasal il-proċess ta' l-għażla? Huwa minnu li ma ntgħażel ħadd? Jekk kemm-il darba baqa' ma ntgħażel ħadd x’se jkun il-pass li jmiss?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-applikazzjonijiet għal Kap tax-Schengen Unit ħargu nhar il-11 ta' Ġunju 2007 u għalqu fit-28 ta' Ġunju 2007. Kien hemm tlett applikazzjonijiet imma waħda ma ssodisfatx il-kriterji mitluba fit-Talba għall-Applikazzjonijiet. Dan l-istadju tal-proċess issa huwa magħluq. Ma ġie magħżul ħadd għal din il-kariga. F'konsultazzjoni mal-Management and Personnel Office ta' l-OPM qed nikkonsidraw kif l-aħjar nipproċedu f'dawn iċ-ċirkostanzi.

Forti Sant'Iermu

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28781 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'se jiġri mill-Forti Sant'Iermu anke fid-dawl li l-Akkademja tal-Pulizija se tiċċaqlaq minn hemm? Meta se jibda jsir xi xogħol ta' restawr fih u x'użu se jkollu wara li jsir dan ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-iżvilupp futur tal-Forti ta' Sant'Iermu taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq. L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil dan il-ministeru.