Jista' l-Ministru ġentilment jinformana x'investigazzjonijiet saru fl-MCAST biex jiġi aċċertat li l-każ tal-bullying ma kienx aktar mifrux minn dak li ħareġ fil-pubbliku s'issa? Il-vittma jew vittmi ta' dawn il-każi ta' bullying ġew offruiti councelling b'xejn minn psikologi? Min kien responsabbli għal dan il-bullying intbagħat għal councelling?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-investigazzjoni interna li saret mit-tmexxija ta' l-MCAST dwar il-każ ta' bullying kienet intensa. Saru diskussjonijiet interni biex il-mexxejja ta' l-Istituti differenti u d-diriġenti ċentrali ta' l-MCAST jassikuraw kemm jista' jkun li ma jkunx hemm bullying minn xi studenti.
Informat ukoll li l-vitttma kif ukoll dawk li kienu involuti fil-bullying ġew offruti counselling. Saru laqgħat mal-ġenituri kemm tal-vittma kif ukoll ta' l-istudenti involuti fil-bullying. It-tweġiba tal-ġenituri kif ukoll ta' l-istudenti involuti għal kooperazjoni sħiħa kienet waħda pożittiva ħafna. Il-każ sa jkompli jkun segwit sakemm u safejn ikun hemm bżonn u l-proċess qed jkompli.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-gvern hux informat dwar x'se jiġri mil-lukanda Jerma f'Wied il-Għajn għaliex il-ħaddiema tħallew fl-għama u ma jafux jekk il-lukanda hux se tkompli topera jew le?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Awtorita' tat-Turiżmu mhix informata uffiċċjalment mill-propjetarji tal-lukanda Jerma f'Wied il-Għajn x'se jiġri mill-istess lukanda.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni pendenti quddiem il-MEPA biex il-lukanda Jerma tiġi konvertita f'appartamenti jew inkella xi tip ta' applikazzjoni oħra li tikkonċerna bdil fl-operazzjoni tal-Jerma minn lukanda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li għandha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma jidhirx li daħlet xi applikazzjoni għal proposta biex il-lukanda Jerma tkun konvertita f'appartamenti jew inkella biex isir xi bdil fl-operat ta’ lukanda tal-Jerma.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226, 22480, 22620 u 22704 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu indirizzati l-ilmenti mqajma mill-ġenituri dwar l-imġieba riġida u militareska li turi l-għalliema li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed twassal biex l-istudenti jmorru l-iskola beżgħana u kontra qalbhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-każ qed jiġi segwit mill-amministrazzjoni ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22696 u jara jekk jistgħux jittieħdu passi biex fit-triq li qed tippjana l-ADT Mellieħa Ridge Crossing Project IX.X li se ssir minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea (Contract No. Europeaid/114473/D/SV/MT) jittieħdu l-passi kollha biex ma titteħidx art agrikola u biex ma jintlaqtux ħażin il-bdiewa ta' l-inħawi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-proġett imsemmi mill-Onorevoli Nterpellant huwa wieħed mit-tlettax il-proġett li ġew identifikati mill-kumpanija Franċiża BCEOM għat-titjib tat-triq arterjali miċ-Ċirkewwa sa Birżebbuġia. Din it-triq hija parti mit-‘Trans-European Network’ Ewropew.
Din il-kumpanija studjat l-attivita preżenti ta’ din it-triq, identifikat il-problemi u pproponiet diversi rimedji għat-titjib ta’ din it-triq. Sar ukoll analiżi ambjentali ta’ diversi alternativi proposti għal kull proġett.
Deċiżjoni finali fuq it-triq għadha ma ittiehditx.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' proprjeta' li ġiet akkwistata mill-Enemalta sabiex tintuża bħala substations ta' l-elettriku f'dawn l-aħħar 12-il xahar, inkluż il-valur li nxtraw bih?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-formola jew il-metodu li tuża l-MEPA meta tikkalkula u titlob il-ħlasijiet lill-applikanti għall-kostruzzjoni tal-bini u/jew alterazzjonijiet (djar, flats, maisonettes u garages) f'toroq ġodda u f'toroq diġa' mibnija? Jista' jindika r-rati relattivi (DPF - Infrastruttura, triq, drenaġġ eċċ.) għal kull binja li dwarha tkun saret l-applikazzjoni għal kostruzzjoni u/jew alterazzjoni? X'kien l-ammont li tħallas lill-gvern mill-MEPA dwar ix-xogħlijiet li jkunu saru minn fondi pubbliċi matul l-2006?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-metodu li tuża l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) meta tikkalkula u titlob il-ħlasijiet lill-applikanti għall-kostruzzjoni tal-bini u/jew alterazzjonijiet (djar, flats, maisonettes u garages) f'toroq ġodda u f'toroq digà mibnija, inklużi r-rati relattivi (DPF - infrastruttura, triq, drenaġġ, eċċ.) huwa kif speċifikat f'Avviż Legali 112/96 kif emendat minn Avviżi Legali 138/97, 186/98, 115/99, 131/99, 275/00, 224/02, 42/03, 230/03 u 482/04. Verżjoni ta' dan l-avviż ikkonsolidat bl-emendi tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) hekk:
http://www.mepa.org.mt/Planning/factbk/LNs/LN_112_1996_M.pdf
L-ammont li tħallas lill-Gvern mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fl-2006 għall-kontribuzzjonijiet għall-infrastruttura miġbura mingħand applikanti għall-permess ta' żvilupp huwa ta' Lm2,902,234.
Minħabba l-inkonvenjent ikkawżat għar-residenti ta' Triq Santa Katerina fil-Għargħur, il-gvern għandu ħsieb li jirrivedi d-deċiżjoni li tillimita l-aċċess għat-triq għar-residenti, għall-bdiewa lokali kif ukoll għall-impjegati tal-kamra tan-nar billi teknikament kull karozza li tidħol biex tipprovdi servizz għandha r-riskju li taqla' ċitazzjoni? Jikkonferma l-Ministru dak li ġie rrappurtat fil-media lokali li d-deċiżjoni ġiet mehuda fuq livell ta' Kabinett?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Għargħur — Triq Santa Katerina - fawran ta' drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex tirrimedja l-problema ta' fawran tad-drenaġġ fi Triq Santa Katerina, l-Għargħur meta għandi għaliex nifhem illi kellhom jittieħdu passi ta' rimedju madwar sena ilu - fi Frar 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Għargħur — Triq Dun Salvatore Zarb - sleeping policeman
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi possibbilta' li tiġi kkonsidrata l-introduzzjoni ta' sleeping policeman fi Triq Dun Salvatore Zarb, fil-Għargħur?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic management Unit irriżulta li ma kien hemm ebda talba mill-Kunsill Lokali Għargħur tali Round Topped Road Hump. It-Traffic Management Unit ser jikkuntattja lill-Kunsill rigward din it-talba.
Tista' issir zebra crossing fi Triq Dun Salvatore Zarb li tisbokka għal Triq Caravaggio, fil-Għargħur?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali Għargħur għal tali zebra crossing.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006 ingħataw żewġ donazzjonijiet finanzjarji lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u mill-enti li jaqgħu taħtu.
Għaqda/
Club
Ammont
(Lm)
Is-Soċjeta’Mużikali San Ġużepp Għaxaq
100
Is-Soċjeta’Mużikali San Ġużepp Kirkop
100
Tista' il-Ministru tgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li d-donazzjonijiet/kontribuzzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru matul is-sena 2006 huma dawn:
Benefiċjarju
Lm
Fancy Poultry and Pigeon Club
50
Soċjeta' Filarmonika Madonna ta' Lourdes
50
Malta Cookery & Food Association
100
Franciscan Province of St Paul
100
Kunsill Lokali Mellieħa
100
Malta Horticultural Society
150
National Rabbit Society
250
Kunsill Lokali Dingli
300
Malta Horticultural Society
300
Għaqda Voluntiera Sta. Venera
300
Kummissjoni Lejla Mġarrija
300
St Patrick’s Salesians School
400
Gozo Agricultural and Cultural Society
1,000
Agrarian Society
1,500
4,900
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ingħataw sitt sponsorships ta' bejn Lm100 u Lm200 il-wieħed total ta' Lm 1,100 għal skopijiet ta' eżibizzjonijiet relatati ma' l-arti jew arkitettura.