Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #23005 Sitting 482 2007-01-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant hu riferut għal 'Guidelines on the Employment of Staff for Ministers' Secretariat kif approvat.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru u s-segretarju parlamentari ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-Onorevoli Interpellant hu riferut għal 'Guidelines on the Employment of Staff for Ministers' Secretariat ' kif approvati.

Riżorsi u Infrastruttura — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura hemm 45 impjegat bejn Segretarjat Privat u dak Permanenti. Minn dawn l-impjegati 24 qegħdin bil-kuntratt, fejn 7 minnhom huma on loan u ġejjin mill-Enemalta, Airmalta, Public Broadcasting Services, Air Supplies, Housing Authority, Foundation for International Studies u Water Services Corporation. L-Onorevoli Interpellant hu riferut għal 'Guidelines on the Employment of staff for Ministers' Secretariat' kif approvati.
Leg 10 PQ #23009 Sitting 482 2007-01-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm għandu impjegati l-ministeru? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Onorevoli Interpellant hu riferut għal ‘Guidelines on the Employment of Staff for Ministers’ Secretariat’ kif approvati.

MEPA — Rationalisation of Development Boundaries

Question

Wara li l-Parlament approva rationalisation of development boundaries xhur ilu, xi jmiss issa biex il-MEPA tkun tista' tibda tikkonsidra applikazzjonijiet għall-bini ta' dar fuq siti bħal dawn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 22927.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru u s-segretarju parlamentari ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Onor. Interpellant hu riferut għall-Guidelines on the Employment of Staff for Ministers' Secretariat kif approvati.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx talba biex Triq Dun Karm Psaila, Ħaż-Żebbuġ issir one way 'l isfel minn Misraħ Ħal Dwieli? Jista' jgħid jekk it-talba hux se tintlaqa' u meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li m'hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali Żebbuġ sabiex Triq Dun Karm Psaila issir one-way ‘l isfel minn Misraħ Ħal Dwieli. It-Traffic Management Unit ser jikkuntattja lill-Kunsill rigward din it-talba.

Bajja ta' l-Għadira — Konċessjonijiet enfitewtiċi ta' l-artijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawk kollha li tefgħu l-offerti għall-konċessjonijiet enfitewtiċi ta' l-artijiet fil-bajja ta' l-Għadira ħallsux il-prezz kollu (inkluż dak ta' l-avvjament) meta sar il-kuntratt mad-dipartiment ta' l-artijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dawk kollha li tefgħu l-offerti rebbieħa għall-konċessjonijiet enfitewtiċi ta' l-artijiet fil-bajja ta' l-Għadira ħallsu l-prezz kollu inkluż dak ta' l-avvjament, mal-pubblikazzjoni tal-kuntratti.

Attard — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru f'H'Attard fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel grupp ta’ toroq li se jsiru f’Ħ'Attard u l-kuntratturi li se jagħmlu dan ix-xogħlijiet huma:- Triq Zragen - Central Asphalt Ltd Triq Bettija Triq il-Mixtla - Road Servicing Ltd Triq is-Sardinella Triq il-Fikus Triq iż-Żbiba p/o Triq L Manche’ Triq il-Larinġ - Alfred Schembri & Sons Ltd Triq iż-Żahar Triq it-Taħħan p/o Triq Emvin Cremona Triq Peter Paul Rubens. Dawn ix-xogħlijiet se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Mosta — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru fil-Mosta fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevol Interpellant li l-ewwel grupp ta’ toroq li se jsiru fil-Mosta u l-kuntratturi li ser jagħmlu dawn ix-xogħlijiet huma:- Triq San Gużepp - Penza Tarmac Ltd Triq San Paċifiku Triq Salvu Gatt Triq il-Kultellazz - Bonnici Bros Triq Runzinjol Triq Ħuttaf - Road Servicing Ltd Triq Gardell Triq iċ-Ċinju - Road Maintenance Services Triq it-Torri Triq Ruzar Mizzi - Philip Agius & Sons Ltd Triq l-Għadajjar - Blockrete Ltd Triq in-Naħal Ix-xogħol fi Triq San Ġużepp, San Paċifiku u Salvu Gatt inbeda filwaqt li x-xogħol l-ieħor mistenni li jibda fil-ġimgħat li ġejjien.

Ħaż-Żebbuġ — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru f'Haż-Żebbuġ fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevli Interpellant li l-ewwel grupp ta’ toroq li se jsiru din is-sena f’Ħaż Żebbuġ huma:- Triq Għarram Dawret in-Niżla ta’ San Pawl Triq Geraldu Farrugia Triq l-Għeneb Ix-xogħlijiet fi Triq Għarram, Dawret in-Niżla ta’ San Pawl u Triq Geraldu Farrugia ser isiru minn E & S Mifsud Ltd filwaqt x-xogħlijiet fi Triq l-Għeneb se jsiru minn Bonnici Bros Ltd. Dawn ix-xogħlijiet huma mistennija li jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Rabat, Malta — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru fir-Rabat, Malta fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li hemm ippjanat li fir-Rabat ser isiru t-toroq li ġejjin:- Triq San Martin Triq il-Mitħna Triq Doni l-Qadima p/o Triq Ta’ Namura. Dawn ix-xogħlijiet se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Imġarr — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru fl-Imġarr fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq Triq Ġorġ Zammit. Dan ix-xogħol qed isir minn Bitmac Ltd.

MEPA — Każ dwar Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk wara t-terminazzjoni ta' l-impjieg ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minn segretarju ta' l-Awtorita' ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar ġietx maħtura persuna oħra bħala tali minn floku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min ġie maħtur? Minn meta saret il-ħatra u jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ittra tal-ħatra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadha ma nħatret l-ebda persuna bħala segretarju ta' l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).

Applikazzjoni quddiem l-Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba quddiem l-awtorita' tad-djar tal-persuna mill-Isla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi talba pendenti ma’ l-Awtorita’.

Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali ta' anzjana Bormliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Isla — Kuntratt ta' fond

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk illum li ċerti postijiet li kienu milquta mil-liġi Possession & Use u issa jistgħu jinbiegħu, hux minnu jew le li l-kuntratt finali tal-fond fl-Isla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jista' isir ħames snin oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kif żgur jaf l-Onor. Interpellant, biex l-Awtorita’ tad-Djar tkun tista’ tbiegħ proprjeta’, l-ewwel irid jiġi trasferit lilha t-titolu legali ta’ l-art li fuqha tkun mibnija dik il-proprjeta’. Ninsab infurmata li l-Awtorita’ għad m’għandiex dan it-titolu fir-rigward tal-proprjeta’ indikata mill-Onor. Interpellant.

Isla — Kuntratt ta' fond

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk illum li ċerti postijiet li kienu milquta mil-liġi Possession & Use u issa jistgħu jinbiegħu, hux minnu jew le li l-kuntratt tal-fond fl-Isla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jistax isir ħames snin oħra?

Response (BORG, TONIO)

Il-postijiet meħudin mill-Gvern taħt it-termini ta' Possession & Use skond il-kapitlu 88 tal-liġijiet ta' Malta ġew mixtrija mill-Gvern. Għaldaqstant, il-fondi eżistenti li jinbnew fuq l-art illi qabel kienet okkupata mill-postijiet meħuda taħt Possession & Use, issa jistgħu jinbiegħu mill-Awtorita' tad-Djar.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tara li t-talba tal-persuna mill-Isla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tintlaqa'? Dan wara li kienet informata bl-appuntament l-għada li kellu jsir. Possibbli li jsir appuntament ieħor?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet mogħtija appuntament ieħor dwar l-ispezzjoni mill-Awtorita’ tad-Djar.