Legislature:
Category:
Reset
Active:

Detox

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna talbet l-għajnuna tad-Detox fl-2006? Kemmm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Tista' tagħti breakdown ta' l-etajiet u tgħid ukoll ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Facilitators

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti kemm hemm facilitators impjegati biex jgħinu lill-istudenti? Kemm hemm talbiet għal facilitators f'dawn l-iskejjel? Jista' jagħti din l-informazzjoni separatament għall-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni li qed jaqdu dmirijiet ta' Facilitatorsli huma impjegati fl-iskejjel tal-Knisja huwa 403. Talbiet għal appoġġ speċjali jsiru direttament mill-ġenituri lill-iStatementing Board. Wara li tkun approvata t-talba mill-istess Bord, l-iskejjel tal-Knisja jitolbu għall-approvazzjoni tal-persuni li jkunu se jimpjegaw lid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni. Fil-kaz ta' l-iskejjel Indipendenti, il-persuna li tintagħzel tiġi mħallsa mill-istess ġenituri tat-tfal. Informat ukoll li fl-iskejjel Indipendenti hemm 12 il-persuna jaqdu dmirijiet ta' facilitators.

Single Mothers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm twieldu tfal lil single mothers fl-2006? Kemm minn dawn l-ommijiet kienu għadhom jattendu l-iskola, inkluż is-sixth form? X'kienu l-etajiet ta' dawn li għadhom imorru l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ebda Dipartiment jew entita` li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm l-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant.

Żabbar — Triq l-Għaxra ta' Settembru 1797

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex Triq l-Għaxra ta' Settembru 1797, Żabbar tiġi rranġata minħabba li kull meta tagħmel ftit xita qed tispiċċa mgħarrqa u dan minbarra l-fatt li hemm bosta ħofor kbar li huma ta' periklu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li ADT qed tagħmel xogħol ta’ maintenance f’din it-triq biex jitnaddfu l-culverts. L-ADT qed tagħmel il-pjanti neċessarji biex din il-problema tissolva.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u tad-dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Dipartiment tad-Djar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22578 dwar il-housing case H19974, tistax tgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar dan il-każ serju u prekarju kif ukoll x'irriżulta minn xi spezzjonijiet li seta' għamel id-dipartiment tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ispezzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant għad trid issir.

Xiri ta' Oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tmur lura fiż-żmien l-aktar applikazzjoni qadima għall-akkwist ta' qabar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li skond ir-records li jinżammu l-aktar applikazzjoni li ilha pendenti għal qabar fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata, għandha d-data ta' l-għaxra ta' Diċembru 1991.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Mobile phones

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u tad-dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Spiża ta' fuels

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u tad-dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Servizzi tat-telephone

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u tad-dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Safar

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u tad-dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #22895 Sitting 481 2007-01-15 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għal Għawdex

Studenti universitarji Għawdxin — Gratuity

Question

Peress li l-Ministru għal Għawdex tifhem sewwa l-bżonnijiet ta' l-Għawdxin u peress li b'riżultat tal-Press Release nru. 1418 bid-data tal-5 ta' Ottubru 2005 qiegħed ikun hemm każi fejn studenti universitarji Għawdxin mhumiex intitolati għal gratuity minħabba li attendew l-iskola sekondarja f'Malta, tista' il-Ministru tgħid jekk din l-anomalija tistax tiġi rranġata b'tali mod li dawn l-istudenti jingħataw il-gratuity li tistħoqqilhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Kif qal l-Onorevoli Nterpellant fil-mistoqsija tiegħu, il-Ministeru għal Għawdex jifhem sew u japprezza d-diffikultajiet miżjuda li jaffaċċjaw studenti Għawdxin li jistudjaw Malta. Għaldaqstant il-Ministeru joffri għajnuna addizzjonali lill-istudenti Għawdxin, minbarra l-benefiċċji oħra li jingħataw ukoll lill-istudenti Maltin. Minħabba l-ispejjeż addizzjonali li għandhom l-istudenti Għawdxin sabiex ikomplu l-istudji tagħhom f’Malta f’Ottubru 2006 il-Gvern approva żieda sostanzjali f’dan is-sussidju. Għalhekk kien approvat li studenti Għawdxin li qegħdin isegwu kors f’istituzzjoni tal-Gvern f’Malta fuq bażi full-time jingħataw żieda fis-sussidju ta’ Lm 35 fix-xahar basta jkunu għamlu l-edukazzjoni sekondarja jew post-sekondarja f’Għawdex. Din il-miżura ttieħdet sabiex tnaqqas l-abbużi li kienu qegħdin jiġu mwettqa minn persuni li għandhom l-indirizz tal-karta ta’ l-identita’ fuq Għawdex filwaqt li huma jgħixu fil-maġġoranza fil-gżira ta’ Malta, u li in segwitu kienu abbussivament qegħdin jipprovaw jibbenefikaw minn benefiċċji mogħtija lill-Għawdxin. Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Nterpellant, l-indirizz ta’ residenza f’Għawdex fuq il-karta ta’ l-identita’ mhux dejjem tirrifletti l-fatti, cjoe’ li l-persuna konċernata tkun qiegħda tgħix fil-gżira ta’ Għawdex. Għaldaqstant kellha tinqata’ linja sabiex jiġu evitati l-abbużi. Peress li huwa ferm diffiċli li wieħed jistabbilixxi mill-karta ta’ l-identita’ li student huwa verament residenti fil-gżira ta’ Għawdex, l-Ministeru għal Għawdex kellu joħloq tali kriterju li permezz tiegħu jkun jista’ jistabilixxi li student huwa verament residenti f’Għawdex u għalhekk qiegħed verament jaqsam bejn il-gżejjer regolarmant.

Trasport ta' l-istudenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-gvern jagħti t-trasport ta' l-istudenti b'direct order dejjem lill-istess tliet għaqdiet bil-konsegwenza li min mhux membru ta' waħda minn dawn l-għaqdiet, ma jingħatax imqar vjaġġ wieħed? Għaliex il-gvern qed iħalli l-monopolju f'idejn dawn it-tliet għaqdiet bil-konsegwenza li dawn jaqsmu l-vjaġġi bejn il-membri tagħhom biss? X'inhi r-raġuni li dawn il-vjaġġi ma jinqasmux bejn kulħadd jew ta' l-anqas jinħarġu b'tender minflok ix-xogħol jingħata b'direct order?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li issa għal ħafna snin t-trasport tat-tfal fl-iskejjel statali jsir mit-tlett għaqdiet tat-trasport li huma l-Għaqda tal-Mini Buses, 'Unsheduled Bus Service' u l-Għaqda Għat-Trasport Pubbliku. Informat ukoll li dawn it-tlett għaqdiet/assoċazzjonijiet għandhom ftehim mal-gvern li jagħlaq fis-sena 2010.

Reġistru Pubbliku — Transazzjoni ta' ismijiet Maltin għall-Ingliż

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Insinwa ma tagħmilx transazzjoni ta' l-ismijiet Maltin għall-Ingliż għal ċertifikati li jkunu se jmorru barra minn Malta? Jinnota l-Viċi Prim Ministru li immigranti Maltin qed ikollhom problemi għax l-awtoritajiet tal-pajjiżi fejn ikunu immigrati qed isibu problema biex jaċċettaw ċertifikati mill-Insinwa b'ismijiet Maltin għax dan ikun jinqara u jinstema totalment differenti mill-isem bl-Ingliż (eż: Mary Josephine - Maria Ġużeppa? Tista' din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (BORG, TONIO)

Id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku m'għandux is-setgħa legali li jittraduċi ismijiet imniżżlin fuq ċertifikati tar-Reġistru Pubbliku għal lingwi oħra.

Mosta — Triq il-Mitħna

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22186, jista' l-Ministru jikkonsidra li jirrikmanda li Triq il-Mitħna, Mosta titwessa' mill-aktar fis possibbli kif hemm ħsieb li jsir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Mosta — Vjal l-Indipendenza

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22187, jista' l-Ministru jikkonsidra u jirrikkmanda li ssir speed camera fi Vjal l-Indipendenza, Mosta minħabba l-overspeeding li hemm f'din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rrakomandazzjoni tiegħu qed tiġi kkunsidrata.

Imġarr — Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'għadhomx isiru trips mit-trasport pubbliku dirett mill-Imġarr għall-irħula prinċipali wara nofsinhar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Sussidju fuq ħlas ta' kera

Question

Jista' sid jirrifjuta li jikri post għax l-inkwilin ikun irid japplika lill-gvern għas-sussidju għall-kera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar m'għandiex dritt timponi fuq deċiżjoni meħuda minn sid ta' proprjeta' fil-każ indikat mill-Onor. Interpellant.